EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TJ0494

Biscuits Poult vs OHMI - Banketbakkerij Merba (Biscuit)

Kawża T‑494/12

Biscuits Poult SAS

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta gallettina maqsuma — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Artikoli 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Settembru 2014

  1. Disinni Komunitarji – Kundizzjonijiet għal protezzjoni – Viżibbiltà tal-aspetti tal-prodott irrappreżentati mid-disinn

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 3(a) u (b) u 4(1))

  2. Disinni Komunitarji – Kundizzjonijiet għal protezzjoni – Disinn li jikkostitwixxi parti komponenti ta’ prodott kumpless – Parti komponenti li għandha tibqa’ viżibbli waqt użu normali tal-prodott sabiex tiġi kkunsidrata bħala ġdida u li għandha karattru individwali

    (Regolament tal‑Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 3(a) u (ċ) u 4(2) u (3))

  3. Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Rappreżentazzjoni ta’ gallettina maqsuma

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b))

  1.  Jirriżulta mill-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 6/2002, dwar id-disinji Komunitarji, li “disinn” huwa ddefinit bħala “id-dehra ta’ prodott fl-intier tiegħu jew f’parti minnu li tirriżulta mill-karatteristiċi ta’, b’mod partikolari, il-linji, il-konfigurazzjoni, il-kuluri, l-għamla, in-nisġa u/jew il-materjali tal-prodott innifsu u/jew ta’ l-ornamenti tiegħu”. Minn dan jirriżulta li “[d]isinn għandu jiġi protett” fis-sens tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament jikkonsisti fil-protezzjoni tad-dehra ta’ prodott, jiġifieri, skont l-Artikolu 3(b) tal-istess regolament, kull oġġett industrijali jew magħmul bl-idejn, jew parti minn tali artikolu. Barra minn hekk jirriżulta mill-premessi 7, 12 u 14 tal-istess regolament, li jirreferu għall-protezzjoni tad-disinni industrijali, għal-limitazzjoni tal-protezzjoni għall-elementi viżibbli u għall-impressjoni prodotta fuq l-utent avżat li jħares lejn id-dehra tal-prodott, li dan ir-regolament jagħti esklużivament protezzjoni lill-partijiet viżibbli tal-prodotti jew tal-partijiet ta’ prodotti, li konsegwentement jistgħu jiġu rreġistrati bħala disinni. Għalhekk, il-karatteristiċi mhux viżibbli tal-prodott, li ma humiex relatati mad-dehra tiegħu, ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk id-disinn jistax ikun suġġett għal protezzjoni.

    (ara l-punti 18-20, 29)

  2.  L-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament Nru 6/2002, dwar id-disinji Komunitarji, ma għandux la bħala għan u lanqas bħala effett li jimmultiplika l-aspetti ta’ prodott li jistgħu jikkostitwixxu disinn skont l-Artikolu 3(a) ta’ dan ir-regolament, iżda li jistabbilixxi regola speċjali li tirrigwarda speċifikament id-disinni li jiġu applikati jew inkorporati f’prodott li jikkostitwixxi parti komponenti ta’ prodott kumpless fis-sens tal-Artikolu 3(ċ) tar-Regolament. Skont din ir-regola, dawn id-disinni huma protetti unikament jekk, l-ewwel nett, il-parti komponenti, ladarba tkun ġiet inkorporata fil-prodott kumpless, tibqa’ viżibbli waqt l-użu normali ta’ dan il-prodott u, it-tieni nett, il-karatteristiċi viżibbli tal-parti komponenti jwettqu fihom infushom il-ħtiġijiet dwar in-novità u l-karattru individwali.

    Fil-fatt, minħabba n-natura partikolari tal-partijiet komponenti ta’ prodott kumpless fis-sens tal-Artikolu 3(ċ) tar-Regolament, li jistgħu jkunu suġġetti għal produzzjoni u għal kummerċjalizzazzjoni differenti mill-produzzjoni u mill-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott kumpless, huwa raġonevoli għal-leġiżlatur li jirrikonoxxilhom il-possibbiltà li jiġu rreġistrati bħala disinni, iżda bil-kundizzjoni li dawn ikunu viżibbli wara inkorporazzjoni fil-prodott kumpless u unikament għall-partijiet viżibbli tal-partijiet komponenti inkwistjoni waqt użu normali tal-prodott kumpless u sa fejn dawn il-partijiet huma ġodda u jippreżentaw karattru individwali.

    (ara l-punti 21-23)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 25, 28, 33, 34)

Top