This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0556
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C‑556/12
TDC A/S
vs
Teleklagenævnet
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Østre Landsret)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/19/KE — Artikolu 2(a) — Aċċess għal, u l-użu ta’, elementi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati — Artikoli 5, 8, 12 u 13 — Ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Obbligu ta’ aċċess għal elementi speċifiċi ta’ network u għal faċilitajiet assoċjati kif ukoll għall-użu tagħhom — Impriża li għandha saħħa sinjifikattiva fis-suq partikolari — Kejbil partikolari li tgħaqqad lid-distributur tan-netwerk ta’ aċċess mal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk għand l-utent finali — Proporzjonalità tal-obbligu li jiġu sodisfatti t-talbiet raġonevoli għall-aċċess għal, u l-użu ta’, elementi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati — Direttiva 2002/21/KE — Artikolu 8 — Miri politiċi ġenerali għat-twettiq tal-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Aċċess għan-netwerks u għall-faċilitajiet assoċjati kif ukoll għall-interkonnessjoni tagħhom – Direttivi 2002/19 u 2002/21 – Setgħa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jimponu fuq operatur li għandu saħħa sinjifikattiva fis-suq obbligu li jinstalla kejbils li jippermettu l-aċċess tal-utenti finali man-netwerk tal-fibra ottika – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Teħid inkunsiderazzjoni tal-investiment inizjali mwettaq mill-operatur imsemmi u tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-prezzijiet
(Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, Artikoli 2(a), 8, 12 u 13, u 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, Artikolu 8(1))
L-Artikoli 2(a), 8 u 12 tad-Direttiva 2002/19, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha s-setgħa li timponi fuq operatur ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li għandu saħħa sinjifikattiva f’suq partikolari, taħt l-obbligu li jiġu ssodisfatti t-talbiet raġonevoli għall-aċċess għal, u l-użu ta’, elementi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati, obbligu li jinstalla, fuq talba tal-operaturi kompetituri, kejbil partikolari ta’ tul massimu ta’ 30 metru li jgħaqqad lid-distributur tan-netwerk ta’ aċċess mal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk għand l-utent finali, peress li dan l-obbligu huwa bbażat fuq in-natura tal-problema kkonstatata, proporzjonata u ġġustifikata fir-rigward tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2002/21, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, li hija ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.
Barra minn hekk, l-Artikoli 8 u 12 tad-Direttiva 2002/19, moqrija flimkien mal-Artikolu 13 ta’ din, għandhom jiġu interpretati fis-sens li awtorità regolatorja nazzjonali, meta hija għandha l-għan li timponi tali obbligu, għandha tikkunsidra l-investiment inizjali li sar mill-operatur ikkonċernat u l-eżistenza ta’ kontroll tal-prezzijiet li jippermetti li jiġu rkuprati l-ispejjeż tal-installazzjoni.
(ara l-punti 45, 47, 48, 54 u d-dispożittivi 1, 2)
Kawża C‑556/12
TDC A/S
vs
Teleklagenævnet
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Østre Landsret)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/19/KE — Artikolu 2(a) — Aċċess għal, u l-użu ta’, elementi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati — Artikoli 5, 8, 12 u 13 — Ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Obbligu ta’ aċċess għal elementi speċifiċi ta’ network u għal faċilitajiet assoċjati kif ukoll għall-użu tagħhom — Impriża li għandha saħħa sinjifikattiva fis-suq partikolari — Kejbil partikolari li tgħaqqad lid-distributur tan-netwerk ta’ aċċess mal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk għand l-utent finali — Proporzjonalità tal-obbligu li jiġu sodisfatti t-talbiet raġonevoli għall-aċċess għal, u l-użu ta’, elementi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati — Direttiva 2002/21/KE — Artikolu 8 — Miri politiċi ġenerali għat-twettiq tal-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Aċċess għan-netwerks u għall-faċilitajiet assoċjati kif ukoll għall-interkonnessjoni tagħhom — Direttivi 2002/19 u 2002/21 — Setgħa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jimponu fuq operatur li għandu saħħa sinjifikattiva fis-suq obbligu li jinstalla kejbils li jippermettu l-aċċess tal-utenti finali man-netwerk tal-fibra ottika — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Teħid inkunsiderazzjoni tal-investiment inizjali mwettaq mill-operatur imsemmi u tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-prezzijiet