Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0408

YKK et vs Il-Kummissjoni

Kawża C‑408/12 P

YKK Corporation et

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Akkordji — Swieq taż-żippijiet u tipi oħra ta’ qafliet kif ukoll magni li jwaħħlu — Responsabbiltajiet suċċessivi — Limitu legali tal-multa — Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 — Kunċett ta’ ‘impriża’ — Responsabbiltà personali — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Multiplikatur ta’ dissważjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014

  1. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Impatt konkret fuq is-suq – Kriterju mhux determinanti

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

  2. Appell – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Eżami mill-ġdid, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fuq l-ammont tal-multi imposti fuq impriżi li jkunu kisru r-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat – Esklużjoni

    (Artikoli 256 TFUE u 261 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(1) u 31)

  3. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata – Kundizzjonijiet – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Esklużjoni ta’ benefiċċju doppju għall-istess informazzjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titoli C u D, u 2002/C 45/03, punti 21 u 23)

  4. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

  5. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Ammont massimu – Kalkolu – Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni – Impriża akkwistata minn impriża oħra li kkostitwixxiet entità ekonomika distinta fil-mument tal-ksur – Teħid in kunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ għal kull waħda minn dawn l-entitajiet ekonomiċi

    (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

  6. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Natura dissważiva – Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża sanzjonata

    (Artikolu 81 KE; Regolament Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

  7. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Ammont massimu – Distinzjoni bejn il-limitu u n-natura dissważiva tal-multa

    (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

  8. Appell – Appell ikkunsidrat fondat – Riżoluzzjoni tat-tilwima fuq il-mertu mill-qorti tar-rinviju – Kundizzjoni – Kawża fi stat li tista’ tiġi deċiża

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 26)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 29)

  3.  Kemm il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ multi jew it-tnaqqis tal-ammont tagħhom f’każijiet ta’ akkordji tal-1996, Titoli C u D, kif ukoll il-Komunikazzjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell [akkordji] tal-2002, punti 21 u 23, jeħtieġu bħala kundizzjoni għall-benefiċċju ta’ tnaqqis tal-multa, li kieku tiġi imposta, li l-impriżi kkonċernati għandhom jipproduċu lill-Kummissjoni l-provi li jikkontribwixxu sabiex jiġi ddeterminat il-ksur imwettaq. F’dan ir-rigward, informazzjoni li ma tissodisfax il-kundizzjoni li skontha dawn l-impriżi għandhom jikkontribwixxu sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza tal-ksur imwettaq fis-sens tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-1996, ma tistax tikkostitwixxi provi li jipproduċu valur miżjud b’rispett għall-evidenza li diġa‘ tinstab fil-pussess tal-Kummissjoni fis-sens tal-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002.

    Barra minn hekk, l-impriżi kkonċernati ma jistgħux jistennew benefiċċju doppju għall-istess informazzjoni, jiġifieri dik li permezz tagħha hija bbenefikat minn immunità parzjali għall-perijodu li għalih jirreferu, jekk din l-informazzjoni ma ġabitx, għall-perijodu sussegwenti għal dan, l-ebda valur miżjud għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

    (ara l-punti 42, 43, 47)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 44)

  5.  Meta impriża kkunsidrata mill-Kummissjoni bħala responsabbli għal ksur tal-Artikolu 81 KE ġiet akkwistata minn impriża oħra li fiha żżomm, bħala sussidjarja, l-kwalità ta’ entità ekonomika distinta, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra d-dħul mill-bejgħ għal kull waħda minn dawn l-entitajiet ekonomiċi sabiex tapplikalhom, fejn applikabbli, il-limitu ta’ 10 % tat-total ta’ valur tal-bejgħ fis-sena kummerċjali preċedenti, iffissat mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003.

    Għalhekk, fil-każ fejn żewġ kumpanniji li jikkostitwixxu żewġ entitajiet distinti qabel waħda minnhom issir sussidjarja tal-oħra ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala impriża waħda, li l-istruttura u s-saħħa finanzjarja tagħha evolviet matul iż-żmien, li ser tkun involuta matul il-perijodu tal-ksur.

    F’dan ir-rigward, l-għan tal-istabbiliment, fl-Artikolu 23(2), ta’ limitu ta’ 10 % tad-dħul tal-bejgħ ta’ kull impriża li pparteċipat fil-ksur huwa b’mod partikolari intiż sabiex jipprevjeni l-impożizzjoni ta’ multa ta’ ammont ogħla minn dan il-limitu li taqbeż il-kapaċità ta’ ħlas ta’ din l-impriża fil-mument fejn hija tinstab responsabbli tal-ksur u tkun imposta sanzjoni pekunjarja mill-Kummissjoni. Din il-konstatazzjoni hija korroborata mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, li jeħtieġ, f’dak li jirrigwarda l-limitu ta’ 10 %, li dan ikun ikkalkolat fuq il-bażi tas-sena finanzjarja preċedenti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissanzjona l-ksur. Tali rekwiżit huwa ssodisfatt meta dan il-limitu huwa determinat fuq il-bażi biss tad-dħul mill-bejgħ tas-sussidjarja, f’dak li jirrigwarda l-multa li ġiet imposta fuqha esklużivament, fir-rigward tal-perijodu preċedenti għall-akkwist tagħha mill-kumpannija parent.

    Bl-istess mod, kumpannija ma tistax tinżamm responsabbli mill-ksur imwettaq indipendentement mis-sussidjarji tagħha qabel id-data tal-akkwist tagħhom, peress li dawn is-sussidjarji għandhom iwieġbu huma stess mill-aġir li jikkostitwixxi ksur tagħhom qabel dan l-akkwist, mingħajr mal-kumpannija xerrejja tkun tista’ tinżamm bħala responsabbli.

    (ara l-punti 60-65)

  6.  Il-kunċett ta’ “dissważjoni” jikkostitwixxi wieħed mill-elementi li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni. F’dan ir-rigward, ir-rabta bejn, minn naħa, id-daqs u r-riżorsi globali tal-impriżi, u, min-naħa l-oħra, in-neċessità li jiġi żgurat l-effett dissważiv tal-multa, ma tistax tiġi kkontestata. Fil-fatt, huwa l-impatt mixtieq fuq l-impriża kkonċernata li jiġġustifika t-teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali ta’ din l-impriża sabiex jiġi żgurat li l-multa jkollha effett dissważiv suffiċjenti, u dan sa fejn is-sanzjoni ma għandhiex tkun negliġibbli fid-dawl, b’mod partikolari, tal-kapaċità finanzjarja ta’ din l-impriża. Minn dan isegwi li, sabiex tiġi imposta multa ta’ ammont li x’aktarx tiddisswadi l-impriżi kkonċernati milli jiksru, fil-futur, ir-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-daqs u r-riżorsi globali ta’ dawn tal-aħħar fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

    (ara l-punti 84-86)

  7.  Il-limitu ta’ multa imposta lil impriża għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ, previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, huwa intiż sabiex jiġi aġġustat l-ammont tal-multa imposta għall-ksur imwettaq fil-konfront tal-kapaċità ekonomika tal-impriża miżmuma responsabbli, anki jekk il-perijodu ta’ riferiment għall-kalkolu tad-dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni huwa s-sena finanzjarja preċedenti għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni lil din l-impriża.

    Għall-kuntrarju, it-tfittxija ta’ effett dissważiv tas-sanzjoni pekunjarja essenzjalment tfittex li tiddixxiplina, għall-futur, l-aġir tal-entità ekonomika destinatarja tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Tali effett għandu neċessarjament iseħħ fir-rigward tal-impriża kkonċernata fl-istat li hija tkun fih fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

    (ara l-punti 90, 91)

  8.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 95)

Top