EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0481

Sommarju tas-sentenza

Kawża C‑481/12

UAB “Juvelta”

vs

VĮ “Lietuvos prabavimo rūmai”

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas)

“Moviment liberu tal-merkanzija — Artikolu 34 TFUE — Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Kummerċjalizzazzjoni ta’ xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjużi — Boll — Rekwiżiti imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ importazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014

Moviment liberu tal-merkanzija – Restrizzjonijiet kwantitattivi – Miżuri li għandhom effett ekwivalenti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi, għal xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjużi importati li diġà għandhom boll maħruġ minn organu ta’ kontroll indipendenti awtorizzat fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni u ta’ mmarkar addizzjonali iżda li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ din il-leġiżlazzjoni, il-ħtieġa ta’ boll ġdid imwettaq f’dan it-tieni Stat Membru – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni bbażata fuq in-neċessità li tiġi żgurata protezzjoni effikaċi tal-konsumaturi – Kundizzjonijiet – Assenza ta’ proporzjonalità – Immarkar addizzjonali mwettaq mill-importatur, u mhux minn organu ta’ kontroll indipendenti awtorizzat minn Stat Membru – Assenza ta’ effett

(Artikolu 34 TFUE)

L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha, sabiex jiġu kkummerċjalizzati fis-suq ta’ Stat Membru, xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjużi importati minn Stat Membru ieħor, li fih il-kummerċjalizzazzjoni tagħhom hija awtorizzata u li ġew immarkati b’boll skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan it-tieni Stat Membru, għandhom, meta l-indikazzjonijiet dwar il-finezza ta’ dawn ix-xogħlijiet li jinsabu fuq l-imsemmi boll ma humiex konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, jerġgħu jiġu mmarkati mill-ġdid, minn organu ta’ kontroll indipendenti awtorizzat minn dan l-aħħar Stat Membru, permezz ta’ boll li jikkonferma li l-imsemmija xogħlijiet ġew ikkontrollati u li jindika l-finezza tagħhom skont l-imsemmija rekwiżiti.

Fid-dawl ta’ din l-interpretazzjoni, ma għandux effett il-fatt li mmarkar addizzjonali ta’ xogħlijiet magħmula minn metalli prezzjużi importati, intiż li jipprovdi indikazzjonijiet dwar il-finezza ta’ dawn ix-xogħlijiet f’forma li tinftiehem mill-konsumaturi tal-Istat Membru ta’ importazzjoni, ma sarx minn organu ta’ kontroll indipendenti awtorizzat minn Stat Membru, peress illi boll ta’ finezza kien tqiegħed qabel fuq l-imsemmija xogħlijiet minn uffiċċju ta’ kontroll indipendenti awtorizzat mill-Istat Membru ta’ esportazzjoni u li l-indikazzjonijiet ipprovduti minn dan l-immarkar jikkorrispondu ma’ dawk li jinsabu fuq dan il-boll.

(ara l-punti 34, 40 u d-dispożittivi 1, 2)

Top