This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0336
Commission / IPK International
Commission / IPK International
Kawża C‑336/13 P
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
IPK International – World Tourism Marketing Consultants GmbH
“Appell — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna r-rimbors ta’ għajnuna finanzjarja — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Distinzjoni bejn l-interessi moratorji u l-interessi kumpensatorji — Kalkolu ta’ interessi”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Frar 2015
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Ħlas ta’ dejn li jaqa’ fuq il-Kummissjoni – Interessi dovuti – Interessi kumpensatorji – Interessi moratorji – Distinzjoni – Miżura ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali
(Artikolu 266 TFUE)
Appell – Motivi / Aggravji – Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa – Motiv / Aggravju ineffettiv – Ċaħda
(Artikolu 256(1), TFUE)
Appell – Motivi / Aggravji – Motivi ta’ sentenza vvizzjati minn ksur ta’ dritt tal-Unjoni – Dispożittiv ibbażat fuq motivi oħra ta’ liġi – Ċaħda
Il-ħlas ta’ interessi moratorji jikkostitwixxi miżura ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ annullament, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn hija intiża li tikkumpensa b’rata fissa l-konsegwenzi tad-dewmien fil-ħlas tad-dejn jaqa’ fuq il-Kummissjoni li tinkoraġġixxi d-debitur sabiex jeżegwixxi, malajr kemm jista’ jkun, is-sentenza ta’ annullament. Min-naħa l-oħra, l-għoti ta’ interessi kumpensatorji ma jaqax taħt il-miżura ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, iżda taħt l-applikazzjoni tat-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu 266, li jirreferi għall-Artikolu 340 TFUE, jiġifieri għall-kontenzjuż tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Din il-kategorija ta’ interessi hija intiża, fil-fatt, li tikkumpensa l-mogħdija taż-żmien sal-evalwazzjoni ġudizzjarja tal-ammont tad-dannu, irrispettivament minn kull dewmien imputabbli lid-debitur.
L-obbligu tal-Kummissjoni li tħallas id-dejn prinċipali flimkien mal-interessi ma jirriżultax mill-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni iżda fl-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, huma biss l-interessi moratorji li jistgħu jingħataw skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE.
(ara l-punti 30, 31, 37, 38)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 33)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 53, 64)
Kawża C‑336/13 P
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
IPK International – World Tourism Marketing Consultants GmbH
“Appell — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna r-rimbors ta’ għajnuna finanzjarja — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Distinzjoni bejn l-interessi moratorji u l-interessi kumpensatorji — Kalkolu ta’ interessi”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Frar 2015
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Ħlas ta’ dejn li jaqa’ fuq il-Kummissjoni — Interessi dovuti — Interessi kumpensatorji — Interessi moratorji — Distinzjoni — Miżura ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali
(Artikolu 266 TFUE)
Appell — Motivi / Aggravji — Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa — Motiv / Aggravju ineffettiv — Ċaħda
(Artikolu 256(1), TFUE)
Appell — Motivi / Aggravji — Motivi ta’ sentenza vvizzjati minn ksur ta’ dritt tal-Unjoni — Dispożittiv ibbażat fuq motivi oħra ta’ liġi — Ċaħda