Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TJ0052

    Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba ’ Awla) tas-16 ta ’ Lulju 2014 — Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑52/12)

    “Għajnuna mill-Istat — Ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni tal-Assigurazzjoni Agrikola Ellenika (ELGA) matul l-2008 u l-2009 — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(3)(b) u (ċ) TFUE — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu”

    1. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Intervent mill-Istat li jtaffi l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża — Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punt 50)

    2. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Ħlasijiet mogħtija mill-organizzazzjoni tal-assigurazzjoni agrikola nazzjonali intiżi li jikkumpensaw telf imġarrab mill-bdiewa b’riżultat ta’ kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena — Ħlasijiet mhux proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-bdiewa — Assenza ta’ possibbiltà għall-bdiewa li jassiguraw ruħhom għall-istess riskji ma’ kumpanniji ta’ assigurazzjoni privati — Inklużjoni — Miżura li għandha għan purament soċjali — Assenza ta’ effett (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 51, 54‑64, 66‑70)

    3. 

    Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Karatterizzazzjoni tal-effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u tal-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri (Artikoli 107(1) TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 76, 110, 111, 157, 158)

    4. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji — Evalwazzjoni permezz ta’ paragun ma’ impriżi oħra tal-istess Stat Membru u mhux ma’ impriżi ta’ Stati Membri oħra (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punt 80)

    5. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Differenzazzjoni bejn impriżi fil-qasam tat-tariffi — Esklużjoni — Kundizzjoni — Differenzazzjoni inerenti fis-sistema ta’ tariffi inkwistjoni — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-Istat Membru kkonċernat (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 86‑88, 94)

    6. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Għajnuna ta’ importanza żgħira f’settur kompetittiv ħafna — Settur agrikolu (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 104, 105)

    7. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għajnuna mir-riżorsi tal-Istat — Miżuri ffinanzjati fl-istess ħin minn kontribuzzjonijiet mill-Istat kif ukoll minn kontribuzzjonijiet minn professjonisti f’settur — Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 117‑120)

    8. 

    Eċċezzjoni ta’ illegalità — Portata — Atti li l-illegalità tagħhom tista’ tiġi eċċepita — Qafas Komunitarju temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika — Inklużjoni — Kundizzjonijiet (Artikoli 107(3)(b) TFUE u 277 TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2009/C 16/01, punt 4.2.2, (h)) (ara l-punti 150-155)

    9. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni — Għajnuna intiża li tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru — Interpretazzjoni stretta (Artikolu 107(1) u (3)(b) TFUE) (ara l-punti 159‑161)

    10. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Interpretazzjoni stretta — Obbligu għall-Kummissjoni li tevalwa l-kompatibbiltà ta’ għajnuna skont ir-regoli sostantivi fis-seħħ meta tingħata (Artikolu 107(1) u (3)(b) u (ċ) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2009/C 16/01, punt 4.2.2, (h)) (ara l-punti 168‑173)

    11. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Possibbiltà li jiġu adottati linji gwida — Effett vinkolanti — Stħarriġ ġudizzjarju (Artikolu 107(3)(b) u (ċ) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2009/C 16/01) (ara l-punti 186, 187, 214, 216)

    12. 

    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha — Possibbiltà għall-Kummissjoni li tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali l-inkarigu li jikkalkolaw l-ammont preċiż li għandu jitħallas lura — Dmir ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat membru — Portata (Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 108(2) TFUE) (ara l-punti 196‑198)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/157/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2011, dwar ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009 (ĠU 2012, L 78, p. 21).

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    Top