Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0322

    Grauel Rüffer

    Kawża C‑322/13

    Ulrike Elfriede Grauel Rüffer

    vs

    Katerina Pokorná

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Bozen)

    “Ċittadinanza tal-Unjoni — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Sistema lingwistika applikabbli għall-proċeduri ċivili”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014

    1. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità – Projbizzjoni – Kamp ta’ applikazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-sistema lingwistika applikabbli għall-proċeduri ċivili – Inklużjoni

      (Artikoli 18 TFUE u 21 TFUE)

    2. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità – Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-sistema lingwistika applikabbli għall-proċeduri ċivili li jitressqu quddiem il-qrati ta’ Stat Membru li għandhom is-sede tagħhom f’entità territorjali partikolari ta’ dan l-Istat – Diskriminazzjoni fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra – Projbizzjoni

      (Artikoli 18 TFUE u 21 TFUE)

    1.  Id-dritt mogħti minn leġiżlazzjoni nazzjonali li jinkiseb li proċedura ġudizzjarja titmexxa b’lingwa differenti mil-lingwa prinċipali ta’ Stat Membru jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u japplika għall-proċeduri ġudizzjarji kollha li jitressqu fl-entità territorjali kkonċernata, b’mod partikolari għal proċedura ċivili.

      (ara l-punti 19, 20)

    2.  L-Artikoli 18 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti d-dritt li, fil-kawżi ċivili li jitressqu quddiem il-qrati ta’ Stat Membru li għandhom is-sede tagħhom f’entità territorjali partikolari ta’ dan l-Istat, tintuża lingwa differenti mil-lingwa uffiċjali tal-imsemmi Stat biss liċ-ċittadini ta’ dan tal-aħħar li jkunu ddomiċiljati f’din l-istess entità territorjali.

      Li kieku kien mod ieħor, ċittadin li jaqa’ taħt il-lingwa ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru li l-qrati tiegħu ġew aditi bit-tilwima, li jivvjaġġa u jirrisjedi f’din l-entità territorjali, ikun żvantaġġat meta mqabbel ma’ ċittadin ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar li madankollu huwa tal-lingwa tal-Istat Membru l-ieħor, ipprattikata f’din l-entità, meta dan iċ-ċittadin jirrisjedi f’din l-entità u għandu l-permess juża, fil-kawżi ċivili li jitressqu quddiem il-qrati li għandhom is-sede tagħhom f’din l-entità, il-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor.

      Tali leġiżlazzjoni tista’ tiġi ġġustifikata biss jekk tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi, indipendenti min-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati u proporzjonati għall-għan leġittimament imfittex mid-dritt nazzjonali. Dan ma huwiex il-każ meta, minn naħa, il-qrati tal-entità territorjali inkwistjoni huma perfettament kapaċi jmexxu l-proċeduri ġudizzjarji biż-żewġ lingwi u, min-naħa l-oħra, motivi ta’ natura purament ekonomika ma jistgħux jikkostitwixxu raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali tali li jiġġustifikaw restrizzjoni għal libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat.

      (ara l-punti 21, 23-27 u d-dispożittiv)

    Top