Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0343

    Modelo Continente Hipermercados

    Kawża C‑343/13

    Modelo Continente Hipermercados SA

    vs

    Autoridade para as Condições de Trabalho – Centro Local do Lis (ACT)

    (talba għal deċiżjoni preliminari

    mressqa mit-Tribunal do Trabalho de Leiria)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema ta’ amalgamazzjonijiet ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata — Direttiva 78/855/KEE — Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist — Artikolu 19 — Effetti — Trasferiment tal-attiv u tal-passiv kollu tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata lill-kumpannija li qed takkwista — Ksur imwettaq mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata qabel l-amalgamazzjoni — Konstatazzjoni tal-ksur permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva wara din l-amalgamazzjoni — Dritt nazzjonali — Trasferiment tar-responsabbiltà ta’ natura kontravenzjonali tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata — Ammissibbiltà”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Sistema ta’ amalgamazzjonijiet ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata – Direttiva 78/855/KEE – Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist – Trasferiment tal-attiv u tal-passiv kollu – Portata – Trasferiment tar-responsabbiltà ta’ natura kontravenzjonali għal ksur amministrattiv imwettaq qabel l-amalgamazzjoni – Inklużjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 78/855, kif emendata bid-Direttiva 2009/109, Artikoli 3(1) u 19(1))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 19)

    2.  L-Artikolu 19(1) tat-Tielet Direttiva 78/855, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar l-għaqda [amalgamazzjoni] ta’ kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata, kif emendata bid-Direttiva 2009/109, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li “għaqda [amalgamazzjoni] permezz ta’ akkwist”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, twassal għat-trasferiment, lill-kumpannija li qed takkwista, tal-obbligu li titħallas multa imposta minn deċiżjoni definittiva wara din l-amalgamazzjoni għal ksur tad-dritt tax-xogħol imwettaq mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata qabel l-imsemmija amalgamazzjoni.

      Fil-fatt, mingħajr it-trasferiment lill-kumpannija li qed takkwista tar-responsabbiltà ta’ natura kontravenzjonali, bħala element tal-passiv kollu tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata, din ir-responsabbiltà ma tkunx tibqa’ teżisti. Tali estinzjoni tkun tikkontradixxi n-natura stess ta’ amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist, kif iddefinita mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 78/855, sa fejn, skont din id-dispożizzjoni, tali amalgamazzjoni tikkonsisti fi trasferiment tal-attiv u tal-passiv kollu tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata lill-kumpannija li qed takkwista bħala riżultat ta’ stralċ mingħajr likwidazzjoni.

      Barra minn hekk, għandhom jitqiesu bħala terzi, li l-interessi tagħhom jaqgħu taħt l-għan ta’ protezzjoni ta’ din id-direttiva, l-entitajiet li, fid-data tal-amalgamazzjoni, għadhom ma humiex ikklassifikati bħala kredituri jew bħala detenturi ta’ titoli oħra, iżda li jistgħu jiġu kklassifikati b’dan il-mod wara l-amalgamazzjoni minħabba sitwazzjonijiet li jkunu nqalgħu qabel tali amalgamazzjoni. Fl-assenza ta’ trasferiment, lill-kumpannija li qed takkwista, tar-responsabbiltà ta’ natura kontravenzjonali tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata li tikkonsisti fl-obbligu li titħallas multa għal tali ksur, l-interess tal-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu imponew din il-multa ma jkunx protett. F’dan il-kuntest, jekk it-trasferiment ta’ tali responsabbiltà tiġi eskluża, amalgamazzjoni tkun tikkostitwixxi mezz ta’ kif kumpannija tkun tista’ taħrab mill-konsegwenzi ta’ ksur li hija tkun wettqet, għad-detriment tal-Istat Membru kkonċernat jew, eventwalment, ta’ partijiet oħra kkonċernati.

      (ara l-punti 28, 29, 32, 33, 35 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑343/13

    Modelo Continente Hipermercados SA

    vs

    Autoridade para as Condições de Trabalho – Centro Local do Lis (ACT)

    (talba għal deċiżjoni preliminari

    mressqa mit-Tribunal do Trabalho de Leiria)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema ta’ amalgamazzjonijiet ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata — Direttiva 78/855/KEE — Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist — Artikolu 19 — Effetti — Trasferiment tal-attiv u tal-passiv kollu tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata lill-kumpannija li qed takkwista — Ksur imwettaq mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata qabel l-amalgamazzjoni — Konstatazzjoni tal-ksur permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva wara din l-amalgamazzjoni — Dritt nazzjonali — Trasferiment tar-responsabbiltà ta’ natura kontravenzjonali tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata — Ammissibbiltà”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015

    1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Sistema ta’ amalgamazzjonijiet ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata — Direttiva 78/855/KEE — Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist — Trasferiment tal-attiv u tal-passiv kollu — Portata — Trasferiment tar-responsabbiltà ta’ natura kontravenzjonali għal ksur amministrattiv imwettaq qabel l-amalgamazzjoni — Inklużjoni