Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0254

Orgacom

Kawża C‑254/13

Orgacom BVBA

vs

Vlaamse Landmaatschappij

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep te Brussel)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxi li għandhom effett ekwivalenti għal dazju doganali — Taxxi interni — Taxxa fuq l-importazzjoni ta’ demel tal-bhejjem importat fil-Vlaamse Gewest — Artikoli 30 TFUE u 110 TFUE — Taxxa dovuta mill-importatur — Taxxi differenti skont jekk id-demel tal-bhejjem huwiex importat jew jekk joriġinax mill-Vlaamse Gewest”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Moviment liberu tal-merkanzija – Dazji doganali – Taxxi li għandhom effett ekwivalenti – Regoli tat-Trattat – Assenza ta’ applikabbiltà kumulattiva mar-regoli dwar it-taxxi interni

    (Artikoli 30 TFUE u 110 TFUE)

  3. Moviment liberu tal-merkanzija – Dazji doganali – Taxxi li għandhom effett ekwivalenti – Taxxi interni – Taxxa fuq l-importazzjoni ta’ demel tal-bhejjem importat f’reġjun nazzjonali – Taxxa dovuta mill-importatur – Taxxa differenti għad-demel tal-bhejjem li joriġina minn dan ir-reġjun – Inkompatibbiltà mal-Artikolu 30 TFUE

    (Artikolu 30 TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 14 u 15)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 20)

  3.  L-Artikolu 30 TFUE jipprekludi dazju fuq l-importazzjoni previst minn miżura nazzjonali, dwar il-protezzjoni tal-ambjent kontra t-tniġġis ikkawżat mill-fertilizzanti, li japplika biss għall-importazzjonijiet f’reġjun nazzjonali ta’ eċċessi ta’ demel tal-bhejjem u fertilizzanti oħra, li jinġabar mingħand l-importatur, meta t-taxxa fuq l-eċċessi ta’ fertilizzanti prodotti fi ħdan it-territorju nazzjonali tinġabar mingħand il-produttur, u li jiġi kkalkolat skont modalitajiet differenti mill-modalitajiet li jirregolaw il-kalkolu ta’ din l-aħħar taxxa. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti l-fatt li l-Istat Membru li mingħandu jkunu ġejjin l-eċċessi ta’ demel li jiġu importati fir-reġjun nazzjonali japplika tnaqqis tat-taxxa fil-każ ta’ esportazzjoni ta’ dawn l-eċċessi lejn Stati Membri oħra.

    Fil-fatt, taxxa imposta fl-okkażjoni ta’ qsim ta’ limitu territorjali fi ħdan Stat Membru tikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali. Barra minn hekk, id-dazji doganali u t-taxxi li għandhom effett ekwivalenti għal tali dazji huma pprojbiti irrispettivament minn kull kunsiderazzjoni ta’ għan li abbażi tiegħu dawn ikunu ġew stabbiliti kif ukoll mid-destinazzjoni tad-dħul li dawn joħolqu.

    (ara l-punti 24, 35, 37 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑254/13

Orgacom BVBA

vs

Vlaamse Landmaatschappij

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep te Brussel)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxi li għandhom effett ekwivalenti għal dazju doganali — Taxxi interni — Taxxa fuq l-importazzjoni ta’ demel tal-bhejjem importat fil-Vlaamse Gewest — Artikoli 30 TFUE u 110 TFUE — Taxxa dovuta mill-importatur — Taxxi differenti skont jekk id-demel tal-bhejjem huwiex importat jew jekk joriġinax mill-Vlaamse Gewest”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Moviment liberu tal-merkanzija — Dazji doganali — Taxxi li għandhom effett ekwivalenti — Regoli tat-Trattat — Assenza ta’ applikabbiltà kumulattiva mar-regoli dwar it-taxxi interni

    (Artikoli 30 TFUE u 110 TFUE)

  3. Moviment liberu tal-merkanzija — Dazji doganali — Taxxi li għandhom effett ekwivalenti — Taxxi interni — Taxxa fuq l-importazzjoni ta’ demel tal-bhejjem importat f’reġjun nazzjonali — Taxxa dovuta mill-importatur — Taxxa differenti għad-demel tal-bhejjem li joriġina minn dan ir-reġjun — Inkompatibbiltà mal-Artikolu 30 TFUE