This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CO0343
Sommarju tad-digriet
Sommarju tad-digriet
Kawża C-343/12
Euronics Belgium CVBA
vs
Kamera Express BV u Kamera Express Belgium BVBA
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir- rechtbank van koophandel te Gent)
“Artikolu 99 tar-Regoli ta’ Proċedura — Direttiva 2005/29/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod ġenerali l-offerta għal bejgħ jew il-bejgħ ta’ beni b’telf”
Sommarju – Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013
Domandi preliminari – Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza – Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Direttiva 2005/29 – Kamp ta’ applikazzjoni – Azzjonijiet li jħajru lill-konsumaturi biex jixtru – Inklużjoni
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29, Artikolu 2(d))
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Direttiva 2005/29 – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi projbizzjoni ġenerali tal-offerta għal bejgħ jew tal-bejgħ ta’ beni b’telf – Inammissibbiltà – Kundizzjoni
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 15)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 21, 22)
Id-Direttiva 2005/29/KE, dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi projbizzjoni ġenerali tal-offerta għal bejgħ jew tal-bejgħ ta’ beni b’telf, sa fejn din id dispożizzjoni jkollha għanijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.
Peress li d-Direttiva 2005/29 tagħmel, fil-fatt, armonizzazzjoni kompleta tar-regoli dwar il-prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fir-rigward tal-konsumaturi, l-Istati Membri ma jistgħux jadottaw, kif jipprovdi espressament l-Artikolu 4 tagħha, miżuri iktar restrittivi minn dawk iddefiniti mill-imsemmija direttiva, u dan lanqas sabiex jiżguraw livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.
L-istess direttiva tistabbilixxi, fl-Anness I tagħha, lista eżawrjenti tal-31 prattika kummerċjali li, skont l-Artikolu 5(5) ta’ din id-direttiva, huma kkunsidrati bħala żleali “f’kull ċirkostanza”. Konsegwentement, kif tippreċiża b’mod speċifiku l-premessa 17 tal-imsemmija direttiva, huma biss dawn il-prattiki kummerċjali li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala żleali mingħajr ma jkunu suġġetti għal evalwazzjoni każ b’każ skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9 ta’ din id-direttiva.
Madankollu, il-prattiki li jikkonsistu fl-offerta ta’ bejgħ jew bejgħ b’telf ma humiex inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29. Għaldaqstant, huma ma jistgħux jiġu pprojbiti f’kull ċirkustanza, iżda biss wara analiżi speċifika li tippermetti li tiġi stabbilita n-natura żleali ta’ dawn il-prattiki.
(ara l-punti 24, 28, 29, 31 u d-dispożittiv)
Kawża C-343/12
Euronics Belgium CVBA
vs
Kamera Express BV u Kamera Express Belgium BVBA
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir- rechtbank van koophandel te Gent)
“Artikolu 99 tar-Regoli ta’ Proċedura — Direttiva 2005/29/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod ġenerali l-offerta għal bejgħ jew il-bejgħ ta’ beni b’telf”
Sommarju – Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013
Domandi preliminari — Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi — Direttiva 2005/29 — Kamp ta’ applikazzjoni — Azzjonijiet li jħajru lill-konsumaturi biex jixtru — Inklużjoni
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29, Artikolu 2(d))
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi — Direttiva 2005/29 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi projbizzjoni ġenerali tal-offerta għal bejgħ jew tal-bejgħ ta’ beni b’telf — Inammissibbiltà — Kundizzjoni