EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0409

Il-Kunsill vs Il-Kummissjoni

Kawża C‑409/13

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Rikors għal annullament — Assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira proposta ta’ regolament-qafas — Artikoli 13(2) TUE u 17 TUE — Artikolu 293 TFUE — Prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi — Prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Artikolu 296 TFUE — Obbligu ta’ motivazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ April 2015

  1. Unjoni Ewropea – Bilanċ istituzzjonali – Implikazzjonijiet – Osservanza tat-tqassim tal-kompetenzi

    (Artikolu 13(2) TUE)

  2. Kummissjoni – Kompetenzi – Setgħa ta’ inizjattiva leġiżlattiva – Setgħa ta’ rtirar ta’ proposta li għadha ma ġietx adottata – Kundizzjonijiet – Irtirar ta’ proposta żnaturata sal-punt li jfixkel it-twettiq tal-għanijiet tagħha – Ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Assenza

    (Artikoli 13(2) TUE u 17(2) TUE; Artikoli 289 TFUE u 293 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill, Artikoli 3(2) u 11(1))

  3. Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira proposta leġiżlattiva – Inklużjoni

    (Artikoli 14(1) TUE u 16(1) TUE; Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

  4. Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ

    (Artikolu 296(2) TFUE)

  5. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Prinċipju ta’ demokrazija – Irtirar mill-Kummissjoni ta’ proposta leġiżlattiva li għadha ma ġietx adottata – Assenza ta’ ksur

    (Artikoli 10(1) u (2) TUE u 17(2) TUE; Artikoli 289 TFUE u 293 TFUE)

  1.  Skont l-Artikolu 13(2) TUE, kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-attribuzzjoni tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, skont il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom. Din id-dispożizzjoni tirrifletti l-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali, karatteristika tal-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni, li jimplika li kull waħda mill-istituzzjonijiet teżerċita l-kompetenzi tagħha b’osservanza ta’ dawk tal-oħrajn.

    (ara l-punt 64)

  2.  Fir-rigward tas-setgħa ta’ inizjattiva leġiżlattiva tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, mid-dispożizzjonijiet ikkombinati tal-Artikolu 17(2) TUE kif ukoll tal-Artikoli 289 TFUE u 293 TFUE jirriżulta li, bl-istess mod kif, fil-prinċipju, hija din li għandha tiddeċiedi jekk tippreżentax jew le proposta leġiżlattiva u, skont il-każ, li tiddetermina s-suġġett, il-finalità kif ukoll il-kontenut tagħha, il-Kummissjoni għandha, sakemm il-Kunsill ma jkunx iddeċieda, is-setgħa li temenda l-proposta tagħha, u anki, skont il-bżonn, li tirtiraha. Din is-setgħa ma tistax madankollu tagħti lil din l-istituzzjoni dritt ta’ veto fl-iżvolġiment tal-proċess leġiżlattiv, li jkun kuntrarju għall-prinċipji ta’ attribuzzjoni ta’ kompetenzi u tal-bilanċ istituzzjonali. Madankollu, jekk il-Kummissjoni, wara li tkun ippreżentat proposta fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, tiddeċiedi li tirtira din il-proposta, hija għandha tesponi lill-Parlament u lill-Kunsill il-motivi ta’ dan l-irtirar, li, f’każ ta’ kontestazzjoni, għandhom ikunu sostnuti minn argumenti konvinċenti.

