Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0358

D

Keywords
Summary

Keywords

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 2001/83 — Klassifikazzjoni ta’ prodott bħala prodott mediċinali minħabba użu — Kriterji — Kapaċità li jikkawżaw effetti benefiċi, fl-immedjat jew fuq perijodu ta’ żmien, fuq is-saħħa tal-bniedem

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27, Artikoli 1, punt 2, u 4(4))

Summary

L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi s-sustanzi li jipproduċu effetti li jillimitaw ruħhom li jbiddlu l-funzjonijiet fiżjoloġiċi, mingħajr ma jkunu xierqa sabiex iwasslu għall-effetti benefiċi, fl-immedjat jew fuq perijodu ta’ żmien, fuq is-saħħa tal-bniedem li huma kkonsmati biss sabiex jikkawżaw stat ta’ intossikazzjoni u huma fihom infushom ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem.

(ara l-punt 50 u d-dispożittiv)

Top

Kawżi magħquda C‑358/13 u C‑181/14

Markus D. u G.

(talbiet għal deċiżjoni preliminari

mressqa mill-Bundesgerichtshof)

“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 2001/83/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ‘prodott mediċinali’ — Portata tal-kriterju dwar il-kapaċità li jiġu mmodifikati l-funzjonijiet fiżjoloġiċi — Prodotti b’bażi ta’ pjanti aromatiċi u ta’ kannabinojdi — Esklużjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83 – Klassifikazzjoni ta’ prodott bħala prodott mediċinali minħabba użu – Kriterji – Kapaċità li jikkawżaw effetti benefiċi, fl-immedjat jew fuq perijodu ta’ żmien, fuq is-saħħa tal-bniedem