Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0525

Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja

Kawża C‑525/12

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2000/60/KE — Qafas għal politika Komunitarja fil-qasam tal-ilma — Irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma — Kunċett ta’ ‘servizzi ta’ l-ilma’”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014

  1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Rikors promotur – Espożizzjoni tal-ilmenti u l-motivi – Rekwiżiti proċedurali – Obbligu li tiġi ppreżentata espożizzjoni koerenti u dettaljata tal-ilmenti

    (Artikolu 258 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 120(ċ))

  2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tat-tilwima – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża – Sitwazzjonijiet meqjusa bħala kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni identifikati b’mod mhux eżawrjenti – Ammissibbiltà

    (Artikolu 258 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 120(ċ))

  3. Ambjent – Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma – Direttiva 2000/60 – Servizzi marbuta mal-użu tal-ilma – Kunċett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60, il-punt 38 tal-Artikolu 2)

  4. Ambjent – Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma – Direttiva 2000/60 – Issuġġettar tas-servizzi kollha marbuta mal-użu tal-ilma għall-prinċipju ta’ rkupru tal-ispejjeż – Assenza

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60, il-punt 38 tal-Artikolu 2, u l-Artikolu 9)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 21-23)

  2.  Bla ħsara għall-obbligu li jiġi ssodisfatt l-oneru tal-prova li jinsab fuqha fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 258 TFUE, xejn ma jipprekludi lill-Kummissjoni, fid-dawl ta’ diverġenza ta’ interpretazzjoni, milli tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mill-Istat Membru kkonċernat billi tinvoka bosta sitwazzjonijiet li huma, fil-fehma tagħha, kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni, anki jekk hija ma tidentifikax b’mod eżawrjenti dawn is-sitwazzjonijiet kollha.

    Għalhekk, l-interpretazzjoni li l-Istat Membru kkonċernat jagħti lil dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’sens li ma huwiex dak mogħti mill-Kummissjoni, twassal, fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, għal prattika amministrattiva li l-eżistenza tagħha ma hijiex ikkontestata, anki jekk hija ma hijiex iġġeneralizzata. Għalhekk, il-fatt li l-Kummissjoni invokat insostenn tal-argument tagħha biss xi eżempji ta’ din il-prattika ma għandux l-effett li jċaħħad ir-rikors tiegħu mill-preċiżazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tas-suġġett ta’ dan ir-rikors.

    F’dan ir-rigward, fid-dispożittiv ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni tikkwota, bħal eżempji, sitwazzjonijiet li, fil-fehma tagħha, juru n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li bih huwa akkużat l-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li tali eżempji ma jinsabux fid-dispożittiv tal-opinjoni motivata mibgħuta lil dan l-Istat Membru, tali żieda ma tistax titqies li hija estensjoni tas-suġġett ta’ dan ir-rikors, li jibqa’ limitat għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi.

    (ara l-punti 25-27)

  3.  Il-punt 38 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, jiddefinixxi bħala “servizzi ta’ l-ilma”, kull servizz li jkopri, għad-djar, għall-istituzzjonijiet pubbliċi jew għal kull attività ekonomika, minn naħa, l-estrazzjoni, it-teħid, il-ħażna, it-trattament u d-distribuzzjoni ta’ ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ u, min-naħa l-oħra, faċilitajiet ta’ kollezzjoni ta’ skart tal-ilma mormi u ta’ trattament li sussegwentement joħorġu fl-ilma tal-wiċċ.

    (ara l-punt 44)

  4.  Iċ-ċirkustanza li Stat Membru ma jissuġġettax xi wħud mill-attivitajiet iċċitati fil-punt 38(a) tal-Artikolu 2, tad-Direttiva 2000/60, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, għall-prinċipju ta’ rkupru tal-ispejjeż ma jippermettix li waħdu jiġi stabbilit, lil hinn minn kull ilment ieħor, li dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-punt 38 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60.

    (ara l-punt 59)

Top