This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0317
Il-Parlament vs Il-Kunsill
Il-Parlament vs Il-Kunsill
Kawżi magħquda C‑317/13 u C‑679/13
Il-Parlament Ewropew
vs
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
“Rikors għal annullament — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Issuġġettar ta’ sustanza psikoattiva ġdida għal miżuri ta’ kontroll — Determinazzjoni tal-bażi legali — Qafas legali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Bażi legali sekondarja — Konsultazzjoni tal-Parlament”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ April 2015
Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet tar-rikorrent
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 120(c))
Kooperazzjoni mill-pulizija – Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Deċiżjoni 2013/129 li tissottoponi lill-4-metilamfetammina għal miżuri ta’ kontroll – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/496 dwar l-issuġġettar ta’ 5-(2-aminnopropil)indol għal miżuri ta’ kontroll – Bażi legali – Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda – Tħassir tal-Artikolu 34 UE – Assenza ta’ effett fuq l-illegalità tad-deċiżjonijiet
(Artikolu 34 UE; (Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387, Artikolu 8(3), u Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/129 u 2013/496)
Atti tal-istituzzjonijiet – Proċedura għall-adozzjoni – Regoli tat-Trattati – Natura imperattiva – Possibbiltà għal istituzzjoni li tistabbilixxi bażijiet legali sekondarji – Assenza
Kooperazzjoni mill-pulizija – Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Deċiżjoni 2005/387 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda – Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(3) ta’ din id-deċiżjoni – Interpretazzjoni konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE li fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni kienu jirregolaw l-implementazzjoni tal-atti ġenerali f’dan il-qasam – Obbligu għall-Kunsill li jikkonsulta l-Parlament qabel ma jadotta miżura ta’ implementazzjoni tad-deċiżjoni kkonċernata – Tħassir tal-Artikolu 39(1) UE – Assenza ta’ effett
(Artikoli 34(2)(ċ) UE u 39(1) UE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387, Artikolu 8(3))
Kooperazzjoni mill-pulizija – Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Deċiżjoni 2005/387 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda – Artikolu 8(3) ta’ din id-deċiżjoni – Kompatibbiltà mar-regoli proċedurali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona – Dispożizzjonijiet tranżitorji – Interpretazzjoni
(Protokoll Nru 36 anness mat-Trattati UE, FUE u KEEA, Artikolu 9; (Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387, Artikolu 8(3))
Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Deċiżjoni 2013/129 li tissottoponi lill-4-metilamfetammina għal miżuri ta’ kontroll – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/496 dwar l-issuġġettar ta’ 5-(2-aminnopropil)indol għal miżuri ta’ kontroll – Riskju li tippreġudika l-effikaċja tal-kontroll tas-sustanzi psikoattivi kkonċernati u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika – Żamma tal-effetti tad-deċiżjonijiet annullati sakemm jidħlu fis-seħħ atti ġodda intiżi li jissostitwixxuhom
Artikolu 264(2) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/129 u 2013/496)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 17)
Fir-rigward tal-bażi legali li fuqha d-Deċiżjoni 2013/129, li tissottoponi lill-4-metilamfetammina għal miżuri ta’ kontroll, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/496, dwar l-issuġġettar ta’ 5-(2-aminnopropil)indol għal miżuri ta’ kontroll, ġew adottati, dawn id-deċiżjonijiet ma jirreferux għall-Artikolu 34 UE u l-kunsiderazzjonijiet tagħhom jirreferu espliċitament għat-Trattat FUE kif ukoll għall-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda.
Għaldaqstant, fid-dawl tal-kliem tad-deċiżjonijiet ikkontestati, għandu, bħala prinċipju, sabiex jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni, isemmi l-bażi legali li fuqha dawn tal-aħħar huma bbażati, li dawn id-deċiżjonijiet huma bbażati fuq l-Artikolu 34 UE.
B’mod partikolari, ir-riferiment magħmul mill-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 għall-Artikolu 34(2)(ċ) UE huwa, f’dan ir-rigward, irrilevanti, peress li l-għażla espliċita tal-Kunsill li, fid-Deċiżjonijiet 2013/129 u 2013/496 issemmi mhux din id-dispożizzjoni tal-aħħar iżda t-Trattat FUE u l-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 tindika b’mod ċar li d-Deċiżjonijiet 2013/129 u 2013/496 huma bbażati fuq din id-dispożizzjoni tal-aħħar bħala tali.
Minn dan isegwi li t-tħassir tal-Artikolu 34 UE mit-Trattat ta’ Lisbona ma jċaħħadx lid-Deċiżjonijiet 2013/129 u 2013/496 mill-bażi legali tagħhom.
(ara l-punti 28, 29, 31, 32)
Peress li r-regoli dwar il-mod kif l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jaslu għad-deċiżjonijiet tagħhom huma stabbiliti mit-Trattat u la huma għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u lanqas tal-istituzzjonijiet stess, huma biss it-Trattati li jistgħu, f’każijiet partikolari, jagħtu s-setgħa lil istituzzjoni li temenda proċedura deċiżjonali stabbilita minnhom. Għaldaqstant, ir-rikonoxximent li istituzzjoni tkun tista’ tistabbilixxi bażijiet legali sekondarji, kemm jekk sabiex jissaħħu kemm jekk sabiex jiddgħajfu l-modalitajiet ta’ adozzjoni ta’ att, ikun ifisser li din l-istituzzjoni tkun qed tingħata setgħa leġiżlattiva li teċċedi dak li huwa previst mit-Trattati.
Din is-soluzzjoni mhux biss għandha tiġi applikata għall-bażijiet legali sekondarji li jippermettu l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi, iżda wkoll għal dawk previsti f’att tad-dritt sekondarju li jippermettu l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni ta’ dan l-att billi jsaħħu jew idgħajfu l-modalitajiet ta’ adozzjoni ta’ tali miżuri previst fit-Trattati.
Fil-fatt, għalkemm huwa minnu li t-Trattati jipprovdu li l-Parlament u l-Kunsill għandhom jiddeterminaw uħud mir-regoli dwar l-eżerċizzju tal-kompetenzi ta’ implementazzjoni mill-Kummissjoni, jibqa’ l-fatt li r-regoli speċifiċi dwar l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni previsti mit-Trattati jorbtu lill-istituzzjonijiet bl-istess mod bħal dawk dwar l-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi u li għalhekk ma jistgħux jiġu kontradetti minn atti tad-dritt sekondarju.
(ara l-punti 42-44)
Peress li l-legalità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata abbażi tal-elementi ta’ fatt u ta’ liġi kif kienu jeżistu fid-data li fiha ġie adottat dan l-att il-legalità tal-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda, għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet li, fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, kienu jirregolaw l-implementazzjoni tal-atti ġenerali fil-qasam tal-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali, jiġifieri l-Artikoli 34(2)(ċ) UE u 39(1) UE.
Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, għandu jadotta, wara li jkun ikkonsulta l-Parlament, il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati fil-kuntest tat-Titolu dwar il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali.
F’dan ir-rigward, huwa minnu li għandu jiġi kkonstatat li l-kliem tal-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 ma jipprevedix obbligu għall-Kunsill li jikkonsulta l-Parlament qabel ma jadotta l-miżuri ta’ implementazzjoni ta’ din id-deċiżjoni previsti minn din id-dispożizzjoni.
Madankollu, test tad-dritt sekondarju tal-Unjoni għandu jiġi interpretat, sa fejn huwa possibbli, fis-sens li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati.
Għaldaqstant, peress li, minn naħa, l-obbligu li att tad-dritt sekondarju jiġi interpretat b’mod konformi mad-dritt primarju jirriżulta mill-prinċipju ġenerali ta’ interpretazzjoni li dispożizzjoni għandha tiġi interpretata, sa fejn huwa possibbli, b’mod li ma jqegħidx fid-dubju l-legalità tagħha u, min-naħa l-oħra, il-legalità tal-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 għandha tiġi evalwata, b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikolu 39(1) UE, din id-dispożizzjoni tal-ewwel għandha tiġi interpretata b’mod konformi ma’ din tal-aħħar.
Konsegwentement, l-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 għandu jiġi interpretat, konformement mal-Artikolu 39(1) UE, fis-sens li jippermetti lill-Kunsill jadotta att għall-finijiet li jissuġġetta sustanza psikoattiva ġdida għal miżuri ta’ kontroll biss wara li jkun ikkonsulta l-Parlament.
Barra minn hekk, it-tħassir tal-Artikolu 39(1) UE wara l-adozzjoni tal-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 ma jistax jelimina l-obbligu li din id-dispożizzjoni tal-aħħar tiġi interpretata konformement mal-Artikolu 39(1) UE.
(ara l-punti 45-50, 67)
Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ kompatibbiltà tal-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda, mar-regoli proċedurali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji jinkludi dispożizzjonijiet li jirrigwardaw speċifikament is-sistema legali applikabbli, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan it-trattat, għall-atti adottati abbażi tat-Trattat UE qabel din id-data.
Għalhekk, l-Artikolu 9 ta’ dan il-protokoll jipprovdi li l-effetti legali ta’ tali atti għandhom jiġu ppreżervati sakemm dawn l-atti ma jkunux tħassru, ġew annullati jew emendati b’applikazzjoni tat-Trattati.
Dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-ewwel premessa tal-imsemmi protokoll, li tispeċifika li huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji sabiex tiġi organizzata t-tranżizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet istituzzjonali tat-Trattati applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u dawk previsti minn dan it-trattat.
Għaldaqstant, peress li t-Trattat ta’ Lisbona emenda sostanzjalment il-qafas istituzzjonali tal-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali, l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji għandu jinftiehem fis-sens li jfittex b’mod partikolari li jiżgura li l-atti adottati fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni jkunu jistgħu jkomplu jiġu applikati b’mod effikaċi minkejja l-emenda tal-qafas istituzzjonali tal-imsemmija kooperazzjoni.
Issa jekk jintlaqa’ l-argument li t-tħassir, mit-Trattat ta’ Lisbona, tal-proċeduri speċifiċi għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ implementazzjoni li jaqgħu taħt il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali jirrendi impossibbli l-adozzjoni ta’ tali miżuri qabel l-atti ġenerali adottati fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni ma jkunu ġew emendati sabiex jiġu adattati għat-Trattat ta’ Lisbona, dan iwassal preċiżament sabiex tiġi kkomplikata, jew saħansitra impedita, l-applikazzjoni effikaċi ta’ dawn l-atti, b’mod li jiġi kompromess it-twettiq tal-għan li l-awturi tat-Trattat ifittxu li jilħqu.
Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji li skontha dan l-artikolu jimplika biss li l-atti li jaqgħu taħt il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali ma humiex awtomatikament imħassra wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, iċċaħħad lill-imsemmi artikolu mill-effettività kollha tiegħu.
Konsegwentement, jirriżulta li dispożizzjoni ta’ att adottat b’mod regolari abbażi tat-Trattat UE qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona li jipprevedi modalitajiet ta’ adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni ta’ dan l-att tkompli tipproduċi l-effetti legali tagħha sakemm ma tkunx tħassret, ġiet annullata jew emendata u tippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni b’applikazzjoni tal-proċedura ddefinita minnha.
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li l-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 jipprevedi modalitajiet ta’ adozzjoni tal-miżuri ta’ implementazzjoni msaħħa jew mdgħajfa meta mqabbla mal-proċedura prevista għal dan il-għan mit-Trattat FUE ma jistax jimplika li din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi bażi legali sekondarja illegali li l-applikazzjoni tagħha għandha tiġi eskluża permezz ta’ eċċezzjoni.
(ara l-punti 51-58)
Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, jekk tikkunsidra li huwa meħtieġ, tiddikjara liema mill-effetti ta’ att annullat għandhom jitqiesu li huma definittivi.
