Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62012CJ0328

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C‑328/12

    Ralph Schmid

    vs

    Lilly Hertel

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Proċedimenti ta’ falliment — Azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment — Domiċilju tal-konvenut fi Stat terz — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru taċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas 16 ta’ Jannar 2014

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament Nru 1346/2000 – Kamp ta’ applikazzjoni – Element ta’ estranjetà li jikkonċerna lil Stat Membru u lil Stat terz biss – Inklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 3(1))

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament Nru 1346/2000 – Ġurisdizzjoni internazzjonali biex tinbeda l-proċedura ta’ insolvenza – Azzjoni revokatorja bbażata fuq l-insolvenza u diretta kontra konvenut li ma huwiex residenti fit-territorju ta’ Stat Membru – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru għall-bidu tal-proċedura ta’ insolvenza – Nuqqas ta’ opponibbiltà lill-Istati terzi tad-deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti msemmija – Assenza ta’ effett

    1.  L-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, ma tistax, bħala regola ġenerali, tiddependi mill-eżistenza ta’ rabta ta’ estranjetà li tinvolvi lil Stat Membru ieħor.

      (ara l-punt 29)

    2.  L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinfetħu l-proċeduri ta’ falliment għandhom ġurisdizzjoni biex jisimgħu azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment kontra konvenut li ma huwiex residenti fit-territorju ta’ Stat Membru.

      Fil-fatt, armonizzazzjoni, fl-Unjoni, tar-regoli tal-ġurisdizzjoni għall-azzjonijiet revokatorji bbażati fuq il-falliment tikkontribwixxi għat-twettiq tal-għanijiet imfittxija minn din id-dispożizzjoni, li jikkonsistu fit-tħeġġiġ tal-prevedibbiltà tal-kompetenzi ġurisdizzjonali fil-qasam tal-falliment u, għalhekk, taċ-ċertezza legali, indipendentement mill-punt jekk il-konvenut huwiex residenti fi Stat Membru jew fi Stat terz.

      In-nuqqas ta’ opponibbiltà fl-Istati terzi tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi Regolament relattivi għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti li fetħet il-proċeduri ta’ falliment ma jipprekludix l-applikazzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, anki jekk ma jkunx possibbli, f’każ konkret, li r-Regolament stess jintuża bħala bażi fi kwistjonijiet ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, xi kultant huwa possibbli li jinkiseb, permezz ta’ ftehim bilaterali, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija mill-qorti kompetenti. Barra minn hekk, anki fin-nuqqas tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni, abbażi ta’ ftehim bilaterali, ta’ tali sentenza mill-Istat fejn tinsab ir-residenza tal-konvenut, din is-sentenza tista’ tiġi rikonoxxuta u eżegwita mill-Istati Membri l-oħra abbażi tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1346/2000, b’mod partikolari fil-każ fejn parti mill-patrimonju ta’ dan il-konvenut tkun tinsab fit-territorju ta’ wieħed minn dawn l-Istati.

      (ara l-punti 33, 37-39 u d-dispożittiv)

    Fuq