EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0597

Total vs Il-Kummissjoni

Kawża C‑597/13 P

Total SA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Suq tax-xema’ ratba — Ksur imwettaq minn kumpannija sussidjarja miżmuma 100 % minn kumpannija parent — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha — Responsabbiltà tal-kumpannija parent li tirriżulta esklużivament mill‑aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha — Sentenza li tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq is-sussidjarja — Effetti fuq is-sitwazzjoni ġuridika tal-kumpannija parent”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015

  1. Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà

    (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

  2. Kompetizzjoni – Multi – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas – Portata – Imputazzjoni lill-kumpannija parent tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha – Preżentazzjoni mill-kumpannija parent u mis-sussidjarja tagħha ta’ rikorsi paralleli li għandhom l-istess għan kontra d-deċiżjoni li timponi fuqhom multa – Tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq is-sussidjarja – Kumpannija parent li għandha, bħala prinċipju, tibbenefika minn tnaqqis tar-responsabbiltà tas-sussidjarja tagħha li ġiet imputata lilha

    (Artikolu 81(1) KE)

  1.  Fil-kuntest ta’ appell, il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija, fil-prinċipju, limitata għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li ngħatat għall-motivi diskussi quddiem il-qrati li jkunu semgħu l-kawża fuq il-mertu. Għalhekk, il-parti tal-motiv li tintroduċi, fl-istadju tal-appell, argument ġdid li jikkonsisti fil-kontestazzjoni tan-natura xierqa tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata quddiem il-qrati li jkunu semgħu l-kawża fuq il-mertu, minflok ma tikkritika l-mertu tar-raġunament tagħhom, hija inammissibbli.

    (ara l-punti 21, 22)

  2.  F’sitwazzjoni fejn ir-responsabbiltà tal-kumpannija parent tkun purament idderivata minn dik tas-sussidjarja tagħha u li fiha ebda fattur ieħor ma jikkaratterizza individwalment l-aġir ilmentat kontra l-kumpannija parent, ir-responsabbiltà ta’ din il-kumpannija parent ma tistax teċċedi dik tas-sussidjarja tagħha.

    Għalhekk, meta kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha jippreżentaw rikorsi paralleli bl-istess għan kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi fuqhom l-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja fuq il-kumpannija parent u li timponi multa fuq l-imsemmija kumpanniji flimkien u in solidum, il-kumpannija parent li r-responsabbiltà tagħha hija totalment idderivata minn dik tas-sussidjarja tagħha għandha, bħala prinċipju, tibbenefika minn tnaqqis fir-responsabbiltà tas-sussidjarja tagħha li ġiet imputata lilha.

    (ara l-punti 37-39, 41)

Top