Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0225

    Ville d'Ottignies-Louvain-la-Neuve et

    Kawża C‑225/13

    Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve et

    vs

    Région wallonne

    [talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Il-Belġju)]

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skart — Direttiva 75/442/KEE — Artikolu 7(1) — Pjan ta’ mmaniġġar — Siti u installazzjonijiet xierqa għar-rimi tal-iskart — Kunċett ta’ ‘pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart’ — Direttiva 1999/31/KE — Artikoli 8 u 14 — Landfills li ġew mogħtija permess jew li kienu diġà qed jitħaddmu fid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Identifikazzjoni tal-punti ta’ liġi tal-Unjoni rilevanti

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Ambjent – Skart – Rimi ta’ skart f’landfill – Direttivi 75/442 u 1999/31 – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġu awtorizzati mill-ġdid il-landfills li ġew ġew mogħtija permessi barra mis-siti previsti mill-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart, adottat konformement mad-Direttiva 75/442 qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu – Ammissibbiltà fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/31 – Kundizzjonijiet

      (Direttivi tal-Kunsill 75/442, kif emendata bid-Deċiżjoni 96/350, Artikolu 7(1), u 1999/31, kif emendata bid-Direttiva 2011/97, Artikoli 8 u 14)

    3. Ambjent – Skart – Direttiva 75/442 – Pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart – Kunċett – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà li jiġu awtorizzati mill-ġdid il-landfills li ġew mogħtija permessi qabel id-dħul fis-seħħ tal-pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart u li jinsabu barra mis-siti previsti minnu – Esklużjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 75/442, kif emendata bid-Deċiżjoni 96/350, Artikolu 7(1))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 30)

    2.  L-Artikolu 8 tad-Direttiva 1999/31, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/97, ma jipprekludix li dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tipprovdi li, b’deroga mir-regola li l-ebda landfill ma tista’ tiġi awtorizzata barra mis-siti previsti mill-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart mitlub mill-Artikolu 7(1), tad-Direttiva 75/442, dwar l-iskart, il-landfills awtorizzati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-pjan jistgħu, wara dan id-dħul fis-seħħ, jiġu awtorizzati mill-ġdid fuq l-istess artijiet, u li jista’ jsib il-bażi legali tiegħu fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31 u japplika għal landfills li ġew mogħtija permess, jew li kienu diġà qed jitħaddmu fid-data tat-traspożizzjoni ta’ din tal-aħħar, bla ħsara għall-osservanza tal-kundizzjonijiet l-oħra msemmija f’dan l-aħħar artikolu, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

      Fil-fatt, mill-Artikolu 8(a) u (b) tad-Direttiva 1999/31 jirriżulta li permess għat-tħaddim ta’ landfill jista’ jingħata biss jekk il-proġett ta’ landfill ikun skont il-pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart imsemmi fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 75/442. Madankollu, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31 jissuġġetta l-landfills “li ġew mogħtija permess, jew li huma diġa qed jitħaddmu fil-ħin ta’ trasposizzjoni [tagħha]”, li kellha ssir sa mhux iktar tard mis‑16 ta’ Lulju 2001, għal sistema tranżitorja derogatorja.

      Minn din is-sistema tranżitorja jirriżulta li, sabiex ikunu jistgħu jkomplu jitħaddmu, dawn il-landfills għandhom, fi żmien tmien snin mis‑16 ta’ Lulju 2001, isiru konformi mar-rekwiżiti ambjentali l-ġodda elenkati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 1999/31, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fil-punt 1 tal-Anness I, ta’ din tal-aħħar. Issa, din l-eċċezzjoni ssemmi, preċiżament, ir-rekwiżiti dwar is-sit tal-landfill.

      L-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31 jippermetti, għaldaqstant, li landfill awtorizzata, jew li kienet diġà qed titħaddem fil-mument tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva mill-Istat Membru, tista’ tkompli titħaddem u tiġi awtorizzata mill-ġdid, anki jekk hija ma tidhirx fuq il-lista ta’ siti previsti minn dan il-pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart adottat skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 75/442, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra msemmija f’dan l-Artikolu 14 jiġu osservati.

      (ara l-punti 32-35, 37 u d-dispożittiv)

    3.  L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 75/442, dwar l-iskart, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350, għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tipprovdi li, b’deroga mir-regola li l-ebda landfill ma tista’ tiġi awtorizzata barra mis-siti previsti mill-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart mitlub minn dan l-artikolu, il-landfills awtorizzati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-pjan jistgħu, wara dan id-dħul fis-seħħ, jiġu awtorizzati mill-ġdid fuq l-istess artijiet, ma tikkostitwixxix pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tad-Direttiva 75/442. Fil-fatt, tali dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali, sa fejn il-portata tagħha tikkonsisti biss f’li tipprovdi li, b’deroga mid-dritt ġenerali, il-permess biex jitħaddmu l-landfills diġà awtorizzati fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart fl-Istat Membru kkonċernat tista’ tingħata għall-istess artijiet, anki jekk dawn tal-aħħar ma jidhrux fuq dan il-pjan, ma tistax, waħedha, tiġi kkunsidrata bħala sistema organizzata u kkoordinata, intiża għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet li jikkostitwixxu “pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart”, fis-sens tal-Artikolu 7(1), tal-imsemmija direttiva.

      (ara l-punti 29, 37 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑225/13

    Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve et

    vs

    Région wallonne

    [talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Il-Belġju)]

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skart — Direttiva 75/442/KEE — Artikolu 7(1) — Pjan ta’ mmaniġġar — Siti u installazzjonijiet xierqa għar-rimi tal-iskart — Kunċett ta’ ‘pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart’ — Direttiva 1999/31/KE — Artikoli 8 u 14 — Landfills li ġew mogħtija permess jew li kienu diġà qed jitħaddmu fid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014

    1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Identifikazzjoni tal-punti ta’ liġi tal-Unjoni rilevanti

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Ambjent — Skart — Rimi ta’ skart f’landfill — Direttivi 75/442 u 1999/31 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġu awtorizzati mill-ġdid il-landfills li ġew ġew mogħtija permessi barra mis-siti previsti mill-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart, adottat konformement mad-Direttiva 75/442 qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu — Ammissibbiltà fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/31 — Kundizzjonijiet

      (Direttivi tal-Kunsill 75/442, kif emendata bid-Deċiżjoni 96/350, Artikolu 7(1), u 1999/31, kif emendata bid-Direttiva 2011/97, Artikoli 8 u 14)

    3. Ambjent — Skart — Direttiva 75/442 — Pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart — Kunċett — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà li jiġu awtorizzati mill-ġdid il-landfills li ġew mogħtija permessi qabel id-dħul fis-seħħ tal-pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart u li jinsabu barra mis-siti previsti minnu — Esklużjoni