Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0172

    Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit

    Kawża C‑172/13

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 49 TFUE — Artikolu 31 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa fuq il-kumpanniji — Gruppi ta’ kumpanniji — Tnaqqis tat-telf subit minn grupp — Trasferiment tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti — Kundizzjonijiet — Data li fiha tiġi ddeterminata n-natura definittiva tat-telf tas-sussidjarja mhux residenti”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Frar 2015

    Libertà ta’ stabbiliment – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq il-kumpanniji – Tnaqqis fiskali – Tnaqqis tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa d-data li fiha tiġi evalwata n-natura definittiva tat-telf tal-imsemmija sussidjarja – Ammissibbiltà

    (Artikolu 49 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 31)

    Ma jonqosx milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 49 TFUE u taħt l-Artikolu 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, Stat Membru li jipprevedi regoli dwar it-tnaqqis tat-telf subit minn grupp li bis-saħħa tagħhom it-telf subit minn kumpannija jista’ jiġi paċut mal-profitti ta’ kumpanniji oħra fl-istess grupp, meta, għall-kuntrarju tat-telf subit mill-kumpanniji residenti, dak subit mill-kumpanniji mhux residenti jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tat-tnaqqis tat-telf subit minn grupp biss jekk ikollu natura definittiva. F’dan ir-rigward, in-natura definittiva tista’ tiġi kkonstatata f’sitwazzjoni fejn, minn naħa, is-sussidjarja mhux residenti tkun eżawrixxiet il-possibbiltajiet ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-telf li jeżistu fl-Istat ta’ residenza tagħha fir-rigward tas-sena fiskali kkonċernata mill-applikazzjoni għat-tnaqqis tat-telf kif ukoll fir-rigward tas-snin fiskali preċedenti u fis-sitwazzjoni fejn, min-naħa l-oħra, ma jkunx hemm possibbiltà li dan it-telf ikun jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni fl-Istat ta’ residenza tagħha fir-rigward ta’ snin futuri jew minnha stess jew minn terz, b’mod partikolari fil-każ tat-trasferiment tas-sussidjarja lil dan it-terz. Barra minn hekk, l-Artikolu 49 TFUE u l-Artikolu 31 tal-imsemmi ftehim ma jipprekludux li l-evalwazzjoni tan-natura definittiva tat-telf subit minn kumpannija mhux residenti ssir b’riferiment għas-sitwazzjoni kif din tkun tinsab immedjatament wara t-tmiem tas-sena fiskali li matulha jkun ġie subit dan it-telf.

    Fil-fatt, in-natura definittiva tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti tista’ tiġi kkonstatata biss jekk din tal-aħħar ma tibqax tiġġenera dħul fl-Istat Membru ta’ residenza tagħha. F’dan ir-rigward, sakemm din is-sussidjarja tkun għadha tiġġenera dħul, anki jekk minimu, teżisti possibbiltà li t-telf subit ikun jista’ eventwalment jiġi paċut permezz tal-profitti futuri miksuba fl-Istat Membru ta’ residenza tagħha. Issa, in-natura definittiva tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti tista’ tiġi stabbilita meta, immedjatament wara t-tmiem tas-sena fiskali li matulha ġie subit l-imsemmi telf, l-imsemmija sussidjarja waqfet l-attivitajiet kummerċjali tagħha u biegħet jew eliminat l-assi kollha tagħha li kienu jiġġeneraw dħul.

    (ara l-punti 21, 26, 31, 36, 37)

    Top

    Kawża C‑172/13

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 49 TFUE — Artikolu 31 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa fuq il-kumpanniji — Gruppi ta’ kumpanniji — Tnaqqis tat-telf subit minn grupp — Trasferiment tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti — Kundizzjonijiet — Data li fiha tiġi ddeterminata n-natura definittiva tat-telf tas-sussidjarja mhux residenti”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Frar 2015

    Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Tnaqqis fiskali — Tnaqqis tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa d-data li fiha tiġi evalwata n-natura definittiva tat-telf tal-imsemmija sussidjarja — Ammissibbiltà