EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TJ0427

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016.
Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Għajnuna mill-Istat – Settur bankarju – Għajnuna implementata mill-Ġermanja u mill-Awstrija favur il-Bayerische Landesbank fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni tiegħu – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern, bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet – Tħassir tad-deċiżjoni inizjali redatta f’lingwa oħra li ma hijiex dik tal-Istat Membru – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni.
Kawża T-427/12.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-28 ta ’ Jannar 2016 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑427/12)

“Għajnuna mill-Istat — Settur bankarju — Għajnuna implementata mill-Ġermanja u mill-Awstrija favur il-Bayerische Landesbank fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni tiegħu — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern, bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet — Tħassir tad-deċiżjoni inizjali redatta f’lingwa oħra li ma hijiex dik tal-Istat Membru — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1. 

Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni li tikklassifika miżura nnotifikata bħala għajnuna mill-Istat u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern — Inklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 27-31)

2. 

Rikors għal annullament — Rikors tal-Istati Membri — Rikors intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika miżura nnotifikata bħala għajnuna mill-Istat u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern — Ammissibbiltà mhux suġġetta għall-prova ta’ interess ġuridiku (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 29-30)

3. 

Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni li tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża — Prova ġdida — Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali (ara l-punti 38-41)

4. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proċedura amministrattiva — Dritt għal smigħ tal-persuni kkonċernati — Portata — Stħarriġ ġudizzjarju — Evalwazzjoni skont l-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni (Artikoli 108(2) TFUE u 263 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6) (ara l-punti 45-55)

5. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (Artikoli 107 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 59-62)

6. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji — Intervent mill-Istat li jtaffi l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża — Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 69-80)

7. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern — Għajnuna għas-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Artikolu 107(3) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2009/C 195/04) (ara l-punti 81-94)

8. 

Politika ekonomika u monetarja — Politika ekonomika — Projbizzjoni għall-Unjoni jew għal Stat Membru li jwettqu l-impenji ta’ Stat Membru ieħor jew li jassumu dawn l-impenji — Għoti ta’ għajnuna finanzjarja lil Stat Membru li jibqa’ responsabbli għall-impenji tiegħu stess fir-rigward tal-kredituri tiegħu — Assistenza finanzjarja li ma tippreġudikax l-inċentiv tal-Istat Membru benefiċjarju li jkollu politika baġitarja solida — Ammissibbiltà (Artikolu 125 TFUE) (ara l-punti 100-101)

Suġġett

Talba għal annullament tal-Artikolu 1(1)(d) u (2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5062 finali, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28487 (C 16/2009 ex N 254/2009) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika tal-Awstrija favur il-Bayerische Landesbank, kif ukoll, wara t-tħassir tal-imsemmija deċiżjoni permezz tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/657, tal-5 ta’ Frar 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 28487 (C 16/09 ex N 254/09) mogħtija mill-Ġermanja u l-Awstrija lil Bayerische Landesbank (ĠU 2015, L 109, p. 1), talba għall-annullament tal-Artikolu 2(1)(d) u (2) ta’ din l-aħħar deċiżjoni.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top