Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0434

Commission / Parker Hannifin Manufacturing et Parker-Hannifin

Kawża C‑434/13 P

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Parker Hannifin Manufacturing Srl

u

Parker-Hannifin Corp.

“Appell — Akkordji — Suq Ewropew tal-manek marittimi — Suċċessjoni ta’ entitajiet legali — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Tnaqqis tal-multa mill-Qorti Ġenerali — Ġurisdizzjoni sħiħa”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014

  1. Proċedura ġudizzjarja – Proċedura orali – Ftuħ mill-ġdid – Kundizzjonijiet

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83)

  2. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Ksur imwettaq minn entità li ma waqfitx teżisti u li tkompla permezz ta’ entità oħra li kienet is-suċċessur tagħha fl-attività ekonomika fis-suq ikkonċernat – Imputabbiltà tal-ksur kollu lil din l-entità l-oħra – Ammissibbiltà – Eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kontinwità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Data rilevanti għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni

    (Artikolu 81(1) KE)

  3. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Ksur imwettaq minn entità li ma waqfitx teżisti u li tkompla permezz ta’ entità oħra li kienet is-suċċessur tagħha fl-attività ekonomika fis-suq ikkonċernat – Imputabbiltà tal-ksur kollu lil din l-entità l-oħra – Eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kontinwità ekonomika – Evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-entità ċedenti fuq l-entità ċessjonarja miżmuma 100 % minnha – Natura konfutabbli

    (Artikolu 81(1) KE)

  4. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata – Limiti – Osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

  5. Appell – Appell inċidentali – Ammissibbiltà – Obbligu li jiġi ppreżentat l-appell inċidentali permezz ta’ att separat

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 176(2))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 27-30)

  2.  Id-dritt tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni jkopri l-attivitajiet tal-impriżi, u l-kunċett ta’ impriża jinkludi kull entità li teżerċita attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali ta’ din l-entità u mill-metodu ta’ finanzjament tagħha. Skont il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, meta tali entità tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni, hija għandha twieġeb għal dan il-ksur.

    Meta entità li tkun wettqet ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tkun is-suġġett ta’ tibdil legali jew organizzattiv, dan it-tibdil ma għandux neċessarjament bħala effett li joħloq impriża ġdida ħielsa mir-responsabbiltà tal-aġir li jmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni tal-entità preċedenti jekk, mil-lat ekonomiku, hemm identiċità bejn iż-żewġ entitajiet. Għalhekk, meta żewġ entitajiet jikkostitwixxu l-istess entità ekonomika, il-fatt li l-entità li wettqet il-ksur għadha teżisti ma jimpedixxix, fih innifsu, li tiġi ssanzjonata l-entità li lilha hija ttrasferixxiet l-attivitajiet ekonomiċi tagħha.

    Fir-rigward, iktar partikolarment, tat-trasferiment, minn kumpannija parent, tal-attivitajiet tagħha fis-settur li kien is-suġġett ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, lil waħda mis-sussidjarji tagħha, id-data rilevanti sabiex jiġi evalwat, għall-finijiet li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kontinwità ekonomika, jekk dan huwiex trasferiment ta’ attivitajiet ġewwa grupp jew huwiex trasferiment bejn impriżi indipendenti, għandha tkun dik tat-trasferiment stess.

    Għalkemm huwa neċessarju, sabiex jiġi konkluż li teżisti kontinwità ekonomika, li jeżistu f’din id-data, bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju, rabtiet strutturali li jippermettu li jiġi kkunsidrat, skont il-prinċipju tar-responsabbiltà personali, li ż-żewġ entitajiet jifformaw impriża waħda, madankollu ma huwiex meħtieġ, fir-rigward tal-għan imfittex mill-prinċipju tal-kontinwità ekonomika, li dawn ir-rabtiet ikomplu jeżistu matul il-perijodu ta’ ksur kollu li jifdal jew sal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tissanzjona l-ksur. Lanqas ma huwa neċessarju li r-rabtiet strutturali li jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kontinwità ekonomika jkomplu jeżistu matul perijodu minimu.

