This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0303
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Court reports – general
Kawża C‑303/12
Guido Imfeld, Nathalie Garcet
vs
État belge
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège)
“Libertà ta’ stabbiliment — Ugwaljanza fit-trattament — Taxxa fuq id-dħul — Leġiżlazzjoni dwar ħelsien minn taxxa doppja — Dħul miksub fi Stat minbarra l-Istat ta’ residenza — Metodu ta’ eżenzjoni b’riżerva ta’ progressività fl-Istat ta’ residenza — Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari — Telf ta’ ċerti vantaġġi fiskali marbuta mas-sitwazzjoni personali u familjari tal-ħaddiem”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013
Libertà ta’ stabbiliment – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq id-dħul – Metodu ta’ eżenzjoni b’riżerva ta’ progressività u imputazzjoni tal-proporzjonijiet eżenti għal wild dipendenti fuq l-ogħla dħul – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti vantaġġ fiskali lill-koppji li jirċievu t-totalità jew il-parti l-kbira tad-dħul tagħhom f’dan l-Istat – Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuni taxxabbli – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Żamma tat-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri – Assenza
(Artikolu 49 TFUE)
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li għandha bħala effett li ċċaħħad lil koppja li tirrisjedi f’dan l-Istat u li tikseb kemm dħul fl-imsemmi Stat kif ukoll fi Stat Membru ieħor mill-benefiċċju effettiv ta’ vantaġġ fiskali speċifiku, minħabba l-metodi ta’ tnaqqis tagħha, filwaqt li din il-koppja tkun tibbenefika minn dan il-vantaġġ li kieku l-konjuġi bl-ogħla dħul ma kienx jikseb id-dħul kollu tiegħu fi Stat Membru ieħor.
Leġiżlazzjoni nazzjonali tali tista’, b’mod partikolari, tippreġudika l-libertà ta’ stabbiliment meta hija tistabbilixxi vantaġġ fiskali favur il-koppji, taħt il-forma, ta’ suppliment ta’ eżenzjoni għal wild dipendenti, li huwa mnaqqas fuq id-dħul tal-membru tal-koppja bl-ogħla dħul, mingħajr ma bl-ebda mod tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li dan tal-aħħar jista’, permezz tal-eżerċizzju tal-libertajiet iggarantiti mit-Trattat, ma jirċivix b’mod individwali dħul fl-Istat Membru ta’ residenza, bil-konsegwenza immedjata u awtomatika li l-koppja titlef hekk totalment il-benefiċċju tal-imsemmi vantaġġ. Indipendentement mit-trattament fiskali riżervat għall-persuna taxxabbli fl-Istat Membru ta’ impjieg, il-mod awtomatiku ta’ dan it-telf jippreġudika l-libertà ta’ stabbiliment.
Leġiżlazzjoni tali ma tistax tkun iġġustifikata bin-neċessità li jiġi ppreżervat it-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri. Minn naħa, tali ġustifikazzjoni ma tistax tiġi invokata mill-Istat Membru ta’ residenza ta’ persuna taxxabbli biex jaħrab mir-responsabbiltà tiegħu, bħala prinċipju, li jagħti lill-imsemmija persuna taxxabbli t-tnaqqis ta’ tip personali u familjari dovuti lil din tal-aħħar, sakemm dan l-Istat Membru ma jkunx meħlus permezz ta’ ftehim mill-obbligu tiegħu li jassumi t-teħid inkunsiderazzjoni kollha tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuni taxxabbli li jirrisjedu fit-territorju tiegħu u li jeżerċitaw parzjalment l-attività ekonomika tagħhom fi Stat Membru ieħor jew sakemm ma jikkonstatax li, anki barra minn kull ftehim, Stat ta’ impjieg jew numru ta’ Stati ta’ impjieg jagħtu, fuq id-dħul li jintaxxaw, vantaġġi marbuta mat-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuni taxxabbli li ma jirrisjedux fit-territorju ta’ dawn l-Istati iżda li f’dan it-territorju jiksbu dħul taxxabbli. Leġiżlazzjoni li ma tistabbilixxi ebda korrelazzjoni bejn il-vantaġġi fiskali li hija tagħti lir-residenti tal-Istat Membru kkonċernat u l-vantaġġi fiskali li minnhom huma jistgħu jibbenefikaw fil-kuntest tal-intaxxar tagħhom fi Stat Membru ieħor, meta l-ftehim għall-prevenzjoni tat-taxxa doppja li jivvinkola lil dawn l-Istati Membri ma jimponi ebda obbligu fuq l-Istat Membru ta’ impjieg dwar it-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuni taxxabbli residenti fl-Istat Membru l-ieħor, ma tissodisfax dawn il-kundizzjonijiet.
Min-naħa l-oħra, ġustifikazzjoni marbuta man-neċessità li jitħares it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri tista’ tiġi aċċettata, b’mod partikolari, fejn is-sistema inkwistjoni hija intiża sabiex tipprekludi aġir li jista’ jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jeżerċita l-ġurisdizzjoni fiskali tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fit-territorju tiegħu. Dan jissuponi li l-eliminazzjoni tal-miżura restrittiva jkollha bħala konsegwenza li l-Istat Membru ta’ residenza jirrinunzja parti mill-ġurisdizzjoni fiskali tiegħu favur Stati Membri oħra.
(ara l-punti 62, 69, 72, 73, 75, 76, 80 u d-dispożittiv)
Kawża C‑303/12
Guido Imfeld, Nathalie Garcet
vs
État belge
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège)
“Libertà ta’ stabbiliment — Ugwaljanza fit-trattament — Taxxa fuq id-dħul — Leġiżlazzjoni dwar ħelsien minn taxxa doppja — Dħul miksub fi Stat minbarra l-Istat ta’ residenza — Metodu ta’ eżenzjoni b’riżerva ta’ progressività fl-Istat ta’ residenza — Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari — Telf ta’ ċerti vantaġġi fiskali marbuta mas-sitwazzjoni personali u familjari tal-ħaddiem”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013
Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq id-dħul — Metodu ta’ eżenzjoni b’riżerva ta’ progressività u imputazzjoni tal-proporzjonijiet eżenti għal wild dipendenti fuq l-ogħla dħul — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti vantaġġ fiskali lill-koppji li jirċievu t-totalità jew il-parti l-kbira tad-dħul tagħhom f’dan l-Istat — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuni taxxabbli — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Żamma tat-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri — Assenza