This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0284
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Court reports – general
Kawża C-284/12
Deutsche Lufthansa AG
vs
Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Oberlandesgericht Koblenz)
“Għajnuna mill-Istat — Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE — Benefiċċji mogħtija minn impriża pubblika li topera ajruport lil kumpannija tal-ajru low cost — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ din il-miżura — Obbligu tal-qrati tal-Istati Membri li jikkonformaw ruħhom mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni f’din id-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013
Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Domandi magħmula f’kuntest li jippermetti risposta utli
(Artikolu 267 TFUE)
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kompetenzi u ġurisdizzjonijiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Qrati nazzjonali – Rwol tal-qrati nazzjonali – Salvagwardja tad-drittijiet tal-individwi fil-każ ta’ ksur eventwali tal-obbligu ta’ notifika minn qabel – Obbligu tal-qrati nazzjonali li jiddeduċu l-konsegwenzi kollha ta’ dan il-ksur skont id-dritt nazzjonali
(Artikolu 108(2) u (3) TFUE)
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kompetenzi u ġurisdizzjonijiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Qrati nazzjonali – Rwol tal-qrati nazzjonali – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ għajnuna – Obbligu tal-qrati nazzjonali li jiddeduċu l-konsegwenzi kollha ta’ ksur eventwali tal-obbligu ta’ sospensjoni tal-miżuri investigati – Sospensjoni tal-implementazzjoni tal-miżura inkwistjoni u rkupru tal-ammonti diġà mħallsa – Ħruġ ta’ miżuri provviżorji – Talba għal kjarifiki, mill-qorti nazzjonali, lill-Kummissjoni – Domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja
(Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 108(2) u (3) TFUE u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 267 TFUE)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 22)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 27-30)
Il-ftuħ mill-Kummissjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE ma tistax teżonera lill-qrati nazzjonali mill-obbligu tagħhom li jipproteġu d-drittijiet tal-individwi fil-konfront ta’ ksur eventwali tal-Artikolu 108(3) TFUE. B’dan il-mod, il-portata tal-intervent tal-qrati nazzjonali tista’ tvarja skont jekk il-Kummissjoni tkunx fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżura inkwistjoni fil-kawża quddiem il-qorti nazzjonali.
Fil-każ li l-Kummissjoni ma tkunx għadha fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni, il-qrati nazzjonali, meta aditi b’talba sabiex jiġu dedotti l-konsegwenzi ta’ ksur eventwali tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, jista’ jkollhom jinterpretaw u japplikaw il-kunċett ta’ għajnuna bil-għan li jiddeterminaw jekk dawn tal-aħħar kellhomx jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.
Fil-każ li l-Kummissjoni tkun diġà fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, fir-rigward ta’ miżura mhux notifikata fi stadju ta’ implementazzjoni, l-effettività tal-Artikolu 108(3) TFUE kif ukoll l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali bejn, minn naħa, il-qrati nazzjonali, u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni u l-qrati tal-Unjoni, jeżiġu li qorti nazzjonali, adita b’talba għall-waqfien tal-implementazzjoni ta’ din il-miżura u għall-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa, tadotta l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiddeduċi l-konsegwenzi ta’ ksur eventwali tal-obbligu ta’ sospensjoni tal-implementazzjoni tal-istess miżura. Għal dan il-għan, il-qorti nazzjonali tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-implementazzjoni tal-miżura inkwistjoni u li tordna l-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa. Hija tista’ tiddeċiedi wkoll li tordna miżuri provviżorji sabiex tissalvagwarda, minn naħa, l-interessi tal-partijiet ikkonċernati, u, min-naħa l-oħra, l-effettività tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.
Meta l-qorti nazzjonali jkollha dubji fuq il-punt dwar jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE jew fir-rigward tal-validità jew l-interpretazzjoni tad-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, hija tista’, minn naħa, titlob lill-Kummissjoni kjarifiki, u, min-naħa l-oħra, hija tista’ jew għandha, skont it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 267 TFUE, tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.
(ara l-punti 32-34, 38, 41-44 u d-dispożittiv)
Kawża C-284/12
Deutsche Lufthansa AG
vs
Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Oberlandesgericht Koblenz)
“Għajnuna mill-Istat — Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE — Benefiċċji mogħtija minn impriża pubblika li topera ajruport lil kumpannija tal-ajru low cost — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ din il-miżura — Obbligu tal-qrati tal-Istati Membri li jikkonformaw ruħhom mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni f’din id-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013
Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Domandi magħmula f’kuntest li jippermetti risposta utli
(Artikolu 267 TFUE)
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kompetenzi u ġurisdizzjonijiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Qrati nazzjonali — Rwol tal-qrati nazzjonali — Salvagwardja tad-drittijiet tal-individwi fil-każ ta’ ksur eventwali tal-obbligu ta’ notifika minn qabel — Obbligu tal-qrati nazzjonali li jiddeduċu l-konsegwenzi kollha ta’ dan il-ksur skont id-dritt nazzjonali
(Artikolu 108(2) u (3) TFUE)
Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kompetenzi u ġurisdizzjonijiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Qrati nazzjonali — Rwol tal-qrati nazzjonali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ għajnuna — Obbligu tal-qrati nazzjonali li jiddeduċu l-konsegwenzi kollha ta’ ksur eventwali tal-obbligu ta’ sospensjoni tal-miżuri investigati — Sospensjoni tal-implementazzjoni tal-miżura inkwistjoni u rkupru tal-ammonti diġà mħallsa — Ħruġ ta’ miżuri provviżorji — Talba għal kjarifiki, mill-qorti nazzjonali, lill-Kummissjoni — Domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja