This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0442
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Court reports – general
Kawża C‑442/12
Jan Sneller
vs
DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)
“Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali — Direttiva 87/344/KEE — Artikolu 4(1) — Għażla libera tal-avukat mill-persuna assigurata — Klawżola prevista fil-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt li tiggarantixxi assistenza legali fi proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi minn wieħed mill-impjegati tal-assiguratur — Spejjeż relatati mal-assistenza legali minn rappreżentant legali estern rimborsati biss fil-każ ta’ neċessità, evalwata mill-assiguratur, li t-trattament tal-kawża jiġi fdat lil rappreżentant legali estern”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013
Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali – Direttiva 87/344 – Dritt tal-persuna assigurata li tagħżel liberament ir-rappreżentant legali tagħha – Deroga – Kuntratt ta’ assigurazzjoni li jipprevedi assistenza legali pprovduta, fil-prinċipju, mill-persunal tal-assiguratur – Possibbiltà għall-assiguratur li jieħu r-responsabbiltà għall-ispejjeż tal-assistenza legali tar-rappreżentant legali tal-persuna assigurata biss fil-każ tan-neċessità li t-trattament tal-kawża jiġi ddelegat lil rappreżentant legali estern – Esklużjoni – Natura obbligatorja jew le tal-assistenza legali – Assenza ta’ effett
(Direttiva tal-Kunsill 87/344, il-ħdax il-premessa u l-Artikolu 4(1)(a))
Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali – Direttiva 87/344 – Dritt tal-persuna assigurata li tagħżel liberament ir-rappreżentant legali tagħha – Portata – Possibbiltà li jiġi limitat ir-rimbors tal-ispejjeż tar-rappreżentanza – Ammissibbiltà – Kundizzjoni
(Direttiva tal-Kunsill 87/344, Artikolu 4(1))
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 87/344, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li assiguratur għall-protezzjoni ġuridika, li jipprovdi fil-kuntratti ta’ assigurazzjoni tiegħu li l-assistenza legali hija fil-prinċipju pprovduta mill-persunal tiegħu, jipprovdi wkoll li l-ispejjeż tal-assistenza legali ta’ avukat jew ta’ rappreżentant magħżul liberament mill-persuna assigurata jistgħu jiġu koperti biss jekk l-assiguratur iqis li t-trattament tal-kawża għandu jiġi ddelegat lil rappreżentant legali estern.
In-natura obbligatorja jew le tal-assistenza legali skont id-dritt nazzjonali fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi inkwistjoni ma għandhiex effett fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 87/344.
Fil-fatt, id-dritt tal-persuna assigurata li tagħżel liberament ir-rappreżentant tagħha huwa ta’ portata ġenerali u ta’ natura obbligatorja. Kemm mill-ħdax‑il premessa tad-Direttiva 87/344 u kemm mill-Artikolu 4(1) tagħha jirriżulta li l-interess tal-persuna assigurata li jkollha protezzjoni ġuridika jimplika li din tal-aħħar ikollha l-libertà li tagħżel hija nfisha l-avukat tagħha jew kwalunkwe persuna oħra li jkollha l-kwalifiki aċċettati mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ kwalunkwe proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi. B’hekk, mill-qari flimkien ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-għażla libera tal-avukat mill-persuna assigurata ma tistax tiġi limitata biss għas-sitwazzjonijiet fejn l-assiguratur jiddeċiedi li għandu jsir użu minn rappreżentant legali estern.
(ara l-punti 22, 23, 25, 29, 32 u d-dispożittivi 1 u 2)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 26, 27)
Kawża C‑442/12
Jan Sneller
vs
DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)
“Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali — Direttiva 87/344/KEE — Artikolu 4(1) — Għażla libera tal-avukat mill-persuna assigurata — Klawżola prevista fil-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt li tiggarantixxi assistenza legali fi proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi minn wieħed mill-impjegati tal-assiguratur — Spejjeż relatati mal-assistenza legali minn rappreżentant legali estern rimborsati biss fil-każ ta’ neċessità, evalwata mill-assiguratur, li t-trattament tal-kawża jiġi fdat lil rappreżentant legali estern”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013
Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali — Direttiva 87/344 — Dritt tal-persuna assigurata li tagħżel liberament ir-rappreżentant legali tagħha — Deroga — Kuntratt ta’ assigurazzjoni li jipprevedi assistenza legali pprovduta, fil-prinċipju, mill-persunal tal-assiguratur — Possibbiltà għall-assiguratur li jieħu r-responsabbiltà għall-ispejjeż tal-assistenza legali tar-rappreżentant legali tal-persuna assigurata biss fil-każ tan-neċessità li t-trattament tal-kawża jiġi ddelegat lil rappreżentant legali estern — Esklużjoni — Natura obbligatorja jew le tal-assistenza legali — Assenza ta’ effett
(Direttiva tal-Kunsill 87/344, il-ħdax il-premessa u l-Artikolu 4(1)(a))
Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali — Direttiva 87/344 — Dritt tal-persuna assigurata li tagħżel liberament ir-rappreżentant legali tagħha — Portata — Possibbiltà li jiġi limitat ir-rimbors tal-ispejjeż tar-rappreżentanza — Ammissibbiltà — Kundizzjoni