This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0523
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Court reports – general
Kawża C‑523/12
Dirextra Alta Formazione srl
vs
Regione Puglia
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale amministrativo regionale per la Puglia)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Sussidji pubbliċi kkofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew, għall-istudenti rreġistrati fi speċjalizzazzjoni post lauream — Leġiżlazzjoni intiża għat-titijib tal-livell lokali ta’ edukazzjoni u li tissuġġetta l-għoti ta’ boroż ta’ studju għal kundizzjonijiet intiżi għall-operaturi li jorganizzaw korsijiet post lauream — Kundizzjoni ta’ esperjenza ta’ għaxar snin kontinwi”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013
Drittijiet fundamentali – Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Relazzjoni bejn konvenzjoni u regola ta’ dritt nazzjonali – Relazzjoni li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni
Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Sussidji pubbliċi ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ boroż ta’ studju għal kundizzjonijiet li jirrigwardaw l-operaturi li jorganizzaw il-post lauream – Rekwiżit ta’ esperjenza ta’ għaxar snin – Restrizzjoni – Għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ formazzjoni universitarja – Ammissibbiltà
(Artikolu 56 TFUE)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 20)
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li tirrikjedi li l-istabbilimenti ta’ tagħlim ogħla li l-istudenti jirreġistraw magħhom għal borża ta’ studju reġjonali ffinanzjata b’mod partikolari mill-Fond Soċjali Ewropew għandhom juru li għandhom esperjenza ta’ għaxar snin meta dawn l-istabbilimenti ma humiex la universitajiet irrikonoxxuti mid-dritt nazzjonali u lanqas stabbilimenti li jagħtu masters irrikonoxxuti.
Fil-fatt, tali leġiżlazzjoni, billi tissuġġetta għal esperjenza ta’ għaxar snin l-organi biss li l-masters tagħhom ma humiex irrikonoxxuti, tippermetti, mingħajr ma hija eċċessiva, li tiżgura li għandhom esperjenza suffiċjentement twila li biha, fl-assenza ta’ kwalunkwe kontroll mill-awtorità pubblika u kwalunkwe rikonoxximwent, jista’ jiġi preżunt li l-kwalità tat-tagħlim tagħhom hija tal-istess livell bħal dak ta’ stabbilimenti universitarji rrikonoxxuti mid-dritt nazzjonali u minn organi li l-masters tagħhom huma rrikonoxxuti.
(ara l-punti 28, 30 u d-dispożittiv)
Kawża C‑523/12
Dirextra Alta Formazione srl
vs
Regione Puglia
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale amministrativo regionale per la Puglia)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Sussidji pubbliċi kkofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew, għall-istudenti rreġistrati fi speċjalizzazzjoni post lauream — Leġiżlazzjoni intiża għat-titijib tal-livell lokali ta’ edukazzjoni u li tissuġġetta l-għoti ta’ boroż ta’ studju għal kundizzjonijiet intiżi għall-operaturi li jorganizzaw korsijiet post lauream — Kundizzjoni ta’ esperjenza ta’ għaxar snin kontinwi”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013
Drittijiet fundamentali — Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Relazzjoni bejn konvenzjoni u regola ta’ dritt nazzjonali — Relazzjoni li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni
Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Sussidji pubbliċi ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ boroż ta’ studju għal kundizzjonijiet li jirrigwardaw l-operaturi li jorganizzaw il-post lauream — Rekwiżit ta’ esperjenza ta’ għaxar snin — Restrizzjoni — Għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ formazzjoni universitarja — Ammissibbiltà