This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0537
Šiba
Šiba
Kawża C‑537/13
Birutė Šiba
vs
Arūnas Devėnas
(talba għal deċiżjoni preliminari,
imressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt għal provvista ta’ servizzi legali konkluż bejn avukat u konsumatur”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015
Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratt għal provvista ta’ servizzi legali konkluż bejn avukat u persuna fiżika – Inklużjoni
(Direttiva tal-Kunsill 93/13, l-għaxar premessa u Artikolu 2(b) u (ċ))
Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Għan – Protezzjoni tal-parti l-iktar dgħajfa – Applikazzjoni fil-kuntest tal-kuntratti għal provvista ta’ servizzi legali
(Direttiva tal-Kunsill 93/13, l-għaxar premessa)
Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Kamp ta’ applikazzjoni – Impatt tan-natura pubblika jew privata tal-provvista ta’ servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt – Assenza – Eċċezzjoni – Klawżoli nnegozjati fil-kuntratti għal provvista ta’ servizzi legali
(Direttiva tal-Kunsill 93/13, l-għaxar u l-erbatax-il premessa u Artikolu 2(ċ))
Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Klawżola inġusta fis-sens tal-Artikolu 3 – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali – Kriterji
(Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 4(1) u 5)
Id-Direttiva 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tapplika għal kuntratti standard ta’ servizzi legali konklużi bejn avukat u persuna fiżika li ma taġixxix għall-għanijiet li jaqgħu fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha.
Fil-fatt, kif tistabbilixxi l-għaxar premessa tad-Direttiva 93/13 ir-regoli uniformi dwar il-klawżoli inġusti għandhom japplikaw għall-kuntratti kollha konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(b) u (ċ) tal-imsemmija direttiva. Għaldaqstant huwa b’riferiment għall-kwalità tal-partijiet kontraenti, li permezz tagħha jiġi ddeterminat jekk dawn jaġixxux jew le fil-kuntest tal-attività professjonali tagħhom, li d-Direttiva 93/13 tiddefinixxi l-kuntratti li huma suġġetti għaliha. Għalhekk, avukat li jipprovdi, bi ħlas, servizz legali għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika li taġixxi għall-għanijiet privati huwa bejjiegħ jew fornitur, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13. Il-kuntratt dwar il-provvista ta’ tali servizz huwa, konsegwentement, suġġett għall-iskema ta’ din id-direttiva.
(ara l-punti 20, 21, 24, 35 u d-dispożittiv)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 22, 23)
Fir-rigward tal-għan ta’ protezzjoni tal-konsumaturi skont id-Direttiva 93/13, dwar il-klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi, in-natura pubblika jew privata tal-attivitajiet tal-professjonist jew il-missjoni speċifika ta’ dan tal-aħħar ma jistgħux jiddeterminaw il-kwistjoni tal-applikabbiltà stess tal-imsemmija direttiva. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13 ikopri kull attività professjonali sew jekk proprjetà pubblika u sew jekk proprjetà privata u li, kif tistabbilixxi l-erbatax-il premessa tagħha, din id-direttiva tapplika ukoll għal snajja, negozji jew professjonijiet ta’ natura pubblika.
Għalhekk, fir-rigward tas-servizz legali pprovduti, bi ħlas, minn avukat, iċ-ċirkustanza li, fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom, l-avukati huma obbligati li jieħdu ħsieb li josservaw il-kunfidenzjalità tar-relazzjonijiet tagħhom mal-“klijenti-konsumaturi”, għalhekk ma tikkostitwixxix ostakolu għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/13 fir-rigward tal-klawżoli standard tal-kuntratti dwar il-provvista ta’ servizzi legali. Fil-fatt, il-klawżoli kuntrattwali li ma jkunux ġew innegozjati individwalment, b’mod partikolari dawk li huma redatti għall-użu ġenerali, ma jinkludux, bħala tali, informazzjoni ppersonalizzata dwar il-klijenti tal-avukati li l-iżvelar tagħha tista’ tippreġudika s-sigriet tal-professjoni ta’ avukat. Ċertament, ir-redazzjoni speċifika ta’ klawżola kuntrattwali, b’mod partikolari dik li tirrigwarda l-modalitajiet ta’ ħlas tal-onorarji tal-avukat, tista’ eventwalment, minn tal-inqas inċidentalment, tiżvela ċerti aspetti tar-relazzjoni bejn l-avukat u l-klijent tiegħu li għandhom jibqgħu sigrieti. Madankollu, tali klawżola hija nnegozjata individwalment u, b’dan il-mod, hija eskluża mill-applikazzjoni tad-Direttiva 93/13.
(ara l-punti 25, 28, 30-32)
Sabiex tiġi evalwata n-natura inġusta tal-kuntratti li jaqgħu taħt id-Direttiva 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, in-natura tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratti għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, skont l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, moqri fid-dawl tat-tmintax-il premessa tagħha. Din l-evalwazzjoni għandha ssir mill-qorti nazzjonali li quddiemha tressqet din l-azzjoni billi tittieħed inkunsiderazzjoni din in-natura u billi tirreferi, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkustanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt.
Għalhekk, għal dak li jirrigwarda l-kuntratti dwar is-servizzi legali, hija l-qorti nazzjonali li għandha tieħu inkunsiderazzjoni n-natura partikolari ta’ dawn is-servizzi fl-evalwazzjoni tagħha tan-natura tal-klawżoli kuntrattwali abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13, u li tagħtihom, f’każ ta’ dubju, skont it-tieni sentenza ta’ dan l-artikolu, l-interpretazzjoni l-iktar favorevoli għall-konsumatur.
(ara l-punti 33, 34)
Kawża C‑537/13
Birutė Šiba
vs
Arūnas Devėnas
(talba għal deċiżjoni preliminari,
imressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt għal provvista ta’ servizzi legali konkluż bejn avukat u konsumatur”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015
Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kuntratt għal provvista ta’ servizzi legali konkluż bejn avukat u persuna fiżika — Inklużjoni
(Direttiva tal-Kunsill 93/13, l-għaxar premessa u Artikolu 2(b) u (ċ))
Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Għan — Protezzjoni tal-parti l-iktar dgħajfa — Applikazzjoni fil-kuntest tal-kuntratti għal provvista ta’ servizzi legali
(Direttiva tal-Kunsill 93/13, l-għaxar premessa)
Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Kamp ta’ applikazzjoni — Impatt tan-natura pubblika jew privata tal-provvista ta’ servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt — Assenza — Eċċezzjoni — Klawżoli nnegozjati fil-kuntratti għal provvista ta’ servizzi legali
(Direttiva tal-Kunsill 93/13, l-għaxar u l-erbatax-il premessa u Artikolu 2(ċ))
Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Klawżola inġusta fis-sens tal-Artikolu 3 — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali — Kriterji