Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0662

    Surgicare

    Kawża C‑662/13

    Surgicare – Unidades de Saúde SA

    vs

    Fazenda Pública

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu prattika abbużiva — Dritt fiskali nazzjonali — Proċedura speċjali nazzjonali f’każ ta’ suspetti relatati mal-eżistenza ta’ prattiki abbużivi fil-qasam fiskali — Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Frar 2015

    1. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Talba li ma tidentifikax preċiżament id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni – Possibbiltà għall-Qorti tal-Ġustizzja li tidentifika l-imsemmija dispożizzjonijiet

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv – Indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari

      (Artikolu 267 TFUE)

    3. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli ratione temporis

      (Artikolu 267 TFUE)

    4. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fil-każ tal-eżistenza ta’ frodi jew ta’ abbuż – Miżuri ta’ prevenzjoni tad-distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni u tal-frodi fiskali – Assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam – Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali – Proċedura speċjali nazzjonali f’każ ta’ suspetti dwar l-eżistenza ta’ prattiki abbużivi fil-qasam fiskali – Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 273 u 342)

    1.  Fir-rigward tal-assenza ta’ preċiżjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li hija mitluba l-interpretazzjoni tagħhom f’talba għal deċiżjoni preliminari, huwa l-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li toħroġ mill-elementi kollha fornuti mill-qorti tar-rinviju, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża.

      (ara l-punt 17)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 21, 22)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 22)

    4.  Id-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix l-applikazzjoni minn qabel u obbligatorja ta’ proċedura amministrattiva nazzjonali, fil-każ fejn l-amministrazzjoni fiskali tissuspetta l-eżistenza ta’ prattika abbużiva, sakemm dawn ir-regoli tal-imsemmija proċedura ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet nazzjonali simili u fil-prattika ma jirrendux impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Dan huwa l-każ ta’ proċedura minn qabel li, minn naħa waħda, hija favorevoli għall-persuna ssuspettata li wettqet abbuż tad-dritt, sa fejn din tfittex li tiggarantixxi r-rispett ta’ ċerti drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-dritt għal smigħ u li, min-naħa l-oħra, ma tmurx kontra, hi stess, l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni fiskali u l-abbużi possibbli, rikonoxxut mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

      (ara l-punti 26, 29, 32, 34 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑662/13

    Surgicare – Unidades de Saúde SA

    vs

    Fazenda Pública

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu prattika abbużiva — Dritt fiskali nazzjonali — Proċedura speċjali nazzjonali f’każ ta’ suspetti relatati mal-eżistenza ta’ prattiki abbużivi fil-qasam fiskali — Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Frar 2015

    1. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Talba li ma tidentifikax preċiżament id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni — Possibbiltà għall-Qorti tal-Ġustizzja li tidentifika l-imsemmija dispożizzjonijiet

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv — Indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari

      (Artikolu 267 TFUE)

    3. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli ratione temporis

      (Artikolu 267 TFUE)

    4. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fil-każ tal-eżistenza ta’ frodi jew ta’ abbuż — Miżuri ta’ prevenzjoni tad-distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni u tal-frodi fiskali — Assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Proċedura speċjali nazzjonali f’każ ta’ suspetti dwar l-eżistenza ta’ prattiki abbużivi fil-qasam fiskali — Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali