EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0300

Iberdrola Distribución Eléctrica

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014 – Consejería de Infraestructuras y Transporte de la Generalitat Valenciana u Iberdrola Distribución Eléctrica

(Kawża C‑300/13)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 85/337/KEE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Bini ta’ ċerti kejbils tal-elettriku fil-għoli — Tkabbir ta’ substazzjon tal-elettriku — Nuqqas ta’ ssuġġettar tal-proġett għall-evalwazzjoni ambjentali”

Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 85/337 — Kamp ta’ applikazzjoni — Tkabbir ta’ substazzjon tal-elettriku — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ tkabbir li jaqa’ fil-kuntest tal-bini ta’ kejbils tal-elettriku fil-għoli — Verifika mill-qorti nazzjonali (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11, Anness I, punt 20, u II, punt 3(b)) (ara l-punti 21, 25-30 u d-dispożittiv)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana - Interpretazzjoni tal-punt 20 tal-Anness I u tal-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) – Bini ta’ kejbils tal-elettriku fil-għoli b’voltaġġ ta’ 220 kV jew iktar u tul ta’ iktar minn 15-il kilometru – Kunċett – Proġett intiż għat-tkabbir ta’ substazzjon tal-elettriku indipendentement mill-kejbil fil-għoli eżistenti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix l-issuġġettar ta’ dan il-proġett għall-evalwazzjoni ambjentali.

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 20 tal-Anness 1, u tal-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, għandhom jiġu interpretati fis-sens li proġett bħal dak inwistjoni fil-kawża prinċipali, li jirrigwarda biss l-estensjoni ta’ substazzjon ta’ trasformazzjoni tal-voltaġġ elettriku, ma jinsabx, bħala tali, fost il-proġetti li dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw, sakemm din l-estensjoni ma taqax fil-kuntest tal-bini ta’ kejbils tal-elettriku fil-għoli, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

Top