EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0280

Barclays Bank

Kawża C‑280/13

Barclays Bank SA

vs

Sara Sánchez García u Alejandro Chacón Barrera

(talba għal deċiżjoni preliminari imressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Palma de Mallorca)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — It-tlettax-il premessa — Artikolu 1(2) — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt ta’ self ipotekarju — Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja — Dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari nazzjonali — Ekwilibriju kuntrattwali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ April 2014

  1. Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Għan

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 6(1))

  2. Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Obbligu għall-qorti nazzjonli li teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola li tissemma f’kuntratt suġġett għall-evalwazzjoni tagħha

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13)

  3. Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja – Assenza ta’ possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tadotta miżuri provviżorji – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju ta’ effettività

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13)

  4. Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Kamp ta’ applikazzjoni – Esklużjoni prevista mill-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu liġijiet jew regolamenti obbligatorji – Assenza ta’ klawżoli kuntrattwali li jbiddlu l-portata jew il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali – Nuqqas ta’ applikabbiltà tad-Direttiva

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13, it-tlettax-il premessa u l-Artikolu 1(2))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 33)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 34)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 36)

  4.  Id-Direttiva 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ekwilibriju kuntrattwali għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari ta’ Stat Membru, fl-assenza ta’ klawżola kuntrattwali li tbiddel il-portata jew il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet nazzjonali ma humiex ta’ natura kuntrattwali, iżda ta’ natura leġiżlattiva jew regolatorja. Issa, tali dispożizzjonijiet ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva li tipprojbixxi l-klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi.

    Fir-rigward tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ekwilibriju kuntrattwali, għandu jiġi kkonstatat li d-Direttiva 93/13 hija intiża sabiex tiġi żgurata l-osservanza tagħhom billi jiġu eliminati l-klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi peress li huma manifestazzjoni ta’ żbilanċ bejn il-partijiet kontraenti.

    Issa, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari nazzjonali inkwistjoni ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13, peress li ma ġietx invokata l-eżistenza ta’ klawżola kuntrattwali inġusta. Barra minn hekk, fil-preżenza ta’ lex specialis, bħalma hija d-Direttiva 93/13, li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata ma jistgħux japplikaw.

    (ara l-punti 39, 40, 43-45 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑280/13

Barclays Bank SA

vs

Sara Sánchez García u Alejandro Chacón Barrera

(talba għal deċiżjoni preliminari imressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Palma de Mallorca)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — It-tlettax-il premessa — Artikolu 1(2) — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt ta’ self ipotekarju — Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja — Dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari nazzjonali — Ekwilibriju kuntrattwali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ April 2014

  1. Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Għan

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 6(1))

  2. Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Obbligu għall-qorti nazzjonli li teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola li tissemma f’kuntratt suġġett għall-evalwazzjoni tagħha

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13)

  3. Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja — Assenza ta’ possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tadotta miżuri provviżorji — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju ta’ effettività

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13)

  4. Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Kamp ta’ applikazzjoni — Esklużjoni prevista mill-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu liġijiet jew regolamenti obbligatorji — Assenza ta’ klawżoli kuntrattwali li jbiddlu l-portata jew il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali — Nuqqas ta’ applikabbiltà tad-Direttiva