Pasirinkite eksperimentines funkcijas, kurias norite išbandyti

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 62012CJ0283

    Sommarju tas-sentenza

    Teismo praktikos rinkinys. Bendrasis rinkinys

    Kawża C‑283/12

    Serebryannay vek EOOD

    vs

    Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” -Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna)

    “VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 2(1)(ċ), 26, 62 u 63 — Avveniment li jagħti lok għal ħlas — Servizzi reċiproċi — Tranżazzjonijiet bi ħlas — Valur taxxabbli ta’ tranżazzjoni fil-każ ta’ korrispettiv ikkostitwit minn servizzi — Għoti minn persuna fiżika lil kumpannija tad-dritt li tuża u li tikri lil terzi proprjetajiet immobbli inkambju għal servizzi ta’ titjib u ta’ tqegħid ta’ għamara f’dawn il-proprjetajiet minn din il-kumpannija”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013

    1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Valur taxxabbli – Kunsinna ta’ beni – Korrispettiv li jista’ jikkonsisti f’provvista ta’ servizzi – Kundizzjoni – Provvista ta’ servizzi marbuta direttament mal-kunsinna u li tista’ tiġi espressa fi flus – Kuntratti ta’ skambju

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 73)

    2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Provvista ta’ servizzi bi ħlas – Kunċett – Servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara f’appartament – Inklużjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 2(1)(ċ))

    1.  Il-korrispettiv ta’ kunsinna ta’ oġġetti jista’ jikkonsisti f’provvista ta’ servizzi u jikkostitwixxi l-valur taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, bil-kundizzjoni madankollu li jkun hemm rabta diretta bejn il-kunsinna ta’ oġġetti u l-provvista ta’ servizzi u li l-valur ta’ din tal-aħħar ikun jista’ jiġi espress fi flus. Dan japplika wkoll meta provvista ta’ servizzi ssir inkambju għal provvista oħra ta’ servizzi, sakemm dawn l-istess kundizzjonijiet huma ssodisfatti. Konsegwentement, il-kuntratti ta’ skambju, li fihom il-korrispettiv huwa bħala definizzjoni in natura, u t-tranżazzjonijiet li għalihom il-korrispettiv huwa monetarju huma, mill-perspettiva ekonomika u kummerċjali, żewġ sitwazzjonijiet identiċi.

      (ara l-punti 38, 39)

    2.  L-Artikolu 2(1)(ċ), tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara f’appartament għandha titqies bħala li twettqet bi ħlas meta, permezz ta’ kuntratt konkluż mal-proprjetarju ta’ dan l-appartament, il-fornitur tal-imsemmija servizzi, minn naħa, jimpenja ruħu li jwettaq din il-provvista ta’ servizzi bi spejjeż tiegħu u, min-naħa l-oħra, jikseb id-dritt li jiddisponi mill-imsemmi appartament sabiex jużah għall-attività ekonomika tiegħu matul it-tul ta’ dan il-kuntratt, mingħajr ma jkun obbligat iħallas kera, filwaqt li l-proprjetarju jieħu lura l-appartament attrezzat fit-tmiem tal-imsemmi kuntratt.

      Il-fatt li l-provvista ta’ servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara ser tibbenefika lill-proprjetarju tal-appartament ikkonċernat biss wara t-tmiem tal-kuntratt ma jbiddel xejn f’dan ir-rigward, billi, mal-konklużjoni tiegħu, il-partijiet għal tali kuntratt li jimponi obbligi reċiproċi jimpenjaw rwieħhom waħda lejn l-oħra li jwettqu servizzi reċiproċi.

      (ara l-punti 41, 42 u d-dispożittiv)

    Į viršų

    Kawża C‑283/12

    Serebryannay vek EOOD

    vs

    Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” -Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna)

    “VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 2(1)(ċ), 26, 62 u 63 — Avveniment li jagħti lok għal ħlas — Servizzi reċiproċi — Tranżazzjonijiet bi ħlas — Valur taxxabbli ta’ tranżazzjoni fil-każ ta’ korrispettiv ikkostitwit minn servizzi — Għoti minn persuna fiżika lil kumpannija tad-dritt li tuża u li tikri lil terzi proprjetajiet immobbli inkambju għal servizzi ta’ titjib u ta’ tqegħid ta’ għamara f’dawn il-proprjetajiet minn din il-kumpannija”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013

    1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Valur taxxabbli — Kunsinna ta’ beni — Korrispettiv li jista’ jikkonsisti f’provvista ta’ servizzi — Kundizzjoni — Provvista ta’ servizzi marbuta direttament mal-kunsinna u li tista’ tiġi espressa fi flus — Kuntratti ta’ skambju

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 73)

    2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Provvista ta’ servizzi bi ħlas — Kunċett — Servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara f’appartament — Inklużjoni