Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0472

    Panasonic Italia

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Klassifikazzjoni ta’ merkanzija fl-intestaturi tariffarji tat-Tariffa Doganali Komuni

    (Artikolu 267 TFUE)

    2. Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Skrins li kapaċi jirriproduċu data provenjenti minn magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni kif ukoll sinjali komposti video — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 8471 60 90 jew fis-subintestatura 8528 21 90 tan-Nomenklatura Magħquda — Kundizzjonijiet — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjonijiet u tal-karatteristiċi oġġettivi msemmija fin-noti ta’ spjega dwar is-sistema armonizzata

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I)

    3. Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Regolament Nru 754/2004 — Assenza ta’ effetti retroattivi

    (Regolament tal-Kummissjoni Nru 754/2004)

    Summary

    1. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 32,33)

    2. Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja fi ħdan in-Nomenklatura Maqgħuda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament Nru 2388/2000, mir-Regolament Nru 2031/2001, mir-Regolament Nru 1832/2002 u mir-Regolament Nru 1789/2003, ta’ skrins tal-plażma bil-kulur, b’tul djagonali ta’ 106.6 cm, li għandhom żewġ loudspeakers u remote control u li għandhom dispożittiv ta’ aċċess diġà previst sabiex tiddaħħal video card, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-użu finali inerenti tagħhom, li r-riproduzzjoni, minn naħa, ta’ data provenjenti minn magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni u, min-naħa l-oħra, ta’ sinjali komposti video. Tali skrins għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 8471 60 90 tan-Nomenklatura Maqgħuda jekk jintużaw esklużivament jew prinċipalment f’sistema awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni, fis-sens tan-nota 5B(a) tal-Kapitolu 84 tan-Nomenklatura Maqgħuda, jew taħt is-subintestatura 8528 21 90 tan-Nomenklatura Maqgħuda jekk dan ma huwiex il-każ, fatt li għandu jiġi ddeterminat mill-qorti nazzjonali fuq il-bażi tal-karatteristiċi oġġettivi tal-imsemmija skrins, u b’mod partikolari ta’ dawk imsemmija fin-noti ta’ spjega dwar l-intestatura 8471 tas-sistema armonizzata stabbilita permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali fuq is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni ta’ Oġġetti, flimkien mal-Protokoll li jemendaha, u b’mod partikolari dwar il-punt 1 sa 5 tal-parti tal-Kapitolu I.3 ta’ din is-sistema armonizzata, li tirrigwarda l-unitajiet li juru stampa ta’ magni awtomatiċi li jipproċessaw l-informazzjoni.

    Fil-fatt, is-sempliċi possibbiltà li jiġu rriprodotti immaġni provenjenti minn sorsi li ma jinkludux magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni ma tistax teskludi l-klassifikazzjoni ta’ skrin fl-intestatura 8471 tan-Nomenklatura Maqgħuda, fid-dawl tal-kliem tan-nota 5B(a) tal-Kapitolu 84 tan-Nomenklatura Maqgħuda, li jirreferi għall-unitajiet użati “esklużivament jew prinċipalment” f’sistema awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni. Mill-punti tan-noti ta’ spjega dwar il-pożizzjoni 8471 imsemmija iktar ’il fuq jirriżulta li l-monitors użati prinċipalment f’sistema awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni jistgħu jiġu identifikati, barra mill-fatt li huma mgħammra b’tip ta’ sokit adegwat għall-konnessjoni ma’ sistemi li jipproċessaw id-data, minn karattertistiċi tekniċi oħra, b’mod partikolari mill-fatt li dawn ġew maħsuba għal xogħol mill-viċin, li ma għandhomx il-possibbiltà li jirriproduċu sinjali ta’ televiżjoni, li għandhom emissjonijiet elettromanjetiċi mnaqqsa, li l-pitch tal-iskrin tagħhom jibda minn 0.41 għal riżoluzzjoni medja u tonqos meta r-riżoluzzjoni tiżdied, li l-bandwidth tagħhom hija ta’ 15 MHz jew iktar kif ukoll mill-fatt li d-dimensjoni tal-pixels fuq l-iskrin hija iżgħar minn dik tal-video monitors tal-intestatura 8528 tas-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ oġġetti, filwaqt li l-konverġenza tal-ewwel hija iktar b’saħħitha minn dik ta’ dawn tal-aħħar.

    (ara l-punti 49, 51, 54 u d-dispożittiv 1)

    3. Ir-Regolament Nru 754/2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, ma jistax jiġi applikat b’mod retroattiv.

    Fil-fatt, l-ebda element li jinsab fil-preambolu ta’ dan ir-regolament fil-kliem tad-dispożizzjonijiet tiegħu jew fl-anness tiegħu ma jissuġġerixxi li dan ir-regolament għandu jiġi applikat b’mod retroattiv.

    (ara l-punti 57, 59 u d-dispożittiv 2)

    Top

    Kawża C‑472/12

    Panasonic Italia SpA et

    vs

    Agenzia delle Dogane di Milano

    (talba għal deċiżjoni preliminari

    mressqa mill-Corte suprema di cassazione)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 8471 u 8528 — Skrins tal-plażma — Funzjonalità ta’ skrin ta’ kompjuter — Funzjonalità potenzjali ta’ skrin ta’ televiżjoni, wara li tiddaħħal video card”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Klassifikazzjoni ta’ merkanzija fl-intestaturi tariffarji tat-Tariffa Doganali Komuni

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Skrins li kapaċi jirriproduċu data provenjenti minn magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni kif ukoll sinjali komposti video – Klassifikazzjoni fis-subintestatura 8471 60 90 jew fis-subintestatura 8528 21 90 tan-Nomenklatura Magħquda – Kundizzjonijiet – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjonijiet u tal-karatteristiċi oġġettivi msemmija fin-noti ta’ spjega dwar is-sistema armonizzata

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I)

    3. Tariffa Doganali Komuni – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Regolament Nru 754/2004 – Assenza ta’ effetti retroattivi