Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0402

Cypra

Kawża C‑402/13

Cypra Ltd

vs

Kypriaki Dimokratia

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Anotato Dikastirio Kyprou)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Spezzjonijiet sanitarji — Regolament (KE) Nru 854/2004 — Prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman — Kontrolli uffiċjali — Ħatra ta’ veterinarju uffiċjali — Qtil tal-bhejjem”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014

Agrikoltura – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji – Organizzazzjoni tal-kontrolli fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman – Rekwiżit ta’ kontroll tal-qtil minn veterinarju uffiċjali – Determinazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-mument tal-qtil – Ammissibbiltà – Eċċezzjoni – Qtil oġġettivament neċessarju għal mument stabbilit mill-biċċerija – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 854/2004)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 854/2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, fil-prinċipju, li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi l-mument li fih isir il-qtil tal-bhejjem, bil-ħsieb li jinħatar veterinarju uffiċjali għall-finijiet ta’ kontroll tal-qtil, u tirrifjuta li tibgħat dan il-veterinarju fil-ġranet u fil-ħinijiet tal-qtil stabbiliti mill-biċċerija sakemm ma jkunx objettivament neċessarju li l-qtil iseħħ f’ġurnata speċifika, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

(ara l-punt 29 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑402/13

Cypra Ltd

vs

Kypriaki Dimokratia

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Anotato Dikastirio Kyprou)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Spezzjonijiet sanitarji — Regolament (KE) Nru 854/2004 — Prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman — Kontrolli uffiċjali — Ħatra ta’ veterinarju uffiċjali — Qtil tal-bhejjem”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014

Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji — Organizzazzjoni tal-kontrolli fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman — Rekwiżit ta’ kontroll tal-qtil minn veterinarju uffiċjali — Determinazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-mument tal-qtil — Ammissibbiltà — Eċċezzjoni — Qtil oġġettivament neċessarju għal mument stabbilit mill-biċċerija — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali