Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0553

    Commission / DEI

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Kompetizzjoni — Impriżi pubbliċi u impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri — Pożizzjoni dominanti — Miżura Statali li tista’ twassal lil dawn l-impriżi li jwettqu abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Inammissibbiltà indipendentement minn kull abbuż reali

    (Artikoli 82 KE u 86(1) KE)

    2. Kompetizzjoni — Impriżi pubbliċi u impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri — Pożizzjoni dominanti — Estensjoni ta’ sitwazzjoni ta’ pożizzjoni dominanti, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, minħabba miżura Statali — Inkompatibbiltà per se mal-Artikolu 86(1) KE moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE

    (Artikoli 82 KE u 86(1) KE)

    Summary

    1. Bis-saħħa tal-Artikolu 86(1) KE, f’każ ta’ impriżi pubbliċi u impriżi li jkunu tawhom drittijiet speċjali jew esklużivi, l-Istati Membri ma għandhomx la jagħmlu liġijiet u lanqas iżommu fis-seħħ kwalunkwe miżura kontra r-regoli tat-Trattat KE, b’mod partikolari dawk previsti fl-Artikolu 82 KE. Din id-dispożizzjoni tal-aħħar tipprojbixxi, sa fejn il-kummerċ bejn l-Istati Membri jista’ jintlaqat, kull abbuż minn pożizzjoni dominanti fi ħdan is-suq komuni, jew fi ħdan parti sostanzjali tiegħu.

    F’dan il-kuntest, jista’ jkun hemm ksur tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 86(1) KE u 82 KE indipendentement minn kull abbuż reali. Huwa importanti biss li l-Kummissjoni tidentifika konsegwenza antikompetittiva, potenzjali jew reali, li tista’ tirriżulta minn miżura Statali inkwistjoni. Tali ksur jista’ b’hekk jiġi kkonstatat meta miżuri Statali inkwistjoni jaffettwaw l-istruttura tas-suq billi joħolqu kundizzjonijiet inugwali ta’ kompetizzjoni bejn l-impriżi, billi jippermettu lill-impriża pubblika jew lill-impriża li ngħatawlha drittijiet speċjali jew esklużivi li żżomm, pereżempju billi tfixkel dħul ġdid f’dan tal-aħħar, li ssaħħaħ jew li testendi l-pożizzjoni dominanti tagħha f’suq ieħor b’mod li tirrestrinġi l-kompetizzjoni, u dan mingħajr ma huwa meħtieġ li tiġi pprovata l-eżistenza ta’ prattika abbużiva reali.

    (ara l-punti 39, 40, 46)

    2. L-estensjoni, minn impriżi pubbliċi jew impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri, ta’ sitwazzjoni ta’ pożizzjoni dominanti, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, hija pprojbita “bħala tali” permezz tal-Artikolu 86(1) KE moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE, meta din l-estensjoni hija r-riżultat ta’ miżura Statali. Il-kompetizzjoni ma tistax tiġi eliminata b’dan il-mod u lanqas ma tista’ tiġi distorta.

    (ara l-punt 67)

    Top

    Kawża C‑553/12 P

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI)

    “Appell — Kompetizzjoni — Artikoli 82 KE u 86(1) KE — Żamma tad-drittijiet privileġġati mogħtija mir-Repubblika Ellenika lil impriża pubblika għall-esplorazzjoni u għall-operat tad-depożiti ta’ linjite — Eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet — Vantaġġ kompetittiv fis-swieq tal-provvista tal-linjite u tal-elettriku bl-ingrossa — Żamma, estensjoni jew tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014

    1. Kompetizzjoni – Impriżi pubbliċi u impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri – Pożizzjoni dominanti – Miżura Statali li tista’ twassal lil dawn l-impriżi li jwettqu abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Inammissibbiltà indipendentement minn kull abbuż reali

      (Artikoli 82 KE u 86(1) KE)

    2. Kompetizzjoni – Impriżi pubbliċi u impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri – Pożizzjoni dominanti – Estensjoni ta’ sitwazzjoni ta’ pożizzjoni dominanti, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, minħabba miżura Statali – Inkompatibbiltà per se mal-Artikolu 86(1) KE moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE