EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0330

Sommarju tas-sentenza

Kawża C‑330/13

Lukoyl Neftohim Burgas AD

vs

Nachalnik na Mitnicheski punkt Pristanishte Burgas Tsentar pri Mitnitsa Burgas

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Burgas)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Merkanzija deskritta bħala ‘żejt tqil, żejt lubrikanti jew żejt ieħor li għandu jgħaddi minn proċess speċifiku’ — Intestaturi 2707 u 2710 — Kostitwenti aromatiċi u kostitwenti mhux aromatiċi — Relazzjoni bejn in-Nomenklatura Magħquda u s-Sistema Armonizzata”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Identifikazzjoni ta’ punti ta’ liġi tad-dritt tal-Unjoni rilevanti – Riformulazzjoni tad-domandi

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Żejt tqil, żejt lubrikanti u żejt ieħor li għandu jgħaddi minn proċess speċifiku – Klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 2707 jew 2710 – Kriterju – Kontenut bħala piż tal-kostitwenti aromatiċi b’paragun mal-kostitwenti mhux aromatiċi – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I, Intestaturi 2707 u 2710, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1006/2011)

  3. Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Kapitolu 27 tan-Nomenklatura Magħquda – Żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati u prodotti simili bi prevalenza ta’ kostitwenti aromatiċi – Kunċett ta’ kostitwenti aromatiċi usa’ minn dak ta’ idrokarbonji aromatiċi

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I, Kapitolu 27, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1006/2011)

  4. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Testi plurilingwi – Interpretazzjoni uniformi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-formulazzjoni, tal-għan u tal-kuntest tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni

  5. Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 – Interpretazzjoni – Punt 1 tan-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda – Natura mhux eżawrjenti

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I, Subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1006/2011)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 29-31)

  2.  Il-kriterju li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex prodott bħal żejt li jaqa’ taħt l-intestatura 2707 jew taħt l-intestatura 2710 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l‑istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament Nru 1006/2011 huwa l-kontenut bħala piż tal-kostitwenti aromatiċi b’paragun mal-kostitwenti mhux aromatiċi.

    Bħala regola ġenerali, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jistabbilixxu liema huwa l-metodu l-iktar xieraq sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi fi prodott partikolari sabiex issir tali klassifikazzjoni.

    (ara l-punti 39, 56 u d-dispożittivi 1, 3)

  3.  It-termini “kostitwenti aromatiċi” li jinsabu fil-Kapitolu 27 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l‑istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament Nru 1006/2011, għandhom jiġu interpretati bħala li huma usa’ mit-termini “idrokarbonji aromatiċi”.

    (ara l-punt 48 u d-dispożittiv 2)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 59, 60)

  5.  Il-punt 1 tan-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l‑istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament Nru 1006/2011, dwar is-subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 ta’ din in-nomenklatura magħquda għandu jiġi interpretat bħala li ma huwiex eżawrjenti b’mod li prodott li jaqa’ taħt l-intestatura 2707 tal-imsemmija nomenklatura magħquda, iżda li ma jistax jiġi kklassifikat taħt subintestatura speċifika għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 2707 99 99 ta’ din l-istess nomenklatura maqgħuda.

    (ara l-punt 66 u d-dispożittiv 4)

Top

Kawża C‑330/13

Lukoyl Neftohim Burgas AD

vs

Nachalnik na Mitnicheski punkt Pristanishte Burgas Tsentar pri Mitnitsa Burgas

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Burgas)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Merkanzija deskritta bħala ‘żejt tqil, żejt lubrikanti jew żejt ieħor li għandu jgħaddi minn proċess speċifiku’ — Intestaturi 2707 u 2710 — Kostitwenti aromatiċi u kostitwenti mhux aromatiċi — Relazzjoni bejn in-Nomenklatura Magħquda u s-Sistema Armonizzata”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Identifikazzjoni ta’ punti ta’ liġi tad-dritt tal-Unjoni rilevanti — Riformulazzjoni tad-domandi

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Żejt tqil, żejt lubrikanti u żejt ieħor li għandu jgħaddi minn proċess speċifiku — Klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 2707 jew 2710 — Kriterju — Kontenut bħala piż tal-kostitwenti aromatiċi b’paragun mal-kostitwenti mhux aromatiċi — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I, Intestaturi 2707 u 2710, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1006/2011)

  3. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Kapitolu 27 tan-Nomenklatura Magħquda — Żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati u prodotti simili bi prevalenza ta’ kostitwenti aromatiċi — Kunċett ta’ kostitwenti aromatiċi usa’ minn dak ta’ idrokarbonji aromatiċi

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I, Kapitolu 27, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1006/2011)

  4. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Testi plurilingwi — Interpretazzjoni uniformi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-formulazzjoni, tal-għan u tal-kuntest tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni

  5. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 — Interpretazzjoni — Punt 1 tan-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda — Natura mhux eżawrjenti