Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0146

    Spanja vs Il-Parlament u Il-Kunsill

    Kawża C‑146/13

    Ir-Renju ta’ Spanja

    vs

    Il-Parlament Ewropew

    u

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Rikors għal annullament — Implementazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa — Ħolqien ta’ protezzjoni unitarja mogħtija permezz ta’ privattiva — Regolament (UE) Nru 1257/2012 — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 TFUE — Bażi legali — Artikolu 291 TFUE — Delega ta’ poteri lil korpi esterni għall-Unjoni Ewropea — Prinċipji ta’ awtonomija u ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Mejju 2015

    1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proprjetà industrijali u kummerċjali — Dritt ta’ privattiva — Privattiva Ewropea b’effett unitarju — Regolament Nru 1257/2012 li jiffissa l-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-effett unitarju — Skop

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1257/2012, Artikoli 1(2) u 2(b) u (c))

    2. Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Kriterji — Regolament Nru 1257/2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja — Adozzjoni abbażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 TFUE — Ammissibbiltà

      (Artikolu 4 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1257/2012)

    3. Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett

      (Artikolu 263 TFUE)

    4. Atti tal-istituzzjonijiet — Regolamenti — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Obbligu li jiġu implementati l-atti legalment vinkolanti tal-Unjoni — Kunċett — Iffissar mir-Regolament Nru 1257/2012 tal-livell ta’ tariffi ta’ tiġdid għall-privattivi Ewropej sabiex l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi jkun jista’ jeżegwixxi l-kompiti li għandhom jiġu fdati lilu mill-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-privattiva unitarja — Inklużjoni — Ksur tal-Artikolu 291 TFUE minħabba l-għoti ta’ setgħat ta’ implementazzjoni lill-imsemmija Stati Membri u mhux lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill — Assenza

      (Artikolu 291(1) u (2) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1257/2012, Artikolu 9(1)(e) u (2))

    5. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Eżerċizzju tal-kompetenzi — Delegi — Eżistenza ta’ delega lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi jew lill-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-privattiva unitarja — Assenza

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1257/2012)

    6. Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Eżami tal-legalità ta’ ftehim internazzjonali jew ta’ att nazzjonali — Esklużjoni

      (Artikolu 263 TFUE)

    7. Atti tal-istituzzjonijiet — Regolamenti — Applikabbiltà diretta — Kompetenza ta’ eżekuzzjoni mogħtija lil Stati Membri — Ammissibbiltà

      (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1257/2012)

    1.  Ir-Regolament Nru 1257/2012, li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja, bl-ebda mod ma għandu l-għan li jirregola, anki jekk biss parzjalment, il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-privattivi Ewropej, li huma rregolati mhux mid-dritt tal-Unjoni, iżda biss permezz tal-Konvenzjoni dwar il-Privattiva Ewropea, u li huwa lanqas ma jintegra l-proċedura ta’ ħruġ tal-privattivi Ewropej prevista mill-imsemmija konvenzjoni fid-dritt tal-Unjoni.

      Min-naħa l-oħra, jirriżulta neċessarjament mill-klassifikazzjoni tar-Regolament Nru 1257/2012, fl-Artikolu 1(2) tiegħu, bħala “ftehim speċjali fis-sens tal-Artikolu 142 tal-Konvenzjoni dwar l-Għoti ta’ Privattivi Ewropej [dwar il-Privattiva Ewropea]” li dan ir-regolament sempliċement, minn naħa, jiffissa l-kundizzjonijiet li fihom privattiva Ewropea maħruġa minn qabel mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi skont id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija konvenzjoni tista’, fuq talba tal-proprjetarju tagħha, tingħata effett unitarju u, min-naħa l-oħra, jiddefinixxi dan l-effett unitarju.

      (ara l-punti 30, 31)

    2.  L-għażla tal-bażi legali ta’ att tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom hemm, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut ta’ dan l-att.

      Fir-rigward tal-iskop tar-Regolament Nru 1257/2012, li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja, ibbażat fuq l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 TFUE, dan għandu bħala għan l-ħolqien ta’ protezzjoni unitarja mogħtija permezz ta’ privattiva u d-dispożizzjonijiet tiegħu jirriflettu l-volontà tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jiggarantixxi protezzjoni uniformi fit-territorju tal-Istati Membri parteċipanti. Minn dan jirriżulta li l-protezzjoni ta’ privattiva unitarja, stabbilita permezz ta’ dan ir-regolament, hija xierqa sabiex tipprevjeni diverġenzi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ protezzjoni permezz ta’ privattiva fl-Istati Membri parteċipanti u, għaldaqstant, hija intiża għal protezzjoni uniformi fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 TFUE. Għaldaqstant din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi l-bażi legali xierqa għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 1257/2012.

      F’dan ir-rigward, l-imsemmi l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 TFUE, jawtorizza lil-leġiżlatur tal-Unjoni jistabbilixxi miżuri dwar il-ħolqien ta’ titoli Ewropej sabiex tiġi żgurata protezzjoni uniformi tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fl-Unjoni. Din id-dispożizzjoni, introdotta fit-Trattat FUE permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, tirreferi b’mod speċifiku għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern, li jaqa’ taħt qasam ta’ kompetenzi kondiviżi tal-Unjoni skont l-Artikolu 4 TFUE. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kliem “madwar l-Unjoni [fl-Unjoni]” li jinsab f’din id-dispożizzjoni, li ladarba l-kompetenza mogħtija permezz ta’ dan l-artikolu hija eżerċitata permezz tal-kooperazzjoni msaħħa, it-titolu Ewropew ta’ proprjetà intellettwali maħluq b’dan il-mod u l-protezzjoni uniformi li huwa jagħti għandhom ikunu fis-seħħ mhux fl-Unjoni kollha, iżda biss fit-territorju tal-Istati Membri parteċipanti.

      (ara l-punti 39-41, 43, 44, 51, 52)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 56)

    4.  Jikkostitwixxi l-implementazzjoni ta’ att legalment vinkolanti tad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 291(1) TFUE, l-iffissar tal-livell ta’ tariffi ta’ tiġdid nazzjonali għall-privattivi Ewropej u tal-kwota ta’ distribuzzjoni tagħhom, imsemmi fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 1257/2012, li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja. Fil-fatt, l-ammont tal-imsemmija tariffi ta’ tiġdid għandu neċessarjament ikopri l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi sabiex jeżegwixxi l-kompiti supplimentari li għandhom jiġu fdati lilu, fis-sens tal-Artikolu 143 tal-Konvenzjoni dwar il-Privattiva Ewropea, mill-Istati Membri parteċipanti. Madankollu, dawn il-kompiti huma marbuta b’mod intrinsiku mal-implementazzjoni tal-protezzjoni unitarja mogħtija permezz ta’ privattiva, stabbilita permezz tar-Regolament Nru 1257/2012.

      Barra minn hekk, ma jistax jiġi sostnut b’mod validu li kundizzjonijiet uniformi huma neċessarji għall-implementazzjoni tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 1257/2012, b’tali mod li l-għoti ta’ setgħat ta’ implementazzjoni lill-Istati Membri parteċipanti jikser l-Artikolu 291(2) TFUE. Fil-fatt, minkejja li l-Artikolu 9(1)(e), tal-imsemmi regolament jipprevedi li l-Istati Membri parteċipanti jafdaw lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi l-kompitu tal-“ġbir u l-amministrazzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid għall-privattiva Ewropea, mill-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-regolament ma jirriżulta li l-ammont tat-tariffi ta’ tiġdid għandu jkun uniformi għall-Istati Membri parteċipanti kollha. Mill-bqija, mill-klassifikazzjoni tar- Regolament Nru 1257/2012 bħala ftehim speċjali fis-sens tal-Artikolu 142 tal-Konvenzjoni dwar il-Privattiva Ewropea, u mill-fatt, li, l-iffissar tal-livell ta’ tariffi ta’ tiġdid u l-kwota ta’ distribuzzjoni tagħhom għandu jsir mill-Kumitat Magħżul tal-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi, li huma neċessarjament l-Istati Membri parteċipanti, u mhux il-Kummissjoni jew il-Kunsill, li għandhom jadottaw il-miżuri kollha neċessarji għall-implementazzjoni tal-Artikolu 9(2) tal-imsemmi regolament, ladarba l-Unjoni, b’mod differenti mill-Istati Membri tagħha, ma hijiex parti kontraenti fl-imsemmija konvenzjoni.

      (ara l-punti 73-75, 78, 81-83)

    5.  Peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma ddelegax lill-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja mogħtija permezz ta’ privattiva jew lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi setgħat ta’ implementazzjoni li huma tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni, il-prinċipji żviluppati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar delega ta’ setgħa diskrezzjonali ma humiex applikabbli.

      (ara l-punti 84, 87)

    6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 101, 102)

    7.  L-applikabbiltà diretta ta’ regolament, prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, titlob li d-dħul tiegħu fis-seħħ u l-applikazzjoni tiegħu favur jew kontra individwi jitwettqu mingħajr ebda miżura ta’ riċezzjoni fid-dritt nazzjonali, ħlief jekk ir-regolament inkwistjoni jħalli f’idejn l-Istati Membri nfushom li jadottaw il-miżuri leġiżlattivi, regolatorji, amministrattivi u finanzjarji neċessarji sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament.

      Dan huwa l-każ tar-Regolament Nru 1257/2012, li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja, fejn il-leġiżlatur tal-Unjoni ħalla, huwa nnifsu, f’idejn l-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament minn naħa, il-kompitu li jadottaw diversi miżuri fil-qafas ġuridiku ffissat permezz tal-Konvenzjoni dwar il-Privattiva Ewropea u, min-naħa l-oħra, il-kompitu li jistabbilixxu l-Qorti Unifikata tal-Privattivi, li, kif imfakkar fil-premessi 24 u 25 tal-imsemmi regolament, hija essenzjali sabiex jiġi ggarantit il-funzjonament tajjeb ta’ din il-privattiva, il-koerenza tal-ġurisprudenza u, għaldaqstant, iċ-ċertezza legali, kif ukoll ta’ nfiq effettiv għall-proprjetarji tal-privattivi.

      (ara l-punti 105, 106)

    Top

    Kawża C‑146/13

    Ir-Renju ta’ Spanja

    vs

    Il-Parlament Ewropew

    u

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Rikors għal annullament — Implementazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa — Ħolqien ta’ protezzjoni unitarja mogħtija permezz ta’ privattiva — Regolament (UE) Nru 1257/2012 — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 TFUE — Bażi legali — Artikolu 291 TFUE — Delega ta’ poteri lil korpi esterni għall-Unjoni Ewropea — Prinċipji ta’ awtonomija u ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Mejju 2015

    1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proprjetà industrijali u kummerċjali – Dritt ta’ privattiva – Privattiva Ewropea b’effett unitarju – Regolament Nru 1257/2012 li jiffissa l-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-effett unitarju – Skop

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1257/2012, Artikoli 1(2) u 2(b) u (c))

    2. Atti tal-istituzzjonijiet – Għażla tal-bażi legali – Kriterji – Regolament Nru 1257/2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja – Adozzjoni abbażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 TFUE – Ammissibbiltà

      (Artikolu 4 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1257/2012)

    3. Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett

      (Artikolu 263 TFUE)

    4. Atti tal-istituzzjonijiet – Regolamenti – Implementazzjoni mill-Istati Membri – Obbligu li jiġu implementati l-atti legalment vinkolanti tal-Unjoni – Kunċett – Iffissar mir-Regolament Nru 1257/2012 tal-livell ta’ tariffi ta’ tiġdid għall-privattivi Ewropej sabiex l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi jkun jista’ jeżegwixxi l-kompiti li għandhom jiġu fdati lilu mill-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-privattiva unitarja – Inklużjoni – Ksur tal-Artikolu 291 TFUE minħabba l-għoti ta’ setgħat ta’ implementazzjoni lill-imsemmija Stati Membri u mhux lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill – Assenza

      (Artikolu 291(1) u (2) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1257/2012, Artikolu 9(1)(e) u (2))

    5. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Eżerċizzju tal-kompetenzi – Delegi – Eżistenza ta’ delega lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi jew lill-Istati Membri parteċipanti f’kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-privattiva unitarja – Assenza

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1257/2012)

    6. Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Eżami tal-legalità ta’ ftehim internazzjonali jew ta’ att nazzjonali – Esklużjoni

      (Artikolu 263 TFUE)

    7. Atti tal-istituzzjonijiet – Regolamenti – Applikabbiltà diretta – Kompetenza ta’ eżekuzzjoni mogħtija lil Stati Membri – Ammissibbiltà