    Meta emenda kkunsidrata mill-Parlament u mill-Kunsill tiżnatura l-proposta ta’ att leġiżlattiv b’mod li tostakola t-twettiq tal-għanijiet li għandhom jitwettqu minnha u li, għaldaqstant, iċċaħħadha mir-raġuni tagħha, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tirtiraha. Madankollu, hija tista’ tagħmel dan biss wara li tkun ħadet debitament inkunsiderazzjoni, fl-ispirtu ta’ kooperazzjoni leali li, skont l-Artikolu 13(2) TUE għandu jiggwida r-relazzjonijiet bejn istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, it-tħassib tal-Parlament u tal-Kunsill li jkun il-bażi tal-volontà tagħhom li jemendaw il-proposta. F’dawn iċ-ċirkustanzi, la l-assenza ta’ rikors mill-Kummissjoni għall-fakultà, prevista fl-Artikoli 3(2) u 11(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill, li titlob il-vot ta’ dan tal-aħħar fuq din il-proposta, u lanqas il-fatt li l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata saret fl-istess ġurnata meta l-Parlament u l-Kunsill kienu allegatament fil-punt li jifformalizzaw il-ftehim tagħhom fuq l-imsemmija proposta ma jistgħu jiġu kkunsidrati li jikkostitwixxu ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali.

    (ara l-punti 74-76, 83, 106)

  3.  Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ rtirar ta’ proposta leġiżlattiva tista’ tikkostitwixxi att li jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament peress li, billi ttemm il-proċedura leġiżlattiva mibdija mill-preżentazzjoni tal-proposta, tali deċiżjoni ċċaħħad lill-Parlament u lill-Kunsill milli jeżerċitaw, kif riedu jagħmlu, il-funzjoni leġiżlattiva tagħhom, skont l-Artikoli 14(1) TUE u 16(1) TUE. Barra minn hekk, l-istħarriġ ġudizzjarju li, f’każ ta’ preżentata ta’ rikors għal annullament, għandu jkun jista’ jiġi eżerċitat mill-Qorti tal-Ġustizzja jiġġustifika li deċiżjoni ta’ rtirar ta’ proposta leġiżlattiva tittieħed b’osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

    (ara l-punti 77, 78)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 79)

  5.  Ma jistax jitqies bħala ksur tal-prinċipju ta’ demokrazija stabbilit fl-Artikolu 10(1) u (2) TUE, il-fatt li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tirtira proposta leġiżlattiva ppreżentata fil-kuntest ta’ proċedura leġiżlattiva ordinarja. Fil-fatt, mill-Artikolu 17(2) TUE moqri flimkien mal-Artikoli 289 TFUE u 293 TFUE jirriżulta li l-Kummissjoni għandha s-setgħa, mhux biss li tippreżenta proposta leġiżlattiva, iżda wkoll, sakemm il-Kunsill ma jkunx għadu ddeċieda, li tibdel il-proposta tagħha, jew, skont il-bżonn, li tirtiraha. Peress li din is-setgħa ta’ rtirar tal-Kummissjoni hija inseparabbli mid-dritt ta’ inizjattiva tagħha u taqa’ fil-kuntest tal-eżerċizzju tagħha permezz tad-dispożizzjonijiet tal-artikoli tat-Trattat FUE, ma jistax ikun hemm kwistjoni, f’dan il-każ, ta’ ksur ta’ dan il-prinċipju.

    (ara l-punt 96)

Top

Keywords
Summary

Keywords

1. Unjoni Ewropea — Bilanċ istituzzjonali — Implikazzjonijiet — Osservanza tat-tqassim tal-kompetenzi

(Artikolu 13(2) TUE)

2. Kummissjoni — Kompetenzi — Setgħa ta’ inizjattiva leġiżlattiva — Setgħa ta’ rtirar ta’ proposta li għadha ma ġietx adottata — Kundizzjonijiet — Irtirar ta’ proposta żnaturata sal-punt li jfixkel it-twettiq tal-għanijiet tagħha — Ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Assenza

(Artikoli 13(2) TUE u 17(2) TUE; Artikoli 289 TFUE u 293 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill, Artikoli 3(2) u 11(1))

3. Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira proposta leġiżlattiva — Inklużjoni

(Artikoli 14(1) TUE u 16(1) TUE; Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

4. Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ

(Artikolu 296(2) TFUE)

5. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Prinċipju ta’ demokrazija — Irtirar mill-Kummissjoni ta’ proposta leġiżlattiva li għadha ma ġietx adottata — Assenza ta’ ksur