Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0137

Herbaria Kräuterparadies

Kawża C‑137/13

Herbaria Kräuterparadies GmbH

vs

Freistaat Bayern

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerisch Verwaltungsgericht München)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Produzzjoni organika u ttikkettjar ta’ prodotti organiċi — Regolament (KE) Nru 889/2008 — Artikolu 27(1)(f) — Użu ta’ prodotti u sustanzi fl-ipproċessar ta’ oġġetti tal-ikel — Projbizzjoni tal-użu ta’ minerali, vitamini, aminoaċidi u mikronutrijenti fejn ma jkunux legalment meħtieġa — Żieda ta’ glukonat ferruż u ta’ vitamini ma’ xarba organika — Użu ta’ minerali, vitamini, aminoaċidi u mikronutrijenti — Kwantitajiet meħtieġa biex jiġi awtorizzat il-bejgħ bħala suppliment tal-ikel, indikat bħala tajjeb għas-saħħa u nutrizzjonali jew bħala oġġett tal-ikel għal użu nutrittiv partikolari”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014

  1. Proċedura ġudizzjarja – Proċedura orali – Ftuħ mill-ġdid – Obbligu li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura orali sabiex il-partijiet jingħataw il-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet fuq punti ta’ liġi mqajma fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali – Assenza

    (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 252, TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83)

  2. Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Metodu ta’ produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u preżentazzjoni ta’ dan fuq il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel – Regolament Nru 889/2008 – Ittikkettjar ta’ prodotti organiċi – Użu ta’ prodotti u sustanzi fl-ipproċessar ta’ oġġetti tal-ikel ittikkettjati bħala prodotti organiċi – Projbizzjoni li jintużaw minerali u vitamini mhux organiċi ħlief jekk meħtieġ mil-liġi – Kunċett

    [Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1924/2006; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 889/2008, Artikolu 27(1)(f), u Nru 432/2012; Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/46, kif emendat bir-Regolament Nru 1137/2008 u 2009/39]

  3. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Determinazzjoni tad-domandi li għandhom isiru – Determinazzjoni biss mill-qorti nazzjonali – Domandi addizzjonali mqajma mill-partijiet fil-kawża prinċipali matul il-proċedura – Obbligu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tillimita ruħha għad-domandi li joħorġu mid-deċiżjoni tar-rinviju

    (Artikolu 267, TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 28,29)

  2.  L-Artikolu 27(1)(f) tar-Regolament Nru 889/2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu ta’ sustanza msemmija f’din id-dispożizzjoni jkun legalment meħtieġ biss meta dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni timponi direttament iż-żieda tal-imsemmija sustanza f’oġġett tal-ikel sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jiġi kkummerċjalizzat b’mod ġenerali. L-użu ta’ tali sustanza ma huwiex legalment meħtieġ, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, meta oġġett tal-ikel jiġi kkummerċjalizzat bħala suppliment tal-ikel, b’indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa, jew bħala oġġett tal-ikel għal użu nutrittiv partikolari, minkejja li dan jimplika li, sabiex jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet dwar l-inklużjoni ta’ sustanzi fl-oġġetti tal-ikel, li jinsabu, rispettivament,

    – fid-Direttiva 2002/46 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti ta’ l-ikel, kif emendata permezz tar-Regolament Nru 1137/2008,

    – fir-Regolamenti Nru 1924/2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, u Nru 432/2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal, kif ukoll

    – fid-Direttiva 2009/39 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari, u r-Regolament Nru 953/2009, dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari,

    dan l-oġġett tal-ikel għandu jinkludi kwantità speċifika tas-sustanza inkwistjoni.

    Fil-fatt, huma l-operaturi ekonomiċi li għandhom jistabbilixxu l-kompożizzjoni tal-prodotti tagħhom u li għandhom jiddeċiedu taħt liema kategorija huma jixtiequ jikkummerċjalizzawhom. Jekk huma jixtiequ jikkummerċjalizzaw dawn il-prodotti bħala suppliment tal-ikel fis-sens tad-Direttiva 2002/46, b’indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa fis-sens tar-Regolamenti Nri 1924/2006 u 432/2012, jew bħala oġġett tal-ikel għal użu nutrittiv partikolari fis-sens tad-Direttiva 2009/39 u tar-Regolament Nru 953/2009, huma għandhom josservaw l-obbligi previsti f’dan il-qasam permezz tal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni, li jista’ jwassal għall-projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni bħala prodott ta’ agrikoltura organika. Id-dritt tal-Unjoni ma jiggarantixxix li operatur ekonomiku jkun jista’ jikkummerċjalizza l-prodotti tiegħu taħt il-kategoriji kollha li huwa jqis vantaġġużi sabiex jippromwovi l-imsemmija prodotti.

    (ara l-punti 46, 51 u d-dispożittiv)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 50)

Top

Kawża C‑137/13

Herbaria Kräuterparadies GmbH

vs

Freistaat Bayern

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerisch Verwaltungsgericht München)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Produzzjoni organika u ttikkettjar ta’ prodotti organiċi — Regolament (KE) Nru 889/2008 — Artikolu 27(1)(f) — Użu ta’ prodotti u sustanzi fl-ipproċessar ta’ oġġetti tal-ikel — Projbizzjoni tal-użu ta’ minerali, vitamini, aminoaċidi u mikronutrijenti fejn ma jkunux legalment meħtieġa — Żieda ta’ glukonat ferruż u ta’ vitamini ma’ xarba organika — Użu ta’ minerali, vitamini, aminoaċidi u mikronutrijenti — Kwantitajiet meħtieġa biex jiġi awtorizzat il-bejgħ bħala suppliment tal-ikel, indikat bħala tajjeb għas-saħħa u nutrizzjonali jew bħala oġġett tal-ikel għal użu nutrittiv partikolari”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014

  1. Proċedura ġudizzjarja — Proċedura orali — Ftuħ mill-ġdid — Obbligu li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura orali sabiex il-partijiet jingħataw il-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet fuq punti ta’ liġi mqajma fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali — Assenza

    (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 252, TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83)

  2. Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Metodu ta’ produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u preżentazzjoni ta’ dan fuq il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel — Regolament Nru 889/2008 — Ittikkettjar ta’ prodotti organiċi — Użu ta’ prodotti u sustanzi fl-ipproċessar ta’ oġġetti tal-ikel ittikkettjati bħala prodotti organiċi — Projbizzjoni li jintużaw minerali u vitamini mhux organiċi ħlief jekk meħtieġ mil-liġi — Kunċett

    [Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1924/2006; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 889/2008, Artikolu 27(1)(f), u Nru 432/2012; Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/46, kif emendat bir-Regolament Nru 1137/2008 u 2009/39]

  3. Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Determinazzjoni tad-domandi li għandhom isiru — Determinazzjoni biss mill-qorti nazzjonali — Domandi addizzjonali mqajma mill-partijiet fil-kawża prinċipali matul il-proċedura — Obbligu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tillimita ruħha għad-domandi li joħorġu mid-deċiżjoni tar-rinviju