Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0341

    Cruz & Companhia

    Kawża C‑341/13

    Cruz & Companhia Lda

    vs

    Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3 — Tkomplija ta’ irregolaritajiet — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) — Irkupru tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni indebitament irċevuti — Terminu ta’ preskrizzjoni — Applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal — Terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali — Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014

    1. Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG – Obbligu tal-Istati Membri li jirkupraw is-somom mogħtija indebitament u irregolarment – Setgħa diskrezzjonali – Assenza

      (Regolament tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 8(1))

    2. Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Azzjoni kontra l-irregolaritajiet – Terminu ta’ preskrizzjoni – Applikabbiltà għall-azzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet nazzjonali kontra benefiċjarji tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni wara l-konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet – Kunċett ta’ irregolarità

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikoli 3 sa 5)

    3. Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Azzjoni kontra l-irregolaritajiet – Terminu ta’ preskrizzjoni – Applikabbiltà għall-irregolaritajiet imwettqa qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament – Bidu tad-dekorrenza – Data tat-twettiq tal-irregolarità

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 3(1))

    4. Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Azzjoni kontra l-irregolaritajiet – Terminu ta’ preskrizzjoni – Applikabbiltà ta’ termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal – Termini li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni b’analoġija ta’ dispożizzjonijiet ta’ dritt komuni – Kundizzjoni – Prassi ġurisprudenzjali li tagħmel din l-applikazzjoni prevedibbli – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikolu 3(3))

    5. Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Azzjoni kontra l-irregolaritajiet – Terminu ta’ preskrizzjoni – Applikabbiltà ta’ termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Terminu ta’ għoxrin sena – Inammissibbiltà

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 3(1))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 39)

    2.  Fir-rigward tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjonijiet previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal azzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet nazzjonali kontra benefiċjarji ta’ għajnuna tal-Unjoni wara li jkunu ġew ikkonstatati irregolaritajiet mill-korp nazzjonali inkarigat mill-għoti tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fil-kuntest tal-FAEGG.

      F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 huwa applikabbli kemm għall-irregolaritajiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva, fis-sens tal-Artikolu 5 tiegħu, kif ukoll għal dawk li huma s-suġġett ta’ miżura amministrattiva, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, liema miżura jkollha bħala għan l-irtirar tal-vantaġġ indebitament miksub mingħajr madankollu ma jkollu n-natura ta’ sanzjoni.

      (ara l-punti 41, 45 u d-dispożittiv 1)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 50-52)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 53-58)

    5.  L-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal, bħal kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, bil-għan li titressaq azzjoni kontra irregolaritajiet fis-sens ta’ dan ir-regolament, ma għandhiex tmur manifestament lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

      F’dan ir-rigward, l-imsemmi Artikolu 3(3) tal-istess regolament jippermetti lill-Istati Membri japplikaw termini ta’ preskrizzjoni itwal minn dawk ta’ erba’ jew tliet snin previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ġenerali li jippreċedu d-data ta’ adozzjoni tal-imsemmi regolament, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għoxrin sena jmur lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

      (ara l-punti 59, 65 u d-dispożittiv 2)

    Top