Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0399

    Il-Ġermanja vs Il-Kunsill

    Kawża C‑399/12

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Rikors għal annullament — Azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 218(9) TFUE — Determinazzjoni tal-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea f’organu stabbilit minn ftehim internazzjonali — Ftehim internazzjonali li ma hijiex parti kontraenti fih l-Unjoni Ewropea — Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed (OIV) — Kunċett ta’ ‘atti li għandhom effetti legali’ — Riżoluzzjonijiet tal-OIV”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ottubru 2014

    1. Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Motivi differenti minn dawk tal-parti prinċipali li qed tiġi sostnuta – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Rabta mas-suġġett tal-kawża

      (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 40)

    2. Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet internazzjonali fil-qasam tal-agrikoltura u s-sajd – Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed – L-Unjoni Ewropea ma hijiex parti kontraenti f’dan il-ftehim – Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri f’isem l-Unjoni f’din l-organizzazzjoni li għandha l-għan li tadotta atti li għandhom effetti legali – Ammissibbiltà

      (Artikolu 218(9) TFUE)

    1.  Skont l-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, parti li hija ammessa bħala intervenjent f’kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tbiddel is-suġġett tal-kawża kif ċirkoskritt mit-talbiet u mill-motivi tal-partijiet prinċipali. Minn dan jirriżulta li huma biss l-argumenti ta’ intervenjent li huma stabbiliti fil-kuntest deskritt minn dawn il-konklużjonijiet u motivi li huma ammissibbli.

      (ara l-punt 27)

    2.  L-Unjoni, minkejja li ma hijiex parti mill-Ftehim dwar l-istabbiliment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed, konkluż fit-3 ta’ April 2001 (Ftehim OIV), hija awtorizzata li tistabbilixxi pożizzjoni li għandha tittieħed f’isimha fil-konfront ta’ riżoluzzjonijiet tal-OIV imressqa għal-votazzjoni tal-assemblea ġenerali ta’ din l-organizzazzjoni li jirrigwardaw prattiċi enoloġiċi ġodda, metodi ta’ analiżi li jippermettu li tiġi stabbilita l-kompożizzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid jew l-ispeċifikazzjonijiet ta’ purità u ta’ identità tas-sustanzi użati għal dawn il-prattiċi, u li jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-qasam tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid.

      Fil-fatt, qabel kollox, il-kliem tal-Artikolu 218(9) TFUE ma jipprekludix li l-Unjoni tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi pożizzjoni li għandha tittieħed f’isimha f’korp maħluq minn ftehim internazzjonali li hija ma tkunx parti minnu.

      Barra minn hekk, l-OIV jaqa’ taħt il-qasam tal-politika agrikola komuni u, b’mod iktar partikolari, l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, qasam li huwa ampjament irregolat mil-leġiżlatur tal-Unjoni skont il-kompetenza bbażata fuq l-Artikolu 43 TFUE. Issa, meta l-qasam ikkonċernat jidħol fil-kompetenza tal-Unjoni, l-assenza ta’ parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-ftehim internazzjonali inkwistjoni ma jipprekludihiex milli teżerċita din il-kompetenza billi tistabbilixxi, fil-kuntest tal-istituzzjonijiet tagħha, pożizzjoni li għandha tittieħed f’isimha fi ħdan il-korp maħluq minn dan il-ftehim, b’mod partikolari permezz tal-Istati Membri li huma partijiet tal-imsemmi ftehim li jaġixxu in solidum fl-interess tagħha.

      Fl-aħħar nett, tali riżoluzzjonijiet jikkostitwixxu “atti li għandhom effetti legali” skont l-Artikolu 218(9) TFUE.

      (ara l-punti 50-52, 63, 64)

    Top

    Kawża C‑399/12

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Rikors għal annullament — Azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 218(9) TFUE — Determinazzjoni tal-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea f’organu stabbilit minn ftehim internazzjonali — Ftehim internazzjonali li ma hijiex parti kontraenti fih l-Unjoni Ewropea — Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed (OIV) — Kunċett ta’ ‘atti li għandhom effetti legali’ — Riżoluzzjonijiet tal-OIV”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ottubru 2014

    1. Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Motivi differenti minn dawk tal-parti prinċipali li qed tiġi sostnuta — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Rabta mas-suġġett tal-kawża

      (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 40)

    2. Ftehimiet internazzjonali — Ftehimiet internazzjonali fil-qasam tal-agrikoltura u s-sajd — Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed — L-Unjoni Ewropea ma hijiex parti kontraenti f’dan il-ftehim — Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri f’isem l-Unjoni f’din l-organizzazzjoni li għandha l-għan li tadotta atti li għandhom effetti legali — Ammissibbiltà