F’dan ir-rigward, deċiżjoni li tannulla d-Deċiżjoni 2013/129, li tissottoponi lill-4-metilamfetammina għal miżuri ta’ kontroll, kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/496, dwar l-issuġġettar ta’ 5‑(2‑aminnopropil)indol għal miżuri ta’ kontroll, mingħajr ma tipprevedi ż-żamma tal-effetti tagħhom tista’ tippreġudika l-effikaċja tal-kontroll tas-sustanzi psikoattivi kkonċernati minn dawn id-deċiżjonijiet u, għalhekk, il-protezzjoni tas-saħħa pubblika.
Konsegwentement, hemm lok li jinżammu l-effetti ta’ dawn id-deċiżjonijiet sakemm jidħlu fis-seħħ atti ġodda intiżi li jissostitwixxuhom.
(ara l-punti 72-74)
1. Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet tar-rikorrent
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 120(c))
2. Kooperazzjoni mill-pulizija — Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali — Deċiżjoni 2013/129 li tissottoponi lill-4-metilamfetammina għal miżuri ta’ kontroll — Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/496 dwar l-issuġġettar ta’ 5-(2-aminnopropil)indol għal miżuri ta’ kontroll — Bażi legali — Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda — Tħassir tal-Artikolu 34 UE — Assenza ta’ effett fuq l-illegalità tad-deċiżjonijiet
(Artikolu 34 UE; (Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387, Artikolu 8(3), u Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/129 u 2013/496)
3. Atti tal-istituzzjonijiet — Proċedura għall-adozzjoni — Regoli tat-Trattati — Natura imperattiva — Possibbiltà għal istituzzjoni li tistabbilixxi bażijiet legali sekondarji — Assenza
4. Kooperazzjoni mill-pulizija — Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali — Deċiżjoni 2005/387 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(3) ta’ din id-deċiżjoni — Interpretazzjoni konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE li fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni kienu jirregolaw l-implementazzjoni tal-atti ġenerali f’dan il-qasam — Obbligu għall-Kunsill li jikkonsulta l-Parlament qabel ma jadotta miżura ta’ implementazzjoni tad-deċiżjoni kkonċernata — Tħassir tal-Artikolu 39(1) UE — Assenza ta’ effett
(Artikoli 34(2)(ċ) UE u 39(1) UE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387, Artikolu 8(3))
5. Kooperazzjoni mill-pulizija — Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali — Deċiżjoni 2005/387 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda — Artikolu 8(3) ta’ din id-deċiżjoni — Kompatibbiltà mar-regoli proċedurali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Interpretazzjoni
(Protokoll Nru 36 anness mat-Trattati UE, FUE u KEEA, Artikolu 9; (Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387, Artikolu 8(3))
6. Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Deċiżjoni 2013/129 li tissottoponi lill-4-metilamfetammina għal miżuri ta’ kontroll — Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/496 dwar l-issuġġettar ta’ 5-(2-aminnopropil)indol għal miżuri ta’ kontroll — Riskju li tippreġudika l-effikaċja tal-kontroll tas-sustanzi psikoattivi kkonċernati u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika — Żamma tal-effetti tad-deċiżjonijiet annullati sakemm jidħlu fis-seħħ atti ġodda intiżi li jissostitwixxuhom
Artikolu 264(2) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/129 u 2013/496)
1. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 17)
2. Fir-rigward tal-bażi legali li fuqha d-Deċiżjoni 2013/129, li tissottoponi lill-4-metilamfetammina għal miżuri ta’ kontroll, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/496, dwar l-issuġġettar ta’ 5-(2-aminnopropil)indol għal miżuri ta’ kontroll, ġew adottati, dawn id-deċiżjonijiet ma jirreferux għall-Artikolu 34 UE u l-kunsiderazzjonijiet tagħhom jirreferu espliċitament għat-Trattat FUE kif ukoll għall-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda.
Għaldaqstant, fid-dawl tal-kliem tad-deċiżjonijiet ikkontestati, għandu, bħala prinċipju, sabiex jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni, isemmi l-bażi legali li fuqha dawn tal-aħħar huma bbażati, li dawn id-deċiżjonijiet huma bbażati fuq l-Artikolu 34 UE.
