Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0354

FOA

Kawża C‑354/13

Fag og Arbejde (FOA)

vs

Kommunernes Landsforening (KL)

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mir-Retten i Kolding)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Tkeċċija — Raġuni — Obeżità tal-ħaddiem — Prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l‑obeżità — Assenza — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq diżabbiltà — Eżistenza ta’ ‘diżabbiltà’”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014

  1. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Direttiva 2000/78 – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni – Portata – Diskriminazzjoni bbażata fuq l-obeżità – Esklużjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Kamp ta’ applikazzjoni – Tkeċċija allegatament ibbażata fuq l-obeżità – Esklużjoni

    (Artikoli 10 TFUE u 19 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2000/78, Artikolu 1)

  2. Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Direttiva 2000/78 – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà – Kunċett ta’ diżabbiltà – Obeżità ta’ ħaddiem li ma setax iwettaq ix-xogħol tiegħu, jew li seta’ jwettqu biss b’mod limitat, għal perijodu twil – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill Nru 2000/78, premessa 16 u Artikoli 1 u 5)

  1.  Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirrikonoxxix prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-obeżità, bħala tali, fir-rigward tal-impjieg u tax-xogħol.

    F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li ebda dispożizzjoni tat-Trattati UE u FUE ma tinkludi projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-obeżità bħala tali. B’mod partikolari, la l-Artikolu 10 TFUE u lanqas l-Artikolu 19 TFUE ma jirreferu għall-obeżità.

    Barra minn hekk, id-dritt idderivat tal-Unjoni lanqas ma jirrikonoxxi prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-obeżità fir-rigward tal-impjieg u tax-xogħol. B’mod partikolari, id-Direttiva 2000/78, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, ma ssemmix l-obeżità bħala raġuni ta’ diskriminazzjoni. Issa, ma hemmx lok li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 jiġi estiż b’analoġija lil hinn mid-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq ir-raġunijiet elenkati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 1 tagħha. Għaldaqstant, l-obeżità bħala tali ma tistax titqies li hija raġuni li tista’ tiġi inkluża fost dawk li fuq il-bażi tagħhom id-Direttiva 2000/78 tipprojbixxi kull diskriminazzjoni.

    Fl-aħħar nett, lanqas id-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma huma applikabbli għal sitwazzjoni li tikkonċerna tkeċċija allegatament ibbażata fuq l-obeżità.

    (ara l-punti 33, 35-40 u d-dispożittiv 1)

  2.  Id-Direttiva 2000/78, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-istat ta’ obeżità ta’ ħaddiem jikkostitwixxi diżabbiltà, fis-sens ta’ din id-direttiva, meta dan l-istat jimplika limitazzjoni, li tirriżulta b’mod partikolari minn defiċjenzi għal perijodu twil ta’ natura fiżika, mentali jew psikika, li flimkien ma’ diversi ostakoli tista’ tkun ta’ xkiel għall-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tal-persuna kkonċernata fil-ħajja professjonali fuq bażi ugwali bħall-ħaddiema l-oħra.

    Fil-fatt, fl-ewwel lok, jekk jiġi ammess li l-imsemmija direttiva tista’ tapplika skont l-oriġini tad-diżabbiltà, dan ikun imur kontra l-għan stess tagħha, li huwa li tiġi implementata l-ugwaljanza fit-trattament.

    Barra minn hekk, id-definizzjoni tal-kunċett ta’ diżabbiltà fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/78 tippreċedi d-determinazzjoni u l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ akkomodazzjoni raġonevoli previsti fl-Artikolu 5 tagħha. Skont il-premessa 16 ta’ din id-direttiva, tali miżuri huma maħsuba sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà u għalhekk dawn il-miżuri huma l-konsegwenza u mhux l-element kostitwenti tal-kunċett ta’ diżabbiltà. Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li tali miżuri ta’ akkomodazzjoni ma kinux ittieħdu fil-konfront ta’ persuna ma huwiex biżżejjed sabiex jitqies li din il-persuna ma tistax tkun persuna b’diżabbiltà fis-sens tal-imsemmija direttiva.

    Barra minn hekk, l-istat ta’ obeżità ma jikkostitwixxix, bħala tali, diżabbiltà, fis-sens tad-Direttiva 2000/78. Għall-kuntrarju, fil-każ li, f’ċirkustanzi partikolari, dan l-istat jimplika limitazzjoni, li tirriżulta b’mod partikolari minn defiċjenzi ta’ natura fiżika, mentali jew psikika, li flimkien ma’ diversi ostakoli tista’ tkun ta’ xkiel għall-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tal-ħaddiem fil-ħajja professjonali fuq bażi ugwali bħall-ħaddiema l-oħra u fil-każ li din il-limitazzjoni tkun għal perijodu twil, tali stat jaqa’ taħt il-kunċett ta’ diżabbiltà fis-sens tad-Direttiva 2000/78.

    Dan ikun il-każ, b’mod partikolari, jekk l-obeżità tal-ħaddiem tkun ta’ xkiel għall-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tiegħu fil-ħajja professjonali fuq bażi ugwali bħall-ħaddiema l-oħra minħabba mobbiltà mnaqqsa jew minħabba li dan il-ħaddiem ikun ibati minn patoloġiji li jipprekluduh milli jwettaq ix-xogħol tiegħu jew li jimplikaw ostakolu għall-eżerċizzju tal-attività professjonali tiegħu.

    (ara l-punti 55, 57-60-64 u d-dispożittiv 2)

Top

Kawża C‑354/13

Fag og Arbejde (FOA)

vs

Kommunernes Landsforening (KL)

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mir-Retten i Kolding)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Tkeċċija — Raġuni — Obeżità tal-ħaddiem — Prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l‑obeżità — Assenza — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq diżabbiltà — Eżistenza ta’ ‘diżabbiltà’”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014

  1. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Ugwaljanza fit-trattament — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78 — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni — Portata — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-obeżità — Esklużjoni — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kamp ta’ applikazzjoni — Tkeċċija allegatament ibbażata fuq l-obeżità — Esklużjoni

    (Artikoli 10 TFUE u 19 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2000/78, Artikolu 1)

  2. Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78 — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà — Kunċett ta’ diżabbiltà — Obeżità ta’ ħaddiem li ma setax iwettaq ix-xogħol tiegħu, jew li seta’ jwettqu biss b’mod limitat, għal perijodu twil — Inklużjoni