Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0552

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015.
    Grupo Hospitalario Quirón SA vs Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco u Instituto de Religiosas Siervas de Jesús de la Caridad.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Direttiva 2004/18/KE – Artikolu 23(2) – Ġestjoni ta’ servizzi pubbliċi tas-saħħa – Provvista ta’ servizzi tas-saħħa li hija koperta mill-isptarijiet pubbliċi, fi ħdan l-istabbilimenti privati – Rekwiżit li s-servizzi jiġu pprovduti f’muniċipalità speċifika.
    Kawża C-552/13.

    Court reports – general

    Kawża C‑552/13

    Grupo Hospitalario Quirón SA

    vs

    Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco

    u

    Instituto de Religiosas Siervas de Jesús de la Caridad

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 6 de Bilbao)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 23(2) — Ġestjoni ta’ servizzi pubbliċi tas-saħħa — Provvista ta’ servizzi tas-saħħa li hija koperta mill-isptarijiet pubbliċi, fi ħdan l-istabbilimenti privati — Rekwiżit li s-servizzi jiġu pprovduti f’muniċipalità speċifika”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Għoti ta’ kuntratti — Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi ta’ saħħa — Obbligu li s-servizzi jkunu pprovduti esklużivament fi stabbilimenti li jinsabu fit-territorju ta’ muniċipalità speċifika — Inammissibbiltà — Ksur tal-prinċipju ta’ aċċess liberu tal-offerenti għas-sejħiet għal offerti

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 23(2))

    L-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2004/18, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], jipprekludi rekwiżit ifformulat bħala speċifikazzjoni teknika fl-avviż tal-kuntratti pubbliċi li jirrigwardaw il-provvista ta’ servizzi tas-saħħa, li skontu l-provvisti mediċi li huma s-suġġett tas-sejħiet għal offerti għandhom biss jiġu pprovduti minn stabbilimenti tal-isptarijiet privati li jinsabu biss f’muniċipalità speċifika, li tista’ ma tkunx dik tad-domiċilju tal-pazjenti kkonċernati minn dawn is-servizzi, peress li dan ir-rekwiżit jinkludi esklużjoni awtomatika tal-offerenti li ma jistgħux jipprovdu dawn is-servizzi f’tali stabbiliment li jinsab f’din il-muniċipalità, iżda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn is-sejħiet għal offerti.

    Fil-fatt, ir-rekwiżit skont liema tali stabbiliment għandu bilfors jinsab f’muniċipalità speċifika magħżula sabiex tkun il-post tal-provvista esklużiva tas-servizzi mediċi rilevanti jikkostitwixxi restrizzjoni ta’ eżekuzzjoni territorjali li ma hijiex tali li tippermetti li jintlaħaq l-għan li jiġu żgurati l-prossimità u l-aċċessibbiltà tal-istabbiliment tal-isptar privat ta’ sostenn, fl-interess tal-pazjenti, tal-qraba tagħhom u tal-persunal mediku msejjaħ sabiex jiċċaqlaq sa dan l-istabbiliment, filwaqt li jiġi żgurat aċċess ugwali u nondiskriminatorju għal dawn il-kuntratti lill-offerenti kollha. Issa, dan ir-rekwiżiti jirrendi l-aċċess għal dawn il-kuntratti lill-offerenti biss li jistgħu jipprovdu s-servizzi inkwistjoni fi stabbiliment li jinsab fil-muniċipalità magħżula. Għalhekk, huwa jmur kontra l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2004/18.

    (ara l-punti 28, 32, 33 u d-dispożittiv)

    Top