B’mod partikolari, ir-riferiment magħmul mill-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 għall-Artikolu 34(2)(ċ) UE huwa, f’dan ir-rigward, irrilevanti, peress li l-għażla espliċita tal-Kunsill li, fid-Deċiżjonijiet 2013/129 u 2013/496 issemmi mhux din id-dispożizzjoni tal-aħħar iżda t-Trattat FUE u l-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 tindika b’mod ċar li d-Deċiżjonijiet 2013/129 u 2013/496 huma bbażati fuq din id-dispożizzjoni tal-aħħar bħala tali.
Minn dan isegwi li t-tħassir tal-Artikolu 34 UE mit-Trattat ta’ Lisbona ma jċaħħadx lid-Deċiżjonijiet 2013/129 u 2013/496 mill-bażi legali tagħhom.
(ara l-punti 28, 29, 31, 32)
3. Peress li r-regoli dwar il-mod kif l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jaslu għad-deċiżjonijiet tagħhom huma stabbiliti mit-Trattat u la huma għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u lanqas tal-istituzzjonijiet stess, huma biss it-Trattati li jistgħu, f’każijiet partikolari, jagħtu s-setgħa lil istituzzjoni li temenda proċedura deċiżjonali stabbilita minnhom. Għaldaqstant, ir-rikonoxximent li istituzzjoni tkun tista’ tistabbilixxi bażijiet legali sekondarji, kemm jekk sabiex jissaħħu kemm jekk sabiex jiddgħajfu l-modalitajiet ta’ adozzjoni ta’ att, ikun ifisser li din l-istituzzjoni tkun qed tingħata setgħa leġiżlattiva li teċċedi dak li huwa previst mit-Trattati.
Din is-soluzzjoni mhux biss għandha tiġi applikata għall-bażijiet legali sekondarji li jippermettu l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi, iżda wkoll għal dawk previsti f’att tad-dritt sekondarju li jippermettu l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni ta’ dan l-att billi jsaħħu jew idgħajfu l-modalitajiet ta’ adozzjoni ta’ tali miżuri previst fit-Trattati.
Fil-fatt, għalkemm huwa minnu li t-Trattati jipprovdu li l-Parlament u l-Kunsill għandhom jiddeterminaw uħud mir-regoli dwar l-eżerċizzju tal-kompetenzi ta’ implementazzjoni mill-Kummissjoni, jibqa’ l-fatt li r-regoli speċifiċi dwar l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni previsti mit-Trattati jorbtu lill-istituzzjonijiet bl-istess mod bħal dawk dwar l-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi u li għalhekk ma jistgħux jiġu kontradetti minn atti tad-dritt sekondarju.
(ara l-punti 42-44)
4. Peress li l-legalità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata abbażi tal-elementi ta’ fatt u ta’ liġi kif kienu jeżistu fid-data li fiha ġie adottat dan l-att il-legalità tal-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda, għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet li, fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, kienu jirregolaw l-implementazzjoni tal-atti ġenerali fil-qasam tal-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali, jiġifieri l-Artikoli 34(2)(ċ) UE u 39(1) UE.
Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, għandu jadotta, wara li jkun ikkonsulta l-Parlament, il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati fil-kuntest tat-Titolu dwar il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali.
F’dan ir-rigward, huwa minnu li għandu jiġi kkonstatat li l-kliem tal-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 ma jipprevedix obbligu għall-Kunsill li jikkonsulta l-Parlament qabel ma jadotta l-miżuri ta’ implementazzjoni ta’ din id-deċiżjoni previsti minn din id-dispożizzjoni.
Madankollu, test tad-dritt sekondarju tal-Unjoni għandu jiġi interpretat, sa fejn huwa possibbli, fis-sens li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati.
Għaldaqstant, peress li, minn naħa, l-obbligu li att tad-dritt sekondarju jiġi interpretat b’mod konformi mad-dritt primarju jirriżulta mill-prinċipju ġenerali ta’ interpretazzjoni li dispożizzjoni għandha tiġi interpretata, sa fejn huwa possibbli, b’mod li ma jqegħidx fid-dubju l-legalità tagħha u, min-naħa l-oħra, il-legalità tal-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 għandha tiġi evalwata, b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikolu 39(1) UE, din id-dispożizzjoni tal-ewwel għandha tiġi interpretata b’mod konformi ma’ din tal-aħħar.
Konsegwentement, l-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 għandu jiġi interpretat, konformement mal-Artikolu 39(1) UE, fis-sens li jippermetti lill-Kunsill jadotta att għall-finijiet li jissuġġetta sustanza psikoattiva ġdida għal miżuri ta’ kontroll biss wara li jkun ikkonsulta l-Parlament.
Barra minn hekk, it-tħassir tal-Artikolu 39(1) UE wara l-adozzjoni tal-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 ma jistax jelimina l-obbligu li din id-dispożizzjoni tal-aħħar tiġi interpretata konformement mal-Artikolu 39(1) UE.
(ara l-punti 45-50, 67)
5. Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ kompatibbiltà tal-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda, mar-regoli proċedurali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji jinkludi dispożizzjonijiet li jirrigwardaw speċifikament is-sistema legali applikabbli, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan it-trattat, għall-atti adottati abbażi tat-Trattat UE qabel din id-data.
Għalhekk, l-Artikolu 9 ta’ dan il-protokoll jipprovdi li l-effetti legali ta’ tali atti għandhom jiġu ppreżervati sakemm dawn l-atti ma jkunux tħassru, ġew annullati jew emendati b’applikazzjoni tat-Trattati.
Dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-ewwel premessa tal-imsemmi protokoll, li tispeċifika li huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji sabiex tiġi organizzata t-tranżizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet istituzzjonali tat-Trattati applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u dawk previsti minn dan it-trattat.
Għaldaqstant, peress li t-Trattat ta’ Lisbona emenda sostanzjalment il-qafas istituzzjonali tal-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali, l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji għandu jinftiehem fis-sens li jfittex b’mod partikolari li jiżgura li l-atti adottati fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni jkunu jistgħu jkomplu jiġu applikati b’mod effikaċi minkejja l-emenda tal-qafas istituzzjonali tal-imsemmija kooperazzjoni.
Issa jekk jintlaqa’ l-argument li t-tħassir, mit-Trattat ta’ Lisbona, tal-proċeduri speċifiċi għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ implementazzjoni li jaqgħu taħt il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali jirrendi impossibbli l-adozzjoni ta’ tali miżuri qabel l-atti ġenerali adottati fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni ma jkunu ġew emendati sabiex jiġu adattati għat-Trattat ta’ Lisbona, dan iwassal preċiżament sabiex tiġi kkomplikata, jew saħansitra impedita, l-applikazzjoni effikaċi ta’ dawn l-atti, b’mod li jiġi kompromess it-twettiq tal-għan li l-awturi tat-Trattat ifittxu li jilħqu.
Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji li skontha dan l-artikolu jimplika biss li l-atti li jaqgħu taħt il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali ma humiex awtomatikament imħassra wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, iċċaħħad lill-imsemmi artikolu mill-effettività kollha tiegħu.
Konsegwentement, jirriżulta li dispożizzjoni ta’ att adottat b’mod regolari abbażi tat-Trattat UE qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona li jipprevedi modalitajiet ta’ adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni ta’ dan l-att tkompli tipproduċi l-effetti legali tagħha sakemm ma tkunx tħassret, ġiet annullata jew emendata u tippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni b’applikazzjoni tal-proċedura ddefinita minnha.
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li l-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2005/387 jipprevedi modalitajiet ta’ adozzjoni tal-miżuri ta’ implementazzjoni msaħħa jew mdgħajfa meta mqabbla mal-proċedura prevista għal dan il-għan mit-Trattat FUE ma jistax jimplika li din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi bażi legali sekondarja illegali li l-applikazzjoni tagħha għandha tiġi eskluża permezz ta’ eċċezzjoni.
(ara l-punti 51-58)
6. Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, jekk tikkunsidra li huwa meħtieġ, tiddikjara liema mill-effetti ta’ att annullat għandhom jitqiesu li huma definittivi.