This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0302
flyLAL-Lithuanian Airlines
flyLAL-Lithuanian Airlines
Kawża C‑302/13
flyLAL-Lithuanian Airlines AS
vs
Starptautiskā lidosta Rīga VAS
u
Air Baltic Corporation AS
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās Tiesas Senāts)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 31 — Talba għal rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenza li tordna miżuri provviżorji jew kawtelatorji — Artikolu 1(1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Materji ċivili u kummerċjali — Kunċett — Talba ta’ kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea — Tnaqqis fuq it-tariffi tal-ajruport — Artikolu 22(2) — Ġurisdizzjoni esklużiva — Kunċett — Tilwima fil-qasam tal-kumpanniji u tal-persuni ġuridiċi — Deċiżjoni li jiġi konċess it-tnaqqis — Artikolu 34(1) — Motivi għar-rifjut ta’ rikonoxximent — Ordni pubbliku tal-Istat fejn issir it-talba”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kamp ta’ applikazzjoni – Materji ċivili u kummerċjali – Kunċett – Azzjoni intiża għall-ksib tal-kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni – Inklużjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 1(1))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni esklużiva – Tilwimiet fil-qasam tal-kumpanniji u tal-persuni ġuridiċi – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn il-kumpannija għandha s-sede tagħha – Portata – Azzjoni intiża għall-ksib tal-kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni – Esklużjoni
(Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 22(2))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi – Motivi tar-rifjut – Ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat mitlub – Kunċett – Modalitajiet ta’ determinazzjoni tal-ammont tas-somom li għalihom jirreferu l-miżuri provviżorji u kawtelatorji ddikjarati – Esklużjoni fil-każ ta’ motivazzjoni suffiċjenti – Sempliċi invokazzjoni ta’ konsegwenzi ekonomiċi serji – Esklużjoni
(Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 34(1))
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni intiża għall-ksib tal-kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u tidħol, konsegwentement, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.
(ara l-punt 38 u d-dispożittiv)
L-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni intiża għall-ksib tal-kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, ma tikkostitwixxix proċedura li għandha bħala suġġett il-validità tad-deċiżjonijiet ta’ korpi ta’ kumpanniji fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(ara l-punt 42 u d-dispożittiv 2)
L-Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li la l-modalitajiet ta’ determinazzjoni tal-ammont tas-somom li għalihom jirreferu l-miżuri provviżorji u kawtelatorji ddikjarati b’sentenza li qed jintalbu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tagħha, meta tkun tista’ tiġi segwita l-linja ta’ raġunament li wasslet għad-determinazzjoni tal-ammont tal-imsemmija somom, u anki meta rimedji ġudizzjarji kienu disponibbli u ġew eżerċitati sabiex jiġu kkontestati tali modalitajiet ta’ kalkolu, u lanqas is-sempliċi invokazzjoni ta’ konsegwenzi ekonomiċi serji ma jikkostitwixxu motivi li jistabbilixxu ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat Membru fejn issir it-talba li jippermettu li jiġu rrifjutati r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, f’dan l-Istat Membru, ta’ tali sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor.
Fil-fatt, il-portata tad-dmir ta’ motivazzjoni tista’ tvarja skont in-natura tad-deċiżjoni ġudizzjarja inkwistjoni u għandha tiġi eżaminata, fid-dawl tal-proċedura kkunsidrata b’mod globali u fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-garanziji proċedurali involuti f’din id-deċiżjoni, sabiex jiġi vverifikat jekk dawn tal-aħħar jiżgurawx li l-persuni kkonċernati jkollhom il-possibbiltà li jippreżentaw kontra l-imsemmija deċiżjoni rikors xieraq u effettiv.
Barra minn hekk, il-kunċett ta’ “ordni pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 44/2001, huwa intiż sabiex jipproteġi interessi legali espressi permezz ta’ dispożizzjoni legali u mhux interessi purament ekonomiċi.
(ara l-punti 52, 56, 59 u d-dispożittiv 3)
Kawża C‑302/13
flyLAL-Lithuanian Airlines AS
vs
Starptautiskā lidosta Rīga VAS
u
Air Baltic Corporation AS
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās Tiesas Senāts)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 31 — Talba għal rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenza li tordna miżuri provviżorji jew kawtelatorji — Artikolu 1(1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Materji ċivili u kummerċjali — Kunċett — Talba ta’ kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea — Tnaqqis fuq it-tariffi tal-ajruport — Artikolu 22(2) — Ġurisdizzjoni esklużiva — Kunċett — Tilwima fil-qasam tal-kumpanniji u tal-persuni ġuridiċi — Deċiżjoni li jiġi konċess it-tnaqqis — Artikolu 34(1) — Motivi għar-rifjut ta’ rikonoxximent — Ordni pubbliku tal-Istat fejn issir it-talba”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni — Materji ċivili u kummerċjali — Kunċett — Azzjoni intiża għall-ksib tal-kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni — Inklużjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 1(1))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni esklużiva — Tilwimiet fil-qasam tal-kumpanniji u tal-persuni ġuridiċi — Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn il-kumpannija għandha s-sede tagħha — Portata — Azzjoni intiża għall-ksib tal-kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni — Esklużjoni
(Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 22(2))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi — Motivi tar-rifjut — Ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat mitlub — Kunċett — Modalitajiet ta’ determinazzjoni tal-ammont tas-somom li għalihom jirreferu l-miżuri provviżorji u kawtelatorji ddikjarati — Esklużjoni fil-każ ta’ motivazzjoni suffiċjenti — Sempliċi invokazzjoni ta’ konsegwenzi ekonomiċi serji — Esklużjoni