    F’dan il-kuntest, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi t-teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet li jiġi konkluż li teżisti kontinwità ekonomika, tal-għan imfittex bit-trasferiment ta’ attivitajiet. Fil-fatt, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-motivazzjoni ekonomika fl-oriġini ta’ dan it-trasferiment jintroduċi, fl-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika, fatturi suġġettivi inkompatibbli ma’ applikazzjoni trasparenti u prevedibbli ta’ dan il-prinċipju.

    (ara l-punti 39-41, 50-53)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 57-65)

  4.  F’dak li jikkonċerna l-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jimponu multa għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, l-istħarriġ tal-legalità huwa kkompletat mill-ġurisdizzjoni sħiħa li hija rikonoxxuta lill-qorti tal-Unjoni mill-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003. Din il-ġurisdizzjoni tagħti s-setgħa lill-qorti, lil hinn mis-sempliċi stħarriġ ta’ legalità tas-sanzjoni, li tissostitwixxi bl-evalwazzjoni tagħha dik tal-Kummissjoni, u konsegwentement, li tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagamenti ta’ penalità imposti.

    Fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali hija obbligata minn ċerti obbligi. Fost dawn hemm l-obbligu ta’ motivazzjoni, li huwa impost fuqha skont l-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-Qorti Ġenerali skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-istess statut, kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

    Issa, hemm ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni jekk il-Qorti Ġenerali, meta teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, tnaqqas l-ammont li għalih kumpannija parent għandha tiġi meqjusa responsabbli in solidum mill-multa imposta fuq sussisdjarja mingħajr ma tipprovdi l-elementi neċessarji sabiex tippermetti, minn naħa, lill-persuni kkonċernati li jkunu jafu r-raġunijiet li għalihom hija stabbilixxiet sa dan il-livell l-ammont tal-multa imputabbli fuq din il-kumpannija parent u, min-naħa l-oħra, lill-Qorti tal-Ġustizzja li teżerċita l-istħarriġ tagħha dwar il-legalità tat-tnaqqis applikat.

    (ara l-punti 74, 77, 84-86)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 91-97)

Top

Kawża C‑434/13 P

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Parker Hannifin Manufacturing Srl

u

Parker-Hannifin Corp.

“Appell — Akkordji — Suq Ewropew tal-manek marittimi — Suċċessjoni ta’ entitajiet legali — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Tnaqqis tal-multa mill-Qorti Ġenerali — Ġurisdizzjoni sħiħa”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014

  1. Proċedura ġudizzjarja — Proċedura orali — Ftuħ mill-ġdid — Kundizzjonijiet

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83)

  2. Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Ksur imwettaq minn entità li ma waqfitx teżisti u li tkompla permezz ta’ entità oħra li kienet is-suċċessur tagħha fl-attività ekonomika fis-suq ikkonċernat — Imputabbiltà tal-ksur kollu lil din l-entità l-oħra — Ammissibbiltà — Eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kontinwità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Data rilevanti għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni

    (Artikolu 81(1) KE)

  3. Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Ksur imwettaq minn entità li ma waqfitx teżisti u li tkompla permezz ta’ entità oħra li kienet is-suċċessur tagħha fl-attività ekonomika fis-suq ikkonċernat — Imputabbiltà tal-ksur kollu lil din l-entità l-oħra — Eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kontinwità ekonomika — Evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-entità ċedenti fuq l-entità ċessjonarja miżmuma 100 % minnha — Natura konfutabbli

    (Artikolu 81(1) KE)

  4. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata — Limiti — Osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

  5. Appell — Appell inċidentali — Ammissibbiltà — Obbligu li jiġi ppreżentat l-appell inċidentali permezz ta’ att separat