This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0291
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Court reports – general
Kawża C‑291/12
Michael Schwarz
vs
Stadt Bochum
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gelsenkirchen)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Passaport bijometriku — Marki tas-swaba’ diġitali — Regolament (KE) Nru 2252/2004 — Artikolu 1(2) — Validità — Bażi legali — Proċedura għall-adozzjoni — Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata — Dritt għall-protezzjoni tad-data personali — Proporzjonalità”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri – Regoli komuni dwar standards u proċeduri għall-kontrolli – Passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri – Regolament Nru 2252/2004 li jistabbilixxi standards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi fl-imsemmija passaporti u dokumenti – Bażi legali – Kompetenza tal-leġiżlatur tal-Unjoni – Stabbiliment tal-karatteristiċi ta’ sigurtà kemm għall-passaporti taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz u kemm għal dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni
(Artikolu 62(2)(a) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2252/2004)
Atti tal-istituzzjonijiet – Proċedura għat-tħejjija – Konsultazzjoni tal-Parlament – Assenza – Att issostitwit b’att ġdid adottat skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni – Motiv ineffettiv
(Artikoli 62(2)(a) KE u 67(1) KE)
Drittijiet fundamentali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Rispett tal-ħajja privata – Protezzjoni tad-data personali – Kunċett ta’ data personali – Teħid u żamma tal-marki tas-swaba’ diġitali fil-passaporti taċ-ċittadini tal-Unjoni – Inklużjoni – Ksur tad-drittijiet irrikonoxxuti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 7 u 8; Regolament tal-Kunsill Nru 2252/2004, Artikolu 1(2))
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri – Regoli komuni dwar standards u proċeduri għall-kontrolli – Passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri – Regolament Nru 2252/2004 li jistabbilixxi standards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi fl-imsemmija passaporti u dokumenti – Teħid u żamma tal-marki tas-swaba’ diġitali fil-passaporti taċ-ċittadini tal-Unjoni – Rispett tal-ħajja privata – Protezzjoni tad-data personali – Limitazzjonijiet – Kundizzjonijiet – Assenza
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 7, 8 u 52(1); Regolament tal-Kunsill Nru 2252/2004, Artikoli 1(2) u 4(3))
Kemm mill-formulazzjoni tal-Artikolu 62(2)(a) KE, li kien jagħmel parti mit-Titolu IV tat-Trattat KE, u kemm mill-għan segwit minnu jirriżulta li din id-dispożizzjoni kienet tawtorizza lill-Kunsill jirregola l-iżvolġiment tal-kontrolli mwettqa mal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea li jkunu maħsuba sabiex tiġi vverifikata l-identità tal-persuni li jkunu qegħdin jaqsmu dawn il-fruntieri. Peress li tali verifika timplika neċessarjament il-preżentazzjoni ta’ dokumenti li permezz tagħhom tkun tista’ tiġi stabbilita din l-identità, l-Artikolu 62(2)(a) KE kien għaldaqstant jawtorizza lill-Kunsill jadotta dispożizzjonijiet normattivi dwar tali dokumenti u, b’mod partikolari, dwar il-passaporti.
Fir-rigward tal-kompetenza tal-leġiżlatur tal-Unjoni f’dan il-qasam, għandu, minn naħa, jiġi osservat li dan l-artikolu, li kien jirreferi għall-kontrolli tal-“persuni”, mingħajr iktar preċiżjoni, ma kienx ikopri biss iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi iżda anki ċ-ċittadini tal-Unjoni u, għaldaqstant, il-passaporti tagħhom ukoll.
Min-naħa l-oħra, l-armonizzazzjoni tal-istandards ta’ sigurtà tal-passaporti taċ-ċittadini tal-Unjoni tista’ tkun meħtieġa sabiex jiġi evitat li dawn tal-aħħar ikollhom karatteristiċi ta’ sigurtà inqas perfezzjonati minn dawk previsti għall-mudell ta’ viża u għall-mudell uniformi tal-permess ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu jitqies li għandu l-kompetenza jipprevedi elementi ta’ sigurtà ekwivalenti għall-passaporti taċ-ċittadini tal-Unjoni sa fejn tali kompetenza tippermetti li jiġi evitat li dawn il-passaporti jispiċċaw is-suġġett ta’ falsifikazzjonijiet u ta’ użu frawdolenti.
(ara l-punti 17-19)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 21, 22)
L-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li kull persuna għandha d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tagħha. Skont l-Artikolu 8(1) tagħha, kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tirrigwardaha. Minn dawn id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien jirriżulta li, bħala prinċipju, kull ipproċessar tad-data personali minn terz jista’ jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet imsemmija. Il-marki tas-swaba’ diġitali jaqgħu taħt dan il-kunċett sa fejn fihom, oġġettivament, informazzjoni unika dwar persuni fiżiċi u jippermettu l-identifikazzjoni preċiża tagħhom. L-applikazzjoni tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2252/2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri, timplika li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu l-marki tas-swaba’ diġitali tal-persuni kkonċernati u li dawn il-marki jinżammu fuq il-mezz ta’ ħażna integrat fil-passaport. Għaldaqstant, tali miżuri għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu pproċessar ta’ data personali u bħala li jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali.
(ara l-punti 24, 25, 27, 29, 30)
Fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tal-ksur tad-drittijiet irrikonoxxuti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li ma jidhrux li huma prerogattivi assoluti, għandu l-ewwel nett jitfakkar li l-limitazzjoni li tirriżulta mit-teħid u miż-żamma tal-marki tas-swaba’ diġitali fil-kuntest tal-ħruġ ta’ passaporti għandha titqies li hija prevista mil-liġi, fis-sens tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, sa fejn l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2252/2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri, jipprevedi tali operazzjonijiet. Barra minn hekk, billi tevita l-falsifikazzjoni tal-passaporti u billi tostakola l-użu frawdolenti tagħhom, jiġifieri l-użu tagħhom minn persuni li ma jkunux id-detentur leġittimu tagħhom, l-imsemmija dispożizzjoni għandha l-għan li tostakola, b’mod partikolari, id-dħul illegali ta’ persuni fit-territorju tal-Unjoni u ssegwi għan ta’ interess ġenerali rrikonoxxut mill-Unjoni.
It-tieni nett, it-teħid u ż-żamma ta’ marki tas-swaba’ diġitali, imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2252/2004, huma adegwati sabiex jintlaħqu l-għanijiet segwiti minn dan ir-regolament u, għaldaqstant, l-għan li jiġi ostakolat id-dħul illegali ta’ persuni fit-territorju tal-Unjoni.
Minn naħa, għalkemm il-metodu ta’ verifika tal-identità permezz tal-marki tas-swaba’ ma huwiex kompletament affidabbli, peress li ma jeskludix kompletament l-aċċettazzjonijiet ta’ persuni mhux awtorizzati, dan il-metodu jnaqqas b’mod kunsiderevoli r-riskju ta’ tali aċċettazzjonijiet li kien jeżisti li kieku ma jintużax dan il-metodu. Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ konkordanza bejn il-marki tas-swaba’ diġitali tad-detentur tal-passaport u d-data integrata f’dan id-dokument ma jfissirx li l-persuna kkonċernata ser tkun awtomatikament miżmuma milli tidħol fit-territorju tal-Unjoni. Tali nuqqas ta’ konkordanza jwassal biss għal kontroll f’iktar dettall maħsub sabiex l-identità ta’ din il-persuna tiġi stabbilita b’mod definittiv.
Fl-aħħar nett, fir-rigward tan-natura neċessarja ta’ tali pproċessar, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ngħatat ebda informazzjoni fis-sens li jeżistu miżuri li jistgħu jikkontribwixxu, b’mod suffiċjentement effikaċi, għall-għan li l-passaporti jiġu protetti kontra l-użu frawdolenti tagħhom, filwaqt li jimplikaw ksur inqas sinjifikattiv tad-drittijiet irrikonoxxuti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta mill-ksur ikkawżat mill-metodu bbażat fuq il-marki tas-swaba’ diġitali. L-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2252/2004 ma jimplikax ipproċessar ta’ marki tas-swaba’ diġitali meħuda li jmur lil hinn minn dak li jkun neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan. Fil-fatt, l-Artikolu 4(3) tal-imsemmi regolament jippreċiża espliċitament li l-marki tas-swaba’ diġitali jistgħu jintużaw biss bil-għan li jiġu vverifikati n-natura awtentika tal-passaport u l-identità tad-detentur tiegħu, u mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2252/2004 jirriżulta li dan jiżgura protezzjoni kontra r-riskju li data li tinkludi marki tas-swaba’ diġitali tinqara minn persuni li ma jkunux awtorizzati u jipprevedi biss iż-żamma tal-marki tas-swaba’ diġitali fuq il-passaport stess, li jibqa’ fil-pussess esklużiv tad-detentur tiegħu.
(ara l-punti 33, 35-38, 42-45, 53, 54, 56, 57, 60)
Kawża C‑291/12
Michael Schwarz
vs
Stadt Bochum
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gelsenkirchen)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Passaport bijometriku — Marki tas-swaba’ diġitali — Regolament (KE) Nru 2252/2004 — Artikolu 1(2) — Validità — Bażi legali — Proċedura għall-adozzjoni — Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata — Dritt għall-protezzjoni tad-data personali — Proporzjonalità”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri — Regoli komuni dwar standards u proċeduri għall-kontrolli — Passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri — Regolament Nru 2252/2004 li jistabbilixxi standards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi fl-imsemmija passaporti u dokumenti — Bażi legali — Kompetenza tal-leġiżlatur tal-Unjoni — Stabbiliment tal-karatteristiċi ta’ sigurtà kemm għall-passaporti taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz u kemm għal dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni
(Artikolu 62(2)(a) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2252/2004)
Atti tal-istituzzjonijiet — Proċedura għat-tħejjija — Konsultazzjoni tal-Parlament — Assenza — Att issostitwit b’att ġdid adottat skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni — Motiv ineffettiv
(Artikoli 62(2)(a) KE u 67(1) KE)
Drittijiet fundamentali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Rispett tal-ħajja privata — Protezzjoni tad-data personali — Kunċett ta’ data personali — Teħid u żamma tal-marki tas-swaba’ diġitali fil-passaporti taċ-ċittadini tal-Unjoni — Inklużjoni — Ksur tad-drittijiet irrikonoxxuti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 7 u 8; Regolament tal-Kunsill Nru 2252/2004, Artikolu 1(2))
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri — Regoli komuni dwar standards u proċeduri għall-kontrolli — Passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri — Regolament Nru 2252/2004 li jistabbilixxi standards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi fl-imsemmija passaporti u dokumenti — Teħid u żamma tal-marki tas-swaba’ diġitali fil-passaporti taċ-ċittadini tal-Unjoni — Rispett tal-ħajja privata — Protezzjoni tad-data personali — Limitazzjonijiet — Kundizzjonijiet — Assenza