Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0546

Schräder vs CPVO

Kawża C‑546/12 P

Ralf Schräder

vs

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

“Appell — Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Artikoli 20 u 76 — Regolament (KE) Nru 874/2009 — Artikolu 51 — Talba għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ annullament ta’ dritt Komunitarju — Prinċipju ta’ investigazzjoni ex officio — Proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO — Provi sostanzjali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015

  1. Agrikoltura — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Proċedimenti ta’ appell — Appell minn deċiżjoni tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti mressaq quddiem il-Bord tal-Appell — Investigazzjoni ex officio tal-fatti

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikoli 54, 55, 72 u 76; Regolament tal-Kummissjoni Nru 874/2009, Artikolu 51)

  2. Agrikoltura — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ dritt mogħti indebitament — Setgħa diskrezzjonali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti — Eżami mill-ġdid tal-varjetà protetta — Kundizzjonijiet — Dubji serji dwar il-legalità tal-għoti tad-dritt

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikoli 6, 7, 10, 20(1), 54 u 55)

  3. Agrikoltura — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ dritt mogħti indebitament — Talba għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ annullament — Oneru tal-prova ta’ min iressaq it-talba

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikoli 20(1)(a), 54, 55 u 59)

  4. Appell — Aggravji — Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja — Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)

  5. Agrikoltura — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Dispożizzjonijiet proċedurali quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti — Applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt proċedurali ġeneralment irrikonoxxuti fl-Istati Membri — Talba għal miżuri istruttorji

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 81)

  6. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

  7. Agrikoltura — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Kundizzjonijiet għall-għoti tad-dritti — Natura distintiva tal-varjetà ta’ pjanta — Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 7)

  1.  Il-formulazzjoni tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 2100/94, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, jillimita l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ investigazzjoni ex officio tal-fatti għal dawk il-fatti li jkunu s-suġġett tal-eżami previst fl-Artikoli 54 u 55 ta’ dan ir-regolament. Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 874/2009, li jistabbilixxi r-regoli ta’ implementazzjoni tar-Regolament Nru 2100/94 fir-rigward tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedimenti miftuħa quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti japplikaw mutatis mutandis għall-proċedimenti ta’ appell. B’hekk, il-prinċipju ta’ investigazzjoni ex officio tal-fatti japplika wkoll f’tali proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    (ara l-punti 45, 46)

  2.  Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament 2100/94, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) għandu jiddikjara d-dritt Komunitarju null u bla effett jekk jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 jew 10 ta’ dan ir-regolament ma jkunux issodisfatti fid-data tal-għoti ta’ dan id-dritt.

    F’dan ir-rigward, il-kundizzjonijiet marbuta, b’mod partikolari, mad-distinzjoni u mal-oriġinalità huma, skont l-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament, kundizzjonijiet sine qua non għall-għoti ta’ dritt Komunitarju. Għaldaqstant, fl-assenza ta’ dawn il-kundizzjonijiet, id-dritt mogħti jkun illegali u jkun fl-interess ġenerali li jiġi ddikjarat null u bla effett.

    Barra minn hekk, fil-kuntest tal-proċedimenti għall-għoti ta’ dritt, il-varjetà ta’ pjanta kandidata tkun is-suġġett, skont l-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament Nru 2100/94, ta’ eżami sostantiv u ta’ eżami tekniku approfondit u kumpless. B’hekk, is-CPVO għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-annullament ta’ dritt ta’ varjetà ta’ pjanta, fis-sens tal-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament, sa fejn il-varjetà protetta kienet is-suġġett tal-imsemmi eżami.

    Għaldaqstant, huma biss dubji serji dwar il-fatt li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 jew 10 tar-Regolament Nru 2100/94 kienu ssodisfatti fid-data tal-eżami previst fl-Artikoli 54 u 55 ta’ dan ir-regolament li jistgħu jiġġustifikaw eżami mill-ġdid tal-varjetà protetta permezz tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fuq il-bażi tal-Artikolu 20 tal-imsemmi regolament.

    (ara l-punti 51, 52, 55, 56)

  3.  Huwa minnu li d-dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ dritt mogħti indebitament tista’ tingħata wkoll fl-interess ta’ terz, b’mod partikolari meta dan ikun ippreżenta applikazzjoni għal dritt ta’ varjetà ta’ pjanta li tkun miċħuda minħabba l-assenza ta’ natura distintiva tal-varjetà kandidata meta mqabbla ma’ dik protetta indebitament bi dritt. Madankollu, dan ma jistax jiġġustifika li terz jitħalla jitlob, fi kwalunkwe ċirkustanza u mingħajr raġunijiet speċifiċi, l-invalidità ta’ dan id-dritt wara l-proċedimenti għall-għoti ta’ dritt u wara l-iskadenza tat-termini previsti fl-Artikolu 59 tar-Regolament Nru 2100/94, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, għall-preżentazzjoni minn terzi tal-oġġezzjonijiet tagħhom.

    It-terz li jkun qiegħed jitlob l-annullament ta’ dritt ta’ varjetà ta’ pjanta għandu jipproduċi provi u elementi fattwali sostanzjali li fuqhom ikunu jistgħu jiġu bbażati dubji serji dwar il-legalità tal-għoti tad-dritt ta’ varjetà ta’ pjanta mogħti wara l-eżami previst fl-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament Nru 2100/94. Għaldaqstant, fil-kuntest ta’ appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni li tiċħad talba għall-annullament ta’ dritt ta’ varjetà ta’ pjanta mogħti, l-appellant għandu juri li, fid-dawl tal-fatti u tal-provi dwar l-eżami sostantiv u tekniku li huwa ressaq quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, dan tal-aħħar kien obbligat iwettaq l-istħarriġ previst fl-Artikolu 20(1)(a) tal-imsemmi regolament.

    (ara l-punti 53, 54, 57, 58)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 72)

  5.  L-Artikolu 81 tar-Regolament Nru 2100/94, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, jipprovdi li l-prinċipji ġenerali tad-dritt proċedurali ġeneralment irrikonoxxuti fl-Istati Membri għandhom japplikaw għall-proċedimenti mressqa quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO).

    Għaldaqstant, skont il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza ILFO vs L-Awtorità Għolja (51/65, EU:C:1966:21), li minnhom jirriżulta li talba għal miżuri istruttorji mressqa minn parti ma tistax tintlaqa’ jekk din it-talba ma toffrix bidu ta’ prova suffiċjenti sabiex ikun hemm lok li jiġu ordnati tali miżuri, l-appellant għandu jippreżenta, quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO, bidu ta’ prova sabiex jikseb, min-naħa tal-Bord tal-Appell, l-adozzjoni ta’ miżura istruttorja. Fil-fatt, din il-ġurisprudenza hija applikabbli b’analoġija għall-Bord tal-Appell minħabba li dan tal-aħħar huwa korp ta’ natura kważi ġudizzjarja.

    (ara l-punti 73, 75, 76)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 81)

  7.  L-eżami tan-natura distintiva ta’ varjetà ta’ pjanta jeħtieġ neċessarjament l-eżistenza ta’ varjetajiet ta’ pjanti ta’ referenza. Għaldaqstant, huwa fid-dawl tal-eżistenza ta’ tali varjetajiet li l-karatteristika “dehra taz-zkuk” għandha tiġi eżaminata u li għandu jkollha rwol iktar jew inqas determinanti fir-rigward tan-natura distintiva tal-varjetà ta’ pjanta li għandha tingħata dritt.

    Barra minn hekk, l-aġġustament tad-deskrizzjoni tal-karatteristika “dehra taz-zkuk” ma jdaħħalx inkwistjoni d-dritt mogħti lil varjetà partikolari. Fil-fatt, sa fejn l-imsemmija karatteristika hija ddeterminata permezz ta’ paragun ma’ varjetajiet ta’ pjanti oħra, huwa inevitabbli li d-deskrizzjoni tiġi rfinata meta jiġu żviluppati varjetajiet ta’ pjanti oħra.

    (ara l-punti 128, 130)

Top

Kawża C‑546/12 P

Ralf Schräder

vs

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

“Appell — Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Artikoli 20 u 76 — Regolament (KE) Nru 874/2009 — Artikolu 51 — Talba għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ annullament ta’ dritt Komunitarju — Prinċipju ta’ investigazzjoni ex officio — Proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO — Provi sostanzjali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015

  1. Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Proċedimenti ta’ appell – Appell minn deċiżjoni tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti mressaq quddiem il-Bord tal-Appell – Investigazzjoni ex officio tal-fatti

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikoli 54, 55, 72 u 76; Regolament tal-Kummissjoni Nru 874/2009, Artikolu 51)

  2. Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ dritt mogħti indebitament – Setgħa diskrezzjonali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti – Eżami mill-ġdid tal-varjetà protetta – Kundizzjonijiet – Dubji serji dwar il-legalità tal-għoti tad-dritt

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikoli 6, 7, 10, 20(1), 54 u 55)

  3. Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ dritt mogħti indebitament – Talba għall-ftuħ tal-proċedimenti ta’ annullament – Oneru tal-prova ta’ min iressaq it-talba

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikoli 20(1)(a), 54, 55 u 59)

  4. Appell – Aggravji – Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja – Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)

  5. Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Dispożizzjonijiet proċedurali quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti – Applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt proċedurali ġeneralment irrikonoxxuti fl-Istati Membri – Talba għal miżuri istruttorji

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 81)

  6. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

  7. Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Kundizzjonijiet għall-għoti tad-dritti – Natura distintiva tal-varjetà ta’ pjanta – Kriterji ta’ evalwazzjoni