Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0144

    VDP Dental Laboratory

    Kawżi magħquda C‑144/13, C‑154/13 u C‑160/13

    VDP Dental Laboratory NV

    vs

    Staatssecretaris van Financiën

    u

    Staatssecretaris van Financiën

    vs

    X BV

    u

    Nobel Biocare Nederland BV

    (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis — Eżenzjonijiet — Provvisti ta’ proteżijiet dentali”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2015

    1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Provvisti ta’ proteżijiet dentali li ma humiex taxxabbli minħabba eżenzjoni prevista fid-dritt nazzjonali bi ksur tad-Direttiva 2006/112 – Impossibbiltà li din l-eżenzjoni tingħata flimkien mad-dritt għal tnaqqis

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 168)

    2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Eżenzjoni ta’ provvisti ta’ proteżijiet dentali – Portata – Akkwisti intra-Komunitarji u importazzjonijiet finali – Provvista eżentata fit-territorju tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni – Inklużjoni – Kundizzjonijiet – Provvista minn dentisti jew minn tekniċi dentali

      (Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/112, Artikoli 132(1)(e), 140(a) u (b), 143(1)(a) u 370)

    3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Eżenzjoni ta’ provvisti ta’ proteżijiet dentali – Portata – Akkwisti intra-Komunitarji – Provvista eżentata fit-territorju tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni – Inklużjoni – Stat Membru ta’ oriġini li żamm it-tassazzjoni ta’ proteżijiet dentali fuq bażi tranżitorja – Assenza ta’ effett

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 140 (a) u (b) u 370)

    1.  L-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva 2007/75, għandu jiġi interpretat fis-sens li meta eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista mid-dritt nazzjonali hija inkompatibbli mad-Direttiva 2006/112, l-imsemmi Artikolu 168 ma jippermettix lil persuna taxxabbli tibbenefika minn din l-eżenzjoni u tinvoka d-dritt għal tnaqqis.

      Fil-fatt, f’tali sitwazzjoni, il-persuna taxxabbli għandha tapplika l-eżenzjoni nazzjonali u tirrinunzja d-dritt għal tnaqqis jew inkella tissuġġetta t-tranżazzjonijiet tagħha għat-taxxa fuq il-valur miżjud skont id-dritt tal-Unjoni u tinvoka sussegwentement d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input.

      (ara l-punti 39, 40 u d-dispożittiv 1)

    2.  L-Artikoli 140(a) u (b) u 143(1)(a) tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva 2007/75, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud li jipprovdu tapplika għall-akkwist intra-Komunitarju u għall-importazzjoni finali ta’ proteżijiet dentali pprovduti minn dentisti u minn tekniċi dentali, meta l-Istat Membru tal-kunsinna jew tal-importazzjoni ma jkunx implementa l-leġiżlazzjoni tranżitorja prevista fl-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2007/75.

      Fil-fatt, sabiex jiġi ddeterminat jekk akkwist intra-Komunitarju ta’ beni jew importazzjoni ta’ beni humiex eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi vverifikat jekk il-kunsinna ta’ dawn l-istess beni hijiex, fi kwalunkwe każ, eżentata fit-territorju tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni. Peress li l-Artikolu 132(1)(e) tad-Direttiva 2006/112 jobbliga lill-Istati Membri jeżentaw il-provvista ta’ proteżijiet dentali mwettqa minn dentisti u minn tekniċi dentali, il-kunsinna fit-territorju ta’ Stat Membru ta’ dan il-prodott hija neċessarjament eżentata, sa fejn l-Istat Membru ma jkunx implementa l-leġiżlazzjoni tranżitorja prevista fl-Artikolu 370 tad-Direttiva dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud. Għaldaqstant, l-akkwisti intra-Komunitarji u l-importazzjonijiet ta’ proteżijiet dentali mwettqa minn dentisti u tekniċi dentali huma neċessarjament eżentati.

      (ara l-punti 49-51, 53, 58, u d-dispożittiv 2)

    3.  L-Artikolu 140(a) u (b) tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva 2007/75, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika wkoll fil-każ ta’ akkwist intra-Komunitarju ta’ proteżijiet dentali minn Stat Membru li jkun implementa s-sistema derogatorja u tranżitorja prevista fl-Artikolu 370 ta’ din id-direttiva.

      Fil-fatt, peress li l-armonizzazzjoni tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud għadha biss parzjali, l-Artikolu 370 tad-Direttiva jawtorizza lill-Istati Membri jżommu ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom li, mingħajr l-imsemmija awtorizzazzjoni, ikunu inkompatibbli mal-imsemmija sistema. Għaldaqstant, sabiex jiġi ddeterminat jekk akkwist intra-Komunitarju ta’ proteżijiet dentali jikkwalifikax għal eżenzjoni, għandu jiġi vverifikat jekk il-kunsinna ta’ dawn l-istess beni hijiex eżentata fit-territorju tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni. Minn dan isegwi li l-fattur ta’ riferiment huwa s-sistema applikabbli fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni u mhux fl-Istat Membru ta’ oriġini.

      (ara l-punti 60-64 u d-dispożittiv 3)

    Top

    Kawżi magħquda C‑144/13, C‑154/13 u C‑160/13

    VDP Dental Laboratory NV

    vs

    Staatssecretaris van Financiën

    u

    Staatssecretaris van Financiën

    vs

    X BV

    u

    Nobel Biocare Nederland BV

    (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis — Eżenzjonijiet — Provvisti ta’ proteżijiet dentali”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2015

    1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Provvisti ta’ proteżijiet dentali li ma humiex taxxabbli minħabba eżenzjoni prevista fid-dritt nazzjonali bi ksur tad-Direttiva 2006/112 — Impossibbiltà li din l-eżenzjoni tingħata flimkien mad-dritt għal tnaqqis

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 168)

    2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Eżenzjonijiet — Eżenzjoni ta’ provvisti ta’ proteżijiet dentali — Portata — Akkwisti intra-Komunitarji u importazzjonijiet finali — Provvista eżentata fit-territorju tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni — Inklużjoni — Kundizzjonijiet — Provvista minn dentisti jew minn tekniċi dentali

      (Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/112, Artikoli 132(1)(e), 140(a) u (b), 143(1)(a) u 370)

    3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Eżenzjonijiet — Eżenzjoni ta’ provvisti ta’ proteżijiet dentali — Portata — Akkwisti intra-Komunitarji — Provvista eżentata fit-territorju tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni — Inklużjoni — Stat Membru ta’ oriġini li żamm it-tassazzjoni ta’ proteżijiet dentali fuq bażi tranżitorja — Assenza ta’ effett