Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0498

    Agrooikosystimata

    Kawża C‑498/13

    Agrooikosystimata EPE

    vs

    Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Regolament (KEE) Nru 2078/92 — Metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja fi stat tajjeb — Irtirar għal żmien twil ta’ art agrikola għal raġunijiet marbuta mal-ambjent — Għajnuna agro ambjentali mħallsa lill-bdiewa u kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea — Kwalità tal-benefiċjarju ta’ tali għajnuna”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Frar 2015

    1. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Testi plurilingwi – Interpretazzjoni uniformi – Diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi – Teħid inkunsiderazzjoni tas-sens ġenerali u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni

    2. Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Promozzjoni tal-metodi ta’ produzzjoni kompatibbli mar-rekwiżiti ambjentali – Regolament Nru 2078/92 – Skema ta’ għajnuna favur l-agrikolturi għall-irtirar għal żmien twil ta’ art agrikola – Benefiċjarji eliġibbli – Persuni li preċedentement kellhom fil-pussess tagħhom produzzjoni agrikola

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2078/92, premessi 2, 10 u 12 u Artikolu 2(1)(f))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 33)

    2.  Ir-Regolament Nru 2078/92, dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja fi stat tajjeb, għandu jiġi interpretat fis-sens li setgħu biss jibbenefikaw mill-programm tal-irtirar għal żmien twil ta’ art agrikola previst fl-Artikolu 2(1)(f) tiegħu dawk il-persuni li preċedentement kellhom fil-pussess tagħhom produzzjoni agrikola.

      Fil-fatt, kif jirriżulta mit-tieni premessa, mill-għaxar premessa u mit-tnax-il premessa tiegħu, ir-Regolament Nru 2078/92 kien stabbilixxa skema Komunitarja ta’ għajnuna li l-għan prinċipali tagħha kien li tirregolarizza l-produzzjoni agrikola, hekk li huma biss il-persuni li għandhom il-kwalità ta’ agrikoltur li jistgħu jipparteċipaw fi programm tal-irtirar għal żmien twil ta’ art agrikola. Għalhekk, it-twettiq tal-għanijiet agroambjentali msemmija f’dan ir-regolament ma huwiex minnu nnifsu suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-fatt li l-għajnuna prevista minnu tista’ tingħata lill-persuni oħra li ma humiex agrikolturi.

      (ara l-punti 37, 38, 44, 45 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑498/13

    Agrooikosystimata EPE

    vs

    Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Regolament (KEE) Nru 2078/92 — Metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja fi stat tajjeb — Irtirar għal żmien twil ta’ art agrikola għal raġunijiet marbuta mal-ambjent — Għajnuna agro ambjentali mħallsa lill-bdiewa u kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea — Kwalità tal-benefiċjarju ta’ tali għajnuna”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Frar 2015

    1. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Testi plurilingwi — Interpretazzjoni uniformi — Diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi — Teħid inkunsiderazzjoni tas-sens ġenerali u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni

    2. Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Promozzjoni tal-metodi ta’ produzzjoni kompatibbli mar-rekwiżiti ambjentali — Regolament Nru 2078/92 — Skema ta’ għajnuna favur l-agrikolturi għall-irtirar għal żmien twil ta’ art agrikola — Benefiċjarji eliġibbli — Persuni li preċedentement kellhom fil-pussess tagħhom produzzjoni agrikola