Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0292

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawża C‑292/12

    Ragn-Sells AS

    vs

    Sillamäe Linnavalitsus

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu ringkonnakohus)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2008/98/KE — Immaniġġar ta’ skart — Artikolu 16(3) — Prinċipju ta’ viċinanza — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Vjeġġi ta’ skart — Skart muniċipali mħallat — Skart industrijali u skart tal-kostruzzjoni — Proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni ta’ servizzi li tirrigwarda l-ġbir u t-trasport ta’ skart prodott fit-territorju ta’ komun — Obbligu għall-kuntrattur futur li jittrasporta l-iskart miġbur għal impjanti tat-trattament indikati mill-awtorità li tagħti l-konċessjoni — Impjanti tat-trattament xierqa li jinsabu l-iktar viċin”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013

    1. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv – Portata tal-obbligu fil-qasam tal-kompetizzjoni

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Ambjent – Skart – Vjeġġi – Regolament Nru 1013/2006 – Obbligu impost fuq il-kuntrattur futur ta’ konċessjoni ta’ ġbir ta’ ċerti tipi ta’ skart u ta’ trasport tagħhom għall-impjant ta’ trattament li jinsab l-iktar viċin – Applikabbiltà tal-Artikoli 34 TFUE sa 36 TFUE – Assenza

      (Artikoli 34 TFUE sa 36 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1013/2006)

    3. Ambjent – Skart – Vjeġġi – Regolament Nru 1013/2006 – Skart muniċipali mħallat u skart iddestinat għar-rimi – Obbligu li l-imsemmi skart jiġi ttrasportat għall-impjant ta’ trattament xieraq li jinsab l-iktar viċin fl-istess Stat Membru – Prinċipji ta’ awtosuffiċjenza u ta’ viċinanza – Ammissibbiltà

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1013/2006, Artikolu 11(1)(a); Direttiva Nru 2008/98 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 16)

    4. Ambjent – Skart – Vjeġġi – Regolament Nru 1013/2006 – Skart iddestinat għall-irkupru minbarra l-iskart muniċipali mħallat – Obbligu għall-produtturi tal-imsemmi skart jew li jwasslu dan l-iskart lill-impriża inkarigata mill-ġbir tiegħu, jew li jwassluh direttament fl-imsemmi impjant – Obbligu ta’ din l-impriża li tittrasporta l‑imsemmi skart għall-impjant ta’ trattament xieraq li jinsab l-iktar viċin fl-istess Stat Membru – Inammissibbiltà

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1013/2006, Artikoli 3(1)(b) u (2), 12(1) u 18; Direttiva Nru 2008/98 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 16)

    5. Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Libertà ta’ stabbiliment – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Inapplikabbiltà għas-sitwazzjonijiet interni ta’ Stat Membru

      (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 39-43)

    2.  L-obbligu impost minn komunità territorjali ta’ Stat Membru lill-kuntrattur futur ta’ konċessjoni ta’ ġbir u ta’ trasport ta’ skart li jwassal ċerti tipi ta’ skart miġbur fit-territorju ta’ din il-komunità, jiġifieri kemm xi skart muniċipali mħallat, kemm xi skart industrijali u skart tal-kostruzzjoni, għand impriża stabbilita fl-istess Stat Membru sabiex dawn jiġu ttrattati jikkonċerna r-Regolament Nru 1013/2006, dwar vjeġġi ta’ skart, li huwa intiż li jipprovdi sistema armonizzata ta’ proċeduri li permezz tagħhom il-moviment tal-iskart jista’ jkun limitat sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ambjent. Minn dan jirriżulta li ma huwiex neċessarju li jiġi vverifikat, b’mod distint, jekk l-imsemmi obbligu huwiex konformi mal-Artikoli 34 TFUE sa 36 TFUE.

      (ara l-punti 44, 49)

    3.  Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1013/2006, dwar vjeġġi ta’ skart, moqrija flimkien mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/98, dwar l-iskart, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jawtorizzaw komunità lokali li tobbliga lill-impriża inkarigata mill-ġbir tal-iskart fit-territorju tagħha sabiex tittrasporta l-iskart muniċipali mħallat miġbur mid-djar privati kif ukoll, jekk ikun il-każ, minn produtturi oħra, għall-impjant tat-trattament xieraq li jinsab l-iktar viċin u li jinsab fl-istess Stat Membru ta’ din il-komunità.

      Fil-fatt, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ta’ portata ġenerali li jirrestrinġu l-vjeġġi tal-iskart iddestinat għar-rimi u tal-iskart muniċipali mħallat bejn Stati Membri, fil-forma ta’ projbizzjonijiet ġenerali jew parzjali ta’ vjeġġi, bl-għan li jiġu implementati l-prinċipji ta’ viċinanza, ta’ prijorità għall-irkupru u ta’ awtosuffiċjenza b’mod konformi mad-Direttiva 2008/98.

      Issa, l-obbligu, impost minn komunità lokali fuq l-impriża inkarigata mill-ġbir tal-iskart fit-territorju tagħha, li tieħu ċerti tipi ta’ skart għal impjant tat-trattament li jinsab fl-istess Stat Membru jekwivali għal miżura ta’ portata ġenerali li tistabbilixxi projbizzjoni ta’ vjeġġi tal-iskart ikkonċernat lejn impjanti oħra, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament Nru 1013/2006, li kieku l-produtturi ta’ dawn l-iskart ikollhom huma stess jieħdu dan l-istess skart fl-imsemmija impriża, jiġifieri fl-imsemmi impjant.

      Konsegwentement, fir-rigward tal-iskart iddestinat għar-rimi kif ukoll fir-rigward tal-iskart muniċipali mħallat miġbur mid-djar privati u, jekk ikun il-każ, minn produtturi oħra, Stat Membru huwa awtorizzat jagħti lill-komunitajiet territorjali, fuq il-livell ġeografiku li huwa jqis li huwa l-iktar xieraq, kompetenzi fil-qasam tal-immaniġġar tal-iskart prodott fit-territorju tagħhom sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/98 u, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom, dawn il-komunitajiet jistgħu jipprevedu li t-trattament ta’ dawn it-tipi ta’ skart għandu jseħħ fl-impjant xieraq li jinsab l-iktar viċin.

      (ara l-punti 56, 57, 63, 68, u d-dispożittiv 1)

    4.  Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1013/2006, dwar vjeġġi ta’ skart, moqrija flimkien mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/98, dwar l-iskart, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jawtorizzawx komunità lokali li tobbliga lill-impriża inkarigata mill-ġbir tal-iskart fit-territorju tagħha sabiex tittrasporta l-iskart industrijali u l-iskart tal-kostruzzjoni prodott fit-territorju tagħha għall-impjant ta’ trattament xieraq li jinsab l-iktar viċin u li jinsab fl-istess Stat Membru ta’ din il-komunità, meta dan l-iskart ikun iddestinat għall-irkupru, jekk il-produtturi tal-imsemmija skart ikunu obbligati jwasslu dan l-iskart fl-imsemmija impriża, jew li jwassluh direttament fl-imsemmi impjant.

      Fil-fatt, tali obbligu jkun jekwivali għal miżura ta’ portata ġenerali. Issa, mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1013/2006 applikabbli għall-vjeġġi, bejn Stati Membri, ta’ skart iddestinat għall-irkupru minbarra l-iskart muniċipali mħallat, jirriżulta li dan ir-regolament ma jipprevedix il-fakultà, għal awtorità nazzjonali, li tadotta miżura ta’ portata ġenerali li għandha l-effett li tipprojbixxi totalment jew parzjalment il-vjeġġi ta’ tali skart lejn Stati Membri oħra bl-għan li jiġi ttrattat hemmhekk.

      (ara l-punti 66-68 u d-dispożittiv 1)

    5.  L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE ma japplikawx għal sitwazzjoni fejn l-elementi kollha huma limitati għal fi ħdan Stat Membru wieħed.

      (ara l-punti 70, 74 u d-dispożittiv 2)

    Top

    Kawża C‑292/12

    Ragn-Sells AS

    vs

    Sillamäe Linnavalitsus

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu ringkonnakohus)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2008/98/KE — Immaniġġar ta’ skart — Artikolu 16(3) — Prinċipju ta’ viċinanza — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Vjeġġi ta’ skart — Skart muniċipali mħallat — Skart industrijali u skart tal-kostruzzjoni — Proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni ta’ servizzi li tirrigwarda l-ġbir u t-trasport ta’ skart prodott fit-territorju ta’ komun — Obbligu għall-kuntrattur futur li jittrasporta l-iskart miġbur għal impjanti tat-trattament indikati mill-awtorità li tagħti l-konċessjoni — Impjanti tat-trattament xierqa li jinsabu l-iktar viċin”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013

    1. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv — Portata tal-obbligu fil-qasam tal-kompetizzjoni

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Ambjent — Skart — Vjeġġi — Regolament Nru 1013/2006 — Obbligu impost fuq il-kuntrattur futur ta’ konċessjoni ta’ ġbir ta’ ċerti tipi ta’ skart u ta’ trasport tagħhom għall-impjant ta’ trattament li jinsab l-iktar viċin — Applikabbiltà tal-Artikoli 34 TFUE sa 36 TFUE — Assenza

      (Artikoli 34 TFUE sa 36 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1013/2006)

    3. Ambjent — Skart — Vjeġġi — Regolament Nru 1013/2006 — Skart muniċipali mħallat u skart iddestinat għar-rimi — Obbligu li l-imsemmi skart jiġi ttrasportat għall-impjant ta’ trattament xieraq li jinsab l-iktar viċin fl-istess Stat Membru — Prinċipji ta’ awtosuffiċjenza u ta’ viċinanza — Ammissibbiltà

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1013/2006, Artikolu 11(1)(a); Direttiva Nru 2008/98 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 16)

    4. Ambjent — Skart — Vjeġġi — Regolament Nru 1013/2006 — Skart iddestinat għall-irkupru minbarra l-iskart muniċipali mħallat — Obbligu għall-produtturi tal-imsemmi skart jew li jwasslu dan l-iskart lill-impriża inkarigata mill-ġbir tiegħu, jew li jwassluh direttament fl-imsemmi impjant — Obbligu ta’ din l-impriża li tittrasporta l‑imsemmi skart għall-impjant ta’ trattament xieraq li jinsab l-iktar viċin fl-istess Stat Membru — Inammissibbiltà

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1013/2006, Artikoli 3(1)(b) u (2), 12(1) u 18; Direttiva Nru 2008/98 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 16)

    5. Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Inapplikabbiltà għas-sitwazzjonijiet interni ta’ Stat Membru