Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0295

    Telefónica u Telefónica de España vs Il-Kummissjoni

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Appell — Aggravji — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Aggravju li ma huwiex preċiż — Inammissibbiltà

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c))

    2. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Rikonoxximent mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni — Stħarriġ tal-legalità u tal-ġurisdizzjoni sħiħa, kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt — Ksur — Assenza

    (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE, 261 TFUE u 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikoli 15(2) u 17, u Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31)

    3. Drittijiet fundamentali — Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem — Strument mhux formalment integrat fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni

    (Artikolu 6(3) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 52(3))

    4. Proċedura ġudizzjarja — Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Terminu raġonevoli — Kawża dwar l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Nuqqas ta’ osservanza ta' terminu raġonevoli — Konsegwenzi

    (Artikoli 263 TFUE u 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

    5. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    6. Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    7. Pożizzjoni dominanti — Abbuż — Kunċett — Aġir li għandu effett restrittiv fuq il-kompetizzjoni — Effett potenzjali

    (Artikolu 102 TFUE)

    8. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Nuqqas ta’ retroattività tad-dispożizzjonijiet kriminali — Kamp ta’ applikazzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata prattika antikompetittiva — Inklużjoni — Applikazzjoni retroattiva ta’ interpretazzjoni ġdida ta’ regola li tistabbilixxi ksur — Natura prevedibbli tal-interpretazzjoni l-ġdida — Prinċipji ta’ legalità tal-pieni u ta’ ċertezza legali — Assenza ta’ ksur

    (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE)

    9. Pożizzjoni dominanti — Suq ġeografiku inkwistjoni — Delimitazzjoni — Kriterji — Limitazzjoni għal territorju nazzjonali wieħed — Assenza ta’ inċidenza għall-gravità tal-ksur

    (Artikolu 102 TFUE)

    10. Kompetizzjoni — Multi — Deċiżjoni li timponi multi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata — Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur — Indikazzjoni suffiċjenti — Obbligu tal-Kummissjoni li tindika ċ-ċifri marbuta mal-metodu tal-kalkolu tal-multi — Assenza

    (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

    11. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Obbligu għall-Kummissjoni li timxi mal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha — Assenza — Żieda tal-livell ġenerali tal-multi — Ammissibbiltà

    (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

    12. Appell — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kontestazzjoni, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fuq l-ammont tal-multi imposti fuq impriżi li kisru r-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat — Esklużjoni — Kontestazzjoni ta’ din l-evalwazzjoni għal raġunijiet ibbażati fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Ammissibbiltà

    (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE, 256 TFUE u 261 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

    Summary

    1. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 29, 30, 72, 78, 79, 82, 105, 122, 129, 131, 135, 138, 142, 174, 187, 232)

    2. Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li huwa issa espress fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi fid-dritt tal-Unjoni għall-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

    Id-dritt tal-Unjoni jipprovdi għal sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni marbuta mal-proċeduri skont l-Artikolu 102 TFUE li toffri l-garanziji kollha rikjesti mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Din is-sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju tikkonsisti fi stħarriġ tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 263 TFUE, li jista’ jitwettaq, skont l-Artikolu 261 TFUE, minn ġurisdizzjoni sħiħa fir-rigward tas-sanzjonijiet previsti f’regolamenti.

    Il-portata tal-istħarriġ tal-legalità tkopri d-deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni marbuta mal-proċeduri ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE, filwaqt li l-portata tal-ġurisdizzjoni sħiħa prevista mill-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003 hija limitata għall-elementi ta’ tali deċiżjonijiet li jistabbilixxu multa jew pagament ta’ penalità.

    Dan l-istħarriġ tal-legalità jimplika li l-Qorti tal-Unjoni għandha teżerċita stħarriġ, kemm ta’ liġi kif ukoll ta’ fatt, tal-argumenti invokati mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni kkontestata u li għandu jkollha s-setgħa li tevalwa l-provi, li tannulla l-imsemmija deċiżjoni u li tbiddel l-ammont tal-multi. Hija għandha b’mod partikolari mhux biss tivverifika l-eżattezza materjali tal-provi invokati, jekk humiex affidabbli u koerenti, iżda għandha tistħarreġ ukoll jekk dawn il-provi jikkostitwixxux l-informazzjoni kollha rilevanti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk din hijiex kapaċi ssostni l-konklużjonijiet milħuqa. Ma huwiex indispensabbli għall-osservanza ta’ dan il-prinċipju li l-Qorti Ġenerali tkun obbligata li twettaq ex officio istruttorja ġdida u sħiħa tal-proċess.

    Fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istħarriġ ta’ ġurisdizzjoni sħiħa fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-multa, il-Qorti tal-Unjoni hija obbligata, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi previsti fl-Artikoli 261 u 263 TFUE, li teżamina kull ilment, ta’ liġi jew ta’ fatt, maħsub sabiex juri li l-ammont tal-multa ma jirriflettix il-gravità u t-tul tal-ksur.

    (ara l-punti 39, 40, 42, 45, 53-55, 200)

    3. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 41)

    4. Fl-assenza ta’ kull indizju li t-tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kellu effett fuq l-eżitu tal-kawża, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni ma jistax iwassal għall-annullament tas-sentenza. Fil-fatt, fl-assenza ta’ effett tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli fuq l-eżitu tal-kawża, l-annullament tas-sentenza appellata ma jkunx joffri rimedju għall-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    Ksur, minn Qorti tal-Unjoni, tal-obbligu tagħha li jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li tagħti deċiżjoni fuq il-kawżi li jiġu ppreżentati quddiemha f’terminu raġonevoli għandu jiġi ssanzjonat permezz ta’ rikors għad-danni ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li dan ir-rikors jikkostitwixxi rimedju effettiv. Għalhekk, talba intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni kkawżati min-nuqqas ta’ osservanza, mill-Qorti Ġenerali, ta’ terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni ma tistax titressaq direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell, iżda għandha titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali stess.

    (ara l-punti 64, 66)

    5. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 84, 89, 93, 107, 114, 153, 159, 163, 165, 176, 219, 225, 227)

    6. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 99, 121, 144)

    7. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 124)

    8. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 147-149)

    9. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti li twassal għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, ċ-ċirkustanza li s-suq ġeografiku inkwistjoni huwa limitat għal territorju nazzjonali wieħed ma teskludix il-klassifikazzjoni ta’ ksur gravi ħafna. Is-sempliċi fatt li l-Kummissjoni kklassifikat, f’deċiżjonijiet oħra, il-ksur inkwistjoni bħala “gravi” meta s-swieq ġeografiċi inkwistjoni kienu ikbar minn dawk fil-kawża inkwistjoni, ma jinċidix fuq din l-evalwazzjoni, peress li l-klassifikazzjoni ta’ ksur bħala gravi jew gravi ħafna ma tiddependix biss fuq il-portata tas-suq ġeografiku inkwistjoni iżda wkoll fuq kriterji oħra li jikkaratterizzaw il-ksur.

    (ara l-punt 178)

    10. Fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multa f’każ ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha meta hija tindika fid-deċiżjoni tagħha l-elementi ta’ evalwazzjoni li ppremettewlha li tkejjel il-gravità u t-tul tal-ksur, mingħajr ma tkun obbligata li tindika ċ-ċifri marbuta mal-metodu tal-kalkolu tal-multa. Barra minn hekk, dan l-obbligu ma jiġix inosservat meta l-Kummissjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni l-livell varjabbli tal-gravità tal-ksur u billi ma tiddistingwixxix bejn żewġ perijodi ta’ ksur.

    (ara l-punti 181-183, 195)

    11. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 189, 190)

    12. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 205)

    Top

    Kawża C‑295/12 P

    Telefónica SA

    u

    Telefónica de España SAU

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Artikolu 102 TFUE — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Swieq Spanjoli tal-aċċess għall-internet tal-broadband — Kompressjoni tal-marġni — Artikolu 263 TFUE — Stħarriġ tal-legalità — Artikolu 261 TFUE — Ġurisdizzjoni sħiħa — Artikolu 47 tal-Karta — Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Stħarriġ ta’ ġurisdizzjoni sħiħa — Ammont tal-multa — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014

    1. Appell – Aggravji – Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Aggravju li ma huwiex preċiż – Inammissibbiltà

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c))

    2. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Rikonoxximent mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni – Stħarriġ tal-legalità u tal-ġurisdizzjoni sħiħa, kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt – Ksur – Assenza

      (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE, 261 TFUE u 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikoli 15(2) u 17, u Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31)

    3. Drittijiet fundamentali – Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem – Strument mhux formalment integrat fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni

      (Artikolu 6(3) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 52(3))

    4. Proċedura ġudizzjarja – Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali – Terminu raġonevoli – Kawża dwar l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni – Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli – Konsegwenzi

      (Artikoli 263 TFUE u 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

    5. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

      (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    6. Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà

      (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    7. Pożizzjoni dominanti – Abbuż – Kunċett – Aġir li għandu effett restrittiv fuq il-kompetizzjoni – Effett potenzjali

      (Artikolu 102 TFUE)

    8. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Nuqqas ta’ retroattività tad-dispożizzjonijiet kriminali – Kamp ta’ applikazzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata prattika antikompetittiva – Inklużjoni – Applikazzjoni retroattiva ta’ interpretazzjoni ġdida ta’ regola li tistabbilixxi ksur – Natura prevedibbli tal-interpretazzjoni l-ġdida – Prinċipji ta’ legalità tal-pieni u ta’ ċertezza legali – Assenza ta’ ksur

      (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE)

    9. Pożizzjoni dominanti – Suq ġeografiku inkwistjoni – Delimitazzjoni – Kriterji – Limitazzjoni għal territorju nazzjonali wieħed – Assenza ta’ inċidenza għall-gravità tal-ksur

      (Artikolu 102 TFUE)

    10. Kompetizzjoni – Multi – Deċiżjoni li timponi multi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur – Indikazzjoni suffiċjenti – Obbligu tal-Kummissjoni li tindika ċ-ċifri marbuta mal-metodu tal-kalkolu tal-multi – Assenza

      (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

    11. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Obbligu għall-Kummissjoni li timxi mal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha – Assenza – Żieda tal-livell ġenerali tal-multi – Ammissibbiltà

      (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

    12. Appell – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kontestazzjoni, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fuq l-ammont tal-multi imposti fuq impriżi li kisru r-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat – Esklużjoni – Kontestazzjoni ta’ din l-evalwazzjoni għal raġunijiet ibbażati fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Ammissibbiltà