This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0509
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C‑509/12
Instituto Portuário e dos Transportes Marítimos (IPTM)
vs
Navileme – Consultadoria Náutica Lda
u
Nautizende – Consultadoria Náutica Lda
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 52 TFUE u 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Għoti ta’ liċenzja nawtika għar-rikreazzjoni — Rekwiżit ta’ residenza fil-pajjiż li joħroġ il-liċenzja — Restrizzjoni għal persuni mhux residenti — Preżervazzjoni tas-sigurtà fil-baħar — Ordni pubbliku”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2014
Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni – Destinatarji tas-servizzi
(Artikolu 56 TFUE)
Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-ħruġ ta’ liċenzji nawtiċi għar-rikreazzjoni għar-residenti tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzji biss – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Rekwiżiti – Protezzjoni tal-ordni pubbliku – Għan ta’ sigurtà tan-navigazzjoni fil-baħar – Assenza ta’ ġustifikazzjoni
(Artikoli 52 TFUE, 56 TFUE u 62 TFUE)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 10, 11)
L-Artikoli 52 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi rekwiżit ta’ residenza fit-territorju nazzjonali fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu jixtiequ jiksbu liċenzja nawtika għar-rikreazzjoni mingħand dan l-Istat Membru.
Fil-fatt, tali leġiżlazzjoni li għandha l-effett, minn naħa, li tiskoraġġixxi ċ-ċittadini tal-Unjoni li ma jirrisjedux f’dan l-Istat Membru milli jmorru fih sabiex, hemmhekk, jirċievu taħriġ bil-għan li jiksbu liċenzja nawtika maħruġa minn dan l-Istat Membru u, min-naħa l-oħra, li tirrendi inqas attraenti s-servizzi offruti mill-iskejjel tan-navigazzjoni lill-istudenti li ma humiex residenti, billi dawn ma jkunux jistgħu jippreżentaw ruħhom għall-eżami bil-għan li jiksbu liċenzja nawtika f’dan l-Istat Membru u lanqas ma tkun tista’ tinħarġilhom tali liċenzja, tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, fis-sens tal-Artikolu 56(1) TFUE.
L-għan ta’ sigurtà u ta’ ordni pubbliku jikkostitwixxi għan leġittimu li jista’, bħala prinċipju, jiġġustifika restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, madankollu, xorta huwa meħtieġ li l-applikazzjoni ta’ tali miżura tkun xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq ta’ dan l-għan u li hija ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan il-għan jintlaħaq. Ir-rekwiżit ta’ residenza inkwistjoni ma jistax ikun iġġustifikat minn dan l-għan. Fil-fatt, l-użu ta’ tali ġustifikazzjoni jippreżupponi l-eżistenza ta’ theddida reali u gravi biżżejjed, li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà.
Barra dan, ir-rekwiżit ta’ residenza li ma għandu ebda rabta mat-taħriġ segwit u mal-kapaċità nawtika, minnu nnifsu ma huwiex idoneu sabiex jikkontribwixxi għall-għan imfittex, jiġifieri li tiġi żgurata s-sigurtà tan-navigazzjoni fil-baħar. Fil-fatt, l-għan li jiġi ggarantit livell aħjar ta’ sigurtà fil-baħar jista’ jiġi sodisfatt permezz ta’ mezzi li jirrestrinġu inqas il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, b’mod partikolari permezz tal-iffissar ta’ livell għoli tar-rekwiżit limitu tal-eżami għall-kisba tal-liċenzja nawtika.
(ara l-punti 17, 18, 20, 21, 23, 24 u d-dispożittiv)
Kawża C‑509/12
Instituto Portuário e dos Transportes Marítimos (IPTM)
vs
Navileme – Consultadoria Náutica Lda
u
Nautizende – Consultadoria Náutica Lda
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 52 TFUE u 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Għoti ta’ liċenzja nawtika għar-rikreazzjoni — Rekwiżit ta’ residenza fil-pajjiż li joħroġ il-liċenzja — Restrizzjoni għal persuni mhux residenti — Preżervazzjoni tas-sigurtà fil-baħar — Ordni pubbliku”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2014
Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni — Destinatarji tas-servizzi
(Artikolu 56 TFUE)
Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-ħruġ ta’ liċenzji nawtiċi għar-rikreazzjoni għar-residenti tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzji biss — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Rekwiżiti — Protezzjoni tal-ordni pubbliku — Għan ta’ sigurtà tan-navigazzjoni fil-baħar — Assenza ta’ ġustifikazzjoni