EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0561

Sommarju tas-sentenza

Court reports – general

Kawża C‑561/12

Nordecon AS

u

Ramboll Eesti AS

vs

Rahandusministeerium

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus)

“Kuntratti pubbliċi — Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt — Possibbiltà, għall-awtorità kontraenti, li tinnegozja offerti li ma humiex konformi mar-rekwiżiti imperattivi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-kuntratt”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima – Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tad-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt – Possibbiltà, għall-awtorità kontraenti, li tinnegozja mal-offerenti offerti li ma humiex konformi mar-rekwiżiti imperattivi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-kuntratt – Assenza

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 30(2))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 28‑30)

  2.  L-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2004/18, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], ma jawtorizzax lill-awtorità kontraenti tinnegozja mal-offerenti offerti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti imperattivi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt.

    Fil-fatt, għalkemm l-awtorità kontraenti għandha setgħa ta’ negozzjazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura nnegozjata, hija xorta waħda meħtieġa tiżgura li r-rekwiżiti tal-kuntratt, li hija rrendiet imperattivi, huma osservati. Jekk dan ma kienx il-każ, il-prinċipju li skontu l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jaġixxu bi trasparenza jkun miksur u l-għan li tiġi ggarantita l-assenza ta’ riskju ta’ favoritiżmu u ta’ arbitrarjetà min-naħa tal-awtorità kontraenti ma jintlaħaqx.

    Barra minn hekk, il-fatt li tiġi ammessa l-ammissibbiltà ta’ offerta mhux konformi ma’ kundizzjonijiet imperattivi bil-għan tan-negozzjazzjoni jirrendi totalment inutli l-iffissar ta’ kundizzjonijiet imperattivi fis-sejħa għal offerti u ma jippermettix lill-awtorità kontraenti tinnegozja mal-offerenti fuq bażi komuni għal dawn tal-aħħar, ikkostitwita minn dawn il-kundizzjonijiet, u, għaldaqstant, li tittrattahom b’mod ugwali.

    (ara l-punti 36, 39 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑561/12

Nordecon AS

u

Ramboll Eesti AS

vs

Rahandusministeerium

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus)

“Kuntratti pubbliċi — Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt — Possibbiltà, għall-awtorità kontraenti, li tinnegozja offerti li ma humiex konformi mar-rekwiżiti imperattivi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-kuntratt”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima — Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tad-kwistjonijiet imqajma — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt — Possibbiltà, għall-awtorità kontraenti, li tinnegozja mal-offerenti offerti li ma humiex konformi mar-rekwiżiti imperattivi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-kuntratt — Assenza