Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0183

    Banco Mais

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Oġġetti u servizzi użati fl-istess ħin għal tranżazzjonijiet li jagħtu u li ma jagħtux dritt għal tnaqqis — Tranżazzjonijiet ta’ leasing — Tnaqqis pro rata — Kalkolu — Kriterju ta’ tqassim differenti minn dak ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ — Ammissibbiltà — Kundizzjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, it-tielet subparagrafu (ċ) tal-Artikolu 17(5))

    Summary

    It-tielet subparagrafu (ċ) tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jobbliga lil bank, li jeżerċita b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ leasing, li juri, għan-numeratur u għad-denominatur tal-frazzjoni li sservi biex tistabbilixxi proporzjon wieħed biss u l-istess ta’ tnaqqis għall-oġġetti u servizzi kollha tiegħu intiżi għal użu mħallat, l-unika parti tal-ħlasijiet tal-leasing li jħallsu l-klijenti fil-kuntest tal-kuntratti ta’ leasing tagħhom li jikkorrispondu għall-interessi, meta l-użu ta’ dawn l-oġġetti u ta’ dawn is-servizzi huwa qabel xejn iġġenerat mill-finanzjament u l-ġestjoni ta’ dawn il-kuntratti.

    Ċertament, fl-eżerċizzju tal-possibbiltà, offruta fit-tielet subparagrafu (ċ) tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, li ssir deroga għar-regola ta’ kalkolu prevista minn din id-direttiva, kull Stat Membru għandu josserva l-għan u l-istruttura ta’ din id-direttiva, kif ukoll il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

    Madankollu, fid-dawl, l-ewwel nett, tal-kliem tat-tielet subparagrafu (ċ) tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, it-tieni nett, tal-kuntest li tagħmel parti minnu din id-dispożizzjoni, it-tielet nett, tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità u, ir-raba’ nett, tal-għan tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva, kull Stat Membru li jeżerċita l-possibbiltà offruta fit-tielet subparagrafu (ċ) tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva għandu jiżgura li modalitajiet ta’ kalkolu tad-dritt għal tnaqqis jippermettu li jiġi stabbilit bl-ikbar preċiżjoni l-parti ta’ taxxa fuq il-valur miżjud kif hija attribwita għal tranżazzjonijiet li jagħtu dritt għal tnaqqis.

    Fil-fatt, il-prinċipju ta’ newtralità inerenti għas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jeżiġi li l-modalitajiet ta’ kalkolu tat-tnaqqis jirriflettu oġġettivament il-parti ta’ allokazzjoni reali tal-ispejjeż iġġenerata mill-akkwist ta’ oġġetti u ta’ servizzi intiżi għal użu mħallat li jista’ jiġi imputat għal tranżazzjonijiet li jagħtu dritt għal tnaqqis.

    Għal dan il-għan, is-Sitt Direttiva ma tipprekludix lill-Istati Membri milli japplikaw, fir-rigward ta’ operazzjoni partikolari, metodu jew kriterju ta’ tqassim differenti mill-metodu bbażat fuq id-dħul mill-bejgħ, sakemm il-metodu magħżul jiggarantixxi determinazzjoni tal-proporzjon tat-tnaqqis ta’ taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa li tkun iktar preċiża minn dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu bbażat fuq id-dħul mill-bejgħ.

    (ara l-punti 27, 30-32, 35 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑183/13

    Fazenda Pública

    vs

    Banco Mais SA

    (talba għal deċiżjoni preliminari,

    imressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo)

    “Tassazzjoni — VAT — Direttiva 77/388/KEE — It-tielet subparagrafu (ċ) tal-Artikolu 17(5) — Artikolu 19 — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Tranżazzjonijiet ta’ leasing — Oġġetti u servizzi intiżi għal użu mħallat — Regola tad-determinazzjoni tal-ammont tat-tnaqqis tal-VAT li għandu jiġi operat — Sistema derogatorja — Kundizzjonijiet”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014

    Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Oġġetti u servizzi użati fl-istess ħin għal tranżazzjonijiet li jagħtu u li ma jagħtux dritt għal tnaqqis – Tranżazzjonijiet ta’ leasing – Tnaqqis pro rata – Kalkolu – Kriterju ta’ tqassim differenti minn dak ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ – Ammissibbiltà – Kundizzjoni