Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0464

Oberto

Kawżi magħquda C‑464/13 u C‑465/13

Europäische Schule München

vs

Silvana Oberto

u

Barbara O’Leary

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Statut tal-Iskejjel Ewropej — Ġurisdizzjoni tal-Bord tal-Ilmenti tal-Iskejjel Ewropej sabiex tingħata deċiżjoni fuq kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat konkluż bejn Skola Ewropea u għalliem mhux assenjat jew ikkollokat minn Stat Membru”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2015

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kunċett ta’ att imwettaq mill-istituzzjonijiet – Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal Iskejjel Ewropej – Inklużjoni

    (Il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE u l-Artikolu 352 TFUE)

  2. Ftehimiet internazzjonali – Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-Bord tal-Ilmenti – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Għalliema part-time rreklutati minn Skola Ewropea u li ma jkunux ikkollokati minn Stat Membru – Inklużjoni

    (Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej, l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2))

  3. Ftehimiet internazzjonali – Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-Bord tal-Ilmenti – Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju – Ftehim dwar il-limitazzjoni tat-tul tar-relazzjoni ta’ impjieg li jinsab f’kuntratt ta’ xogħol konkluż bejn l-Iskola u l-għalliem part-time – Inklużjoni

    (Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej, l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2))

  4. Ftehimiet internazzjonali – Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-Bord tal-Ilmenti – Tilwima fuq il-legalità ta’ ftehim fuq il-limitazzjoni tat-tul tar-relazzjoni ta’ impjieg li jinsab fil-kuntratt ta’ xogħol bejn għalliema part-time u l-Kap ta’ Skola – Inklużjoni – Assenza ta’ preġudizzju għad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

    (Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej, l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2))

  1.  Ftehim internazzjonali, bħall-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal‑Iskejjel Ewropej, li kienet konkluża abbażi tal-Artikolu 235 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 308 KE, li huwa stess sar l-Artikolu 352 TFUE) mill-Komunitajiet Ewropej, li ġew awtorizzati jagħmlu hekk mid-Deċiżjoni 94/557, li tawtorizza lill-Komunità Ewropea u l‑Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika biex jiffirmaw u jikkonkludu l-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej, jikkostitwixxi, fir-rigward tal-Unjoni, att meħud minn istituzzjoni tal-Unjoni fis-sens tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE. Id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim simili jagħmlu parti integrali, mid-dħul fis-seħħ ta’ dan tal-aħħar, mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u, fil-kuntest ta’ dan id-digriet ġuridiku, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjonijiet preliminari fuq l-interpretazzjoni ta’ dan il-ftehim.

    (ara l-punti 29, 30)

  2.  L-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej għandha tiġi interpretata fis-sens li l-għalliema part-time rreklutati minn Skola Ewropea u li ma jkunux ikkollokati mill-Istati Membri, għandhom jitqiesu bħala inklużi fost il-persuni koperti minn din id-dispożizzjoni, b’differenza mill-persunal amministrattiv u anċillari li huma esklużi minnha.

    (ara l-punt 44 u d-dispożittiv 1)

  3.  L-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li ftehim dwar il-limitazzjoni tat-tul tar-relazzjoni ta’ impjieg, li jinsab f’kuntratt ta’ xogħol konkluż bejn l-Iskola u l-għalliem part-time, jitqies bħala li jikkostitwixxi att li jikkawża preġudizzju lil dan tal aħħar.

    (ara l-punt 56 u d-dispożittiv 2)

  4.  L-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li att meħud minn Kap tal-Iskola fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu jaqa’, fil-prinċipju, f’din id-dispożizzjoni.

    Il-punti 1.3, 3.2 u 3.4 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-għalliema part-time rreklutati bejn l-1 ta’ Settembru 1994 u l-31 ta’ Awwissu 2011 għandhom jiġu interpretati fis-sens li tilwima fuq il-legalità ta’ ftehim fuq il-limitazzjoni tal-tul tar-relazzjoni ta’ impjieg li jinsab fil-kuntratt ta’ xogħol iffirmat bejn għalliem part-time u dan il-kap taqa’ fil-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Bord tal-Ilmenti tal-Iskejjel Ewropej.

    L-obbligu, għall-għalliema part-time, li jressqu t-tilwima tagħhom fuq il-legalità ta’ ftehim fuq il-limitazzjoni tat-tul tar-relazzjoni ta’ impjieg li tinsab fil-kuntratt ta’ xogħol tagħhom mal-Kap tal-Iskola quddiem il-Bord tal-Ilmenti Appell tal-Iskejjel Ewropej, li jiddeċiedi fl-ewwel u fl-aħħar istanza u li ma huwiex intitolat li jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’rinviju għal deċiżjoni preliminari ma jippreġudikax id-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    (ara l-punti 75, 76 u d-dispożittiv 3)

Top

Kawżi magħquda C‑464/13 u C‑465/13

Europäische Schule München

vs

Silvana Oberto

u

Barbara O’Leary

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Statut tal-Iskejjel Ewropej — Ġurisdizzjoni tal-Bord tal-Ilmenti tal-Iskejjel Ewropej sabiex tingħata deċiżjoni fuq kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat konkluż bejn Skola Ewropea u għalliem mhux assenjat jew ikkollokat minn Stat Membru”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2015

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kunċett ta’ att imwettaq mill-istituzzjonijiet — Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal Iskejjel Ewropej — Inklużjoni

    (Il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE u l-Artikolu 352 TFUE)

  2. Ftehimiet internazzjonali — Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej — Ġurisdizzjoni esklużiva tal-Bord tal-Ilmenti — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Għalliema part-time rreklutati minn Skola Ewropea u li ma jkunux ikkollokati minn Stat Membru — Inklużjoni

    (Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej, l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2))

  3. Ftehimiet internazzjonali — Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej — Ġurisdizzjoni esklużiva tal-Bord tal-Ilmenti — Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju — Ftehim dwar il-limitazzjoni tat-tul tar-relazzjoni ta’ impjieg li jinsab f’kuntratt ta’ xogħol konkluż bejn l-Iskola u l-għalliem part-time — Inklużjoni

    (Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej, l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2))

  4. Ftehimiet internazzjonali — Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej — Ġurisdizzjoni esklużiva tal-Bord tal-Ilmenti — Tilwima fuq il-legalità ta’ ftehim fuq il-limitazzjoni tat-tul tar-relazzjoni ta’ impjieg li jinsab fil-kuntratt ta’ xogħol bejn għalliema part-time u l-Kap ta’ Skola — Inklużjoni — Assenza ta’ preġudizzju